Wählen Sie die experimentellen Funktionen, die Sie testen möchten.

Dieses Dokument ist ein Auszug aus dem EUR-Lex-Portal.

Dokument 32007R0798

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2007 tal- 5 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd ta' l-aringi fiż-żoni VII g, VII h, VII j u VII k ta' l-ICES minn bastimenti li jtajru l-bandiera tar-Renju Unit

    ĠU L 176, 6.7.2007, S. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Rechtlicher Status des Dokuments Nicht mehr in Kraft, Datum des Endes der Gültigkeit: 31/12/2007

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/798/oj

    6.7.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 176/17


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 798/2007

    tal-5 ta’ Lulju 2007

    li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd ta' l-aringi fiż-żoni VII g, VII h, VII j u VII k ta' l-ICES minn bastimenti li jtajru l-bandiera tar-Renju Unit

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 tal-21 ta' Diċembru 2006 li jiffissa għall-2007 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati għal ċerti ħażniet [stokkijiet] ta' ħut u gruppi ta' ħażniet ta' ħut applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità u għal l-bastimenti tal-Komunità, f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limitazzjonijiet fuq il-qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2007.

    (2)

    Skond l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet ta' l-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament mill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Istat Membru msemmi hemmhekk, jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2007.

    (3)

    Jeħtieġ għalhekk li jiġi pprojbit is-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu fuq il-bastimenti, it-trasbord u l-ħatt tiegħu l-art,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Eżawriment tal-kwota

    Il-kwota tas-sajd allokata għall-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2007 titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

    Artikolu 2

    Projbizzjonijiet

    Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ l-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih għandu jiġi pprojbit mid-data stipulata f’dak l-Anness. Huwa pprojbit li t-tali stokk maqbud minn dawk il-bastimenti wara dik id-data jinżamm fuq il-bastimenti, jiġi ttrasbordat jew jinħatt l-art.

    Artikolu 3

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada ta’ meta ssir il-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Lulju 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Fokion FOTIADIS

    Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi


    (1)  ĠU L 358, tal-31.12.2002, p. 59.

    (2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11, kif ikkoreġut l-aħħar mill-ĠU L 36, 8.2.2007, p. 6).

    (3)  ĠU L 15, 20.1.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 444/2007 (ĠU L 106, 24.4.2007, p. 22).


    ANNESS

    Nru

    16

    Stat membru

    Ir-RENJU UNIT

    Stokk

    HER/7G-K.

    Speċi

    Aringi (Clupea harengus)

    Żona

    VII g, VII h, VII j and VII k

    Data

    12.6.2007


    nach oben