Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0588

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 588/2007 tat- 30 ta’ Mejju 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2659/94 regoli ddettaljati għall-konċessjoni ta’ ħażna privata għall-ġobnijiet Grana Padano, Parmiggiano-Reggiano u Provolone

    ĠU L 139, 31.5.2007, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 27/08/2008; Impliċitament imħassar minn 32008R0826

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/588/oj

    31.5.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 139/16


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 588/2007

    tat-30 ta’ Mejju 2007

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2659/94 regoli ddettaljati għall-konċessjoni ta’ ħażna privata għall-ġobnijiet Grana Padano, Parmiggiano-Reggiano u Provolone

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (1), u partikolarment l-Artikolu 10(b) tieghu,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 6(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2659/94 (2) jistabbilixxi l-ammonti għall-għoti ta’ għajnuna finanzjarja għall-ħżin privat tal-ġobnijiet Grana padano, Parmigiano-Reggiano u Provolone. Fid-dawl tar-riżorsi finanzjarji disponibbli, l-iżvilupp fl-ispejjeż għall-ħżin u l-previżjonijiet tal-prezz tas-suq, jeħtieġ li jkunu riflessi fl-ammont totali ta’ l-għajnuna. Fl-istess waqt ma jidhirx li hu xieraq li jiġi differenzjat il-komponent ta’ l-għajnuna.

    (2)

    Ir-Regolament (KE) Nru 2659/94 għandu jiġi emendat skond dan.

    (3)

    Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni ta’ l-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 2659/94 għandu jinbidel b’ dan li ġej:

    “1.   L-ammont ta’ għajnuna għall-ħżin privat għall-ġobon għandu jkun kif ġej:

    EUR 0.48 għal kull tunnellata kull ġurnata ta’ ħżin għall-Grana Padano;

    EUR 0.56 għal kull tunnellata kull ġurnata ta’ ħżin għall-Parmigiano-Reggiano;

    EUR 0.40 għal kull tunnellata kull ġurnata ta’ ħżin għall-Provolone.”

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet gurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 30 ta’ Mejju 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 160, 26.6.1999 p. 48. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

    (2)  ĠU L 284, 1.11.1994, p. 26. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 735/2006 (ĠU L 129, 17.5.2006, p. 9).


    Top