This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007R1259
Commission Regulation (EC) No 1259/2007 of 25 October 2007 fixing the rates of refunds applicable to certain products from the sugar sector exported in the form of goods not covered by Annex I to the Treaty
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1259/2007 tal- 25 ta’ Ottubru 2007 li jistipula r-rati ta’ rifużjonijiet applikabbli għal ċertu prodotti mis-settur taz-zokkor esportati bħala prodotti mhux koperti minn Anness I tat-Trattat
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1259/2007 tal- 25 ta’ Ottubru 2007 li jistipula r-rati ta’ rifużjonijiet applikabbli għal ċertu prodotti mis-settur taz-zokkor esportati bħala prodotti mhux koperti minn Anness I tat-Trattat
ĠU L 282, 26.10.2007, p. 39–40
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
26.10.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 282/39 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1259/2007
tal-25 ta’ Ottubru 2007
li jistipula r-rati ta’ rifużjonijiet applikabbli għal ċertu prodotti mis-settur taz-zokkor esportati bħala prodotti mhux koperti minn Anness I tat-Trattat
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta’ Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taz-zokkor (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 33(2)(a) u (4),
Billi:
(1) |
L-Artikoli 32(1) u (2) tar-Regolament (KEE) Nru 318/2006 jipprovdu li d-differenzi bejn il-prezzijiet f’kummerċ internazzjonali tal-prodotti elenkati f’ Artikolu 1(1)(b), (c), (d), (f), u (g) ta’ dak ir-Regolament u l-prezzijiet fi ħdan il-Komunità jistgħu jiġu koperti b’rifużjoni ta’ esportazzjoni meta dawn il-prodotti jiġu esportati bħala prodotti elenkati fl-Anness VII ta’ dak ir-Regolament. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1043/2005 ta' l-30 ta’ Ġunju 2005 li jistabbilixxi regoli komuni ta’ implimentazzjoni għall-għoti ta’ rifużjonijiet ta’ esportazzjoni fuq ċertu prodotti ta’ l-agrikoltura esportati bħala prodotti mhux koperti minn Anness I tat-Trattat u l-kriterji biex jiġi stipulat l-ammont ta’ dawn ir-rifużjonijiet (2), jispeċifikaw il-prodotti li għalihom trid tiġi stipulata rata ta’ rifużjoni, biex tiġi applikata fejn dawn il-prodotti jiġu esportati bħala prodotti elenkati fl-Anness VII għar-Regolament (KE) Nru 318/2006. |
(3) |
Skond l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005, ir-rata ta’ rifużjoni għal kull 100 kilogramma għal kull wieħed mill-prodotti bażiċi in kwestjoni għandha tiġi stipulata kull xahar. |
(4) |
L-Artikolu 32(4) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 jistabbilixxu li r-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni għal xi prodott li jinsab fi prodott għall-konsum ma jistax jaqbeż ir-rifużjoni applikabbli għal dak il-prodott meta esportat mingħajr iżjed ipproċessar. |
(5) |
Ir-rifużjonijiet stipulati minn dan ir-Regolament jistgħu jiġu stipulati bil-quddiem peress li s-sitwazzjoni tas-suq fix-xhur li ġejjin ma tistax tiġi stipulata bħalissa. |
(6) |
L-obbligi dwar rifużjonijiet li jistgħu jingħataw għall-esportazzjoni ta' prodotti ta' l-agrikoltura li jinsabu fi prodotti għall-konsum mhux koperti b’Anness I tat-Trattat jistgħu jkunu pperikolati jekk jiġu stipulati bil-quddiem rati għoljin ta' rifużjoni. Huwa għalhekk meħtieġ li jittieħdu l-miżuri kawtelatorji f’tali sitwazzjonijiet mingħajr, iżda, ma titfixkel il-konklużjoni ta’ kuntratti fit-tul. L-istipular ta’ rata speċifika ta’ rifużjoni għal stipular bil-quddiem ta’ rifużjonijiet hija miżura biex jintlaħqu dawn l-għanijiet varji. |
(7) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taz-zokkor, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-rati ta’ rifużjonjiet applikabbli għal prodotti bażici elenkati fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 u fl-Artikolu 1(1) u fil-punt (1) tar-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, u esportati bħala prodotti elenkati fl-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, huma stipulati kif imniżżla fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-26 ta’ Ottubru 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Ottubru 2007.
Għall-Kummissjoni
Heinz ZOUREK
Direttur Ġenerali għall-Intrapriża u l-Industrija
(1) ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1585/2006 (ĠU L 294, 25.10.2006, p. 19).
(2) ĠU L 172, 5.7.2005, p. 24. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 447/2007 (ĠU L 106, 24.4.2007, p. 31).
ANNESS
rati ta’ rifużjonijiet applikabbli mis-26 ta’ Ottubru 2007 għal ċertu prodotti mis-settur taz-zokkor esportati bħala prodotti mhux koperti minn Anness I tat-Trattat (1)
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Rata ta’ rifużjoni f’EUR/100 kg |
|
F’każ ta’ stipular bil-quddiem ta’ rifużjonijiet |
Oħra |
||
1701 99 10 |
Zokkor abjad: |
31,06 |
31,06 |
(1) Ir-rati stipulati f’dan l-Anness ma japplikawx għall-esportazzjonijiet lejn
a) |
pajjiżi terzi: l-Albanija, il-Kroazja, il-Bożnija u Ħerżegovina, is-Serbja, il-Montenegro, il-Kosovo, l-eks Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja, Andorra, is-Santa Sede (l-Istat tal-Belt tal-Vatikan), il-Liechtenstein, u l-oġġetti mniżżla fit-Tabelli I u II tal-Protokoll 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta' Lulju 1972 esportati lill-Konfederazzjoni Żvizzera. |
b) |
it-territorji ta' l-Istati Membri ta' l-UE li ma jagħmlux parti mit-territorju doganali tal-Komunità: Ġibiltà, Ceuta, Melilla, il-Komuni ta' Livigno u Campione d'Italia, Heligoland, il-Groenlandja, il-Gżejjer Faeroe u ż-żoni tar-Repubblika ta' Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta' Ċipru ma jeżerċitax kontroll effettiv. |