This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007R0905
Commission Regulation (EC) No 905/2007 of 27 July 2007 fixing the minimum selling price for butter for the 68th individual invitation to tender issued under the standing invitation to tender referred to in Regulation (EC) No 2771/1999
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 905/2007 tas- 27 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi l-prezz minimu tal-bejgħ għall-butir għas-68 sejħa individwali għall-offerti li saret fil-kuntest tas-sejħa permanenti għall-offerti msemmija fir-Regolament (KE) Nru 2771/1999
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 905/2007 tas- 27 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi l-prezz minimu tal-bejgħ għall-butir għas-68 sejħa individwali għall-offerti li saret fil-kuntest tas-sejħa permanenti għall-offerti msemmija fir-Regolament (KE) Nru 2771/1999
ĠU L 196, 28.7.2007, p. 39–39
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
28.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 196/39 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 905/2007
tas-27 ta’ Lulju 2007
li jistabbilixxi l-prezz minimu tal-bejgħ għall-butir għas-68 sejħa individwali għall-offerti li saret fil-kuntest tas-sejħa permanenti għall-offerti msemmija fir-Regolament (KE) Nru 2771/1999
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-ħalib u fil-prodotti tal-ħalib (1), u partikolarment l-Artikolu 10(c) tiegħu,
Billi:
(1) |
F'konformità ma' l-Artikolu 21 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2771/1999 tas-16 ta' Diċembru 1999 li jipprovdi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 f'dak li jirrigwarda l-miżuri ta' intervent fis-suq tal-butir u tal-krema tal-ħalib (2), l-organizzazzjonijiet ta' intervent qiegħdu għall-bejgħ ċerti kwantitajiet li kellhom ta' butir b'sejħa permanenti għall-offerti. |
(2) |
Skond l-offerti li jidħlu b'risposta għal kull sejħa għall-offerti individwali, jiġi ffissat prezz minimu tal-bejgħ jew inkella jiġi deċiż li ma tintlaqa' l-ebda waħda mill-offerti, skond l-Artikolu 24(a) tar-Regolament (KE) Nru 2771/1999. |
(3) |
Fid-dawl ta' l-offerti li saru, huwa f'loku li jiġi stabbilit prezz minimu tal-bejgħ. |
(4) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għas-68 sejħa individwali għall-offerti li saret skond ir-Regolament (KE) Nru 2771/1999, li għaliha ż-żmien għat-tressiq ta' offerti skada fl-24 ta’ Lulju 2007, għall-butir il-prezz minimu tal-bejgħ huwa stabbilit għal EUR 200,00/100 kg.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-28 ta’ Lulju 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Lulju 2007.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).
(2) ĠU L 333, 24.12.1999, p. 11. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 688/2007 (ĠU L 159, 20.6.2007, p. 36).