This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007R0902
Commission Regulation (EC) No 902/2007 of 27 July 2007 concerning the classification of certain goods in the Combined Nomenclature
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 902/2007 tas- 27 ta’ Lulju 2007 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerta merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 902/2007 tas- 27 ta’ Lulju 2007 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerta merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda
ĠU L 196, 28.7.2007, p. 33–34
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
28.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 196/33 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 902/2007
tas-27 ta’ Lulju 2007
dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerta merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni tad-Dwana (1), u b’mod partikolari Artiklu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
(1) |
Biex tkun garantita l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jeħtieġ li jkunu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-merkanzija li tissemma fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 iddefinixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli jgħoddu ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija kompletament jew parzjalment ibbażata fuqha, jew li żżid magħha xi subdivizjoni oħra u li hija mwaqqfa fuq proviżjonijiet speċifiċi tal-Komunita’, bil-ħsieb li jkunu applikati tariffa u miżuri oħra relatati mal-kummerċ fil-merkanzija. |
(3) |
Konformi ma’ dawk ir-regoli ġenerali, il-merkanzija deskritta fil-kolonna 1 ta’ l-iskeda mniżżla fl-Anness għandha tkun ikklassifikata fil-kodiċi NM indikata fil-kolonna 2, minħabba r-raġunijiet imniżżla fil-kolonna 3 ta’ dik l-iskeda. |
(4) |
Huwa xieraq li ssir kundizzjoni li informazzjoni fuq tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni tal- merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda iżda li ma taqbilx ma’ dan ir-Regolament tista', għal perijodu ta' tliet xhur, tkompli tkun invokata mid-detentur, taħt Artiklu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi tad-dwana tal-Komunità (2) |
(5) |
Il-miżuri li huma pprovduti f’dan il-Regolament jaqblu ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi tad-dwana, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-merkanzija deskritta fil-kolonna nru 1 ta’ l-iskeda mniżżla fl-Anness tkun ikklassifikata fin-Nomenklatura Magħquda fil-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna nru 2 ta' dik l-iskeda.
Artikolu 2
Informazzjoni fuq tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri, li mhijiex skond dan ir-Regolament, tista' tkompli tkun invokata għal perijodu ta' tliet xhur skond l-Artiklu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Lulju 2007.
Għall-Kummissjoni
Danuta HÜBNER
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 733/2007 (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 1)
(2) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1. Ir-Regolament kif finalment emendat bir-Regolament (KE) Nru. 1791/2006 (ĠU L 363, ta' l-20.12.2006, p. 1).
ANNESS
Deskrizzjoni ta' l-oġġetti |
Klassifikazzjoni( (Kodiċi-NM) |
Raġunijiet |
(1) |
(2) |
(3) |
Rjus sħaħ tat-tewm (Allium sativum) b'temperatura ta' bejn 0 °C u – 5 °C iżda mhux kompletament iffriżati. |
0703 20 00 |
Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomeklatura Magħquda, u l-kliem tal-kodiċi NM 0703 u 0703 20 00 . Il-prodott huwa eskluż minn titlu 0710 peress li mhuwiex “iffriżat” skond it-tifsira ta’ Kapitlu 7 (ara wkoll in-Noti ta' Spjega tas-Sistema Armonizzata għall-Kapitlu 7, Ġenerali, tielet paragrafu). Għalhekk il-prodott għandu jkun ikklassifikat f’titlu 0703 bħala tewm imkessaħ. |