EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0442

442/2007/KE: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 442/2007 tad- 19 ta’ April 2007 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tan-nitrat ta’ l-ammonju li joriġina fl-Ukrajna wara reviżjoni ta’ skadenza skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96

ĠU L 106, 24.4.2007, p. 1–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 4M, 8.1.2008, p. 362–380 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 24/04/2009: This act has been changed. Current consolidated version: 13/07/2008

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/442/oj

8.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

362


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 442/2007

tad-19 ta’ April 2007

li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tan-nitrat ta’ l-ammonju li joriġina fl-Ukrajna wara reviżjoni ta’ skadenza skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1)“‘ir-Regolament bażiku”) u b’mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   IL-PROĊEDURA

1.   Il-miżuri fis-seħħ

(1)

Fil-22 ta’ Jannar 2001, il-Kunsill impona, permezz tar-Regolament (KE) Nru 132/2001 (2), dazju anti-dumping definittiv (“il-miżuri eżistenti”) ta’ EUR 33.25 għal kull tunnellata metrika fuq l-importazzjonijiet tan-nitrat ta’ l-ammonju (“AN”) li jaqa’ fi ħdan il-kodiċijiet NM 3102 30 90 u 3102 40 90 u li joriġina inter alia, fl-Ukrajna. L-investigazzjoni li wasslet għal dawn il-miżuri se tissejjaħ “l-investigazzjoni oriġinali”.

(2)

Fis-17 ta’ Mejju 2004, wara reviżjoni interim parzjali, permezz tar-Regolament (KE) Nru 993/2004 (3) il-Kunsill eżenta mid-dazji anti-dumping imposti permezz tar-Regolament (KE) Nru 132/2001 l-importazzjonijiet lejn il-Komunità tal-prodott ikkonċernat manifatturat minn kumpaniji li mingħandhom il-Kummissjoni taċċetta impenji. Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1001/2004 (4), kienu aċċettati impenji għal perjodu sa l-20 ta’ Mejju 2005. L-iskop ta’ dawn l-impenji kien biex jitqiesu ċerti konsegwenzi tat-tkabbir ta’ l-Unjoni Ewropea għal 25 Stat Membru.

(3)

Permezz tar-Regolament (KE) Nru 945/2005 wara reviżjoni interim limitata fl-ambitu għad-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat, il-Kunsill iddeċieda li d-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat għandha tkun iċċarata u li l-miżuri fis-seħħ għandhom japplikaw għall-prodott ikkonċernat meta jkun inkorporat f’fertilizzanti oħra, fi proporzjon għall-kontenut tagħhom ta’ nitrat ta’ l-ammonju, flimkien ma’ sustanzi u nutrijenti marġinali oħra.

2.   Talbiet għal reviżjoni

(4)

Fil-25 ta’ Ottubru 2005, kienet iddepożitata talba għal reviżjoni ta’ skadenza skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku wara l-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ skadenza imminenti fil-5 ta’ Mejju 2005 (5). Din it-talba kienet iddepożitata mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Fabbrikanti tal-Fertilizzanti (EFMA) (‘l-applikant’) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw proporzjon kbir, f’dan il-każ aktar minn 50 % tal-produzzjoni Komnitarja totali ta’ l-AN.

(5)

L-applikant allega u pprovda biżżejjed evidenza prima facie li hemm probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping u ta’ dannu lill-industrija Komunitarja rigward l-importazzjonijiet ta’ l-AN li joriġina fl-Ukrajna (‘il-pajjiż ikkonċernat’).

(6)

Wara li kkunsidrat, b'konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li kienet teżisti biżżejjed xhieda biex tingħata bidu reviżjoni ta' l-iskadenza, il-Kummissjoni ħabbret fil-25 ta' Jannar 2006, permezz ta' avviż ta' inizjazzjoni ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea  (6) , l-bidu ta' reviżjoni ta’ skadenza skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku u ta’ reviżjoni interim parzjali skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku.

3.   L-investigazzjoni

3.1.   Il-perjodu ta’ investigazzjoni

(7)

L-investigazzjoni tal-kontinwazzjoni jew tar-rikorrenza tad-dumping kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2005 (“il-perjodu ta’ l-investigazzjoni tar-reviżjoni” jew ir-“RIP”). L-eżami tat-tendenzi rilevanti għall-valutazzjoni ta’ probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tad-dannu kopra l-perjodu mill-2002 sa tmiem il-perjodu ta’ l-investigazzjoni tar-reviżjoni (il-‘perjodu meqjus’).

3.2.   Il-partijiet ikkonċernati mill-investigazzjoni

(8)

Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-produtturi li jesportaw, lill-importaturi u lill-utenti li huwa magħruf li huma kkonċernati u lill-assoċjazzjonijiet tagħhom, lir-rappreżentanti tal-pajjiż li jesporta, lill-applikant u lill-produtturi Komunitarji bil-bidu tar-reviżjoni ta’ skadenza. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li juru fehmithom bil-miktub u li jitolbu smigħ fi ħdan il-limitu taż-żmien stabbilit fl-avviż tal-bidu.

(9)

Il-partijiet interessati kollha, li talbu biex jinstemgħu u li wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex kellhom jinstemgħu, ingħataw smigħ.

(10)

minħabba n-numru kbir ta’ produtturi Komunitarji u ta’ importaturi fil-Komunità, tqies li kien xieraq, skond l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku, li jiġi eżaminat jekk għandhomx jittieħdu l-kampjuni. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk it-teħid tal-kampjuni tabilħaqq ikunx meħtieġ u, jekk iva, li tagħżel kampjun, il-partijiet li ssemmew aktar ’il fuq intalbu, skond l-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, biex jippreżentaw irwieħhom fi ħdan 15-il jum mill-bidu ta’ l-investigazzjoni u jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni mitluba fl-avviż tal-bidu.

(11)

Wara eżami ta’ l-informazzjoni mressqa, u meta jitqies li għaxar produtturi Komunitarji indikaw li lesti jikkooperaw, kien deċiż li, rigward il-produtturi Komunitarji, it-teħid tal-kampjuni kien meħtieġ. Importatur wieħed biss ipprovda l-informazzjoni mitluba fl-avviż tal-bidu u wera li kien lest li jikkoopera aktar mas-servizzi tal-Kummissjoni. Madanakollu, dan l-importatur kien jinsab barra mill-Komunità u matul ir-RIP ma kellu l-ebda importazzjoni tal-prodott ikkonċernat fis-suq Komunitarju. Għalhekk kien deċiż li, rigward l-importaturi, it-teħid ta’ kampjuni ma’ kienx meħtieġ.

(12)

Għaxar produtturi Komunitarji mlew b’mod xieraq il-formola tat-teħid ta’ kampjuni fi ħdan l-iskadenza u formalment qablu li jikkooperaw aktar fl-investigazzjoni. Rigward dawk l-għaxar produtturi Komunitarji, il-Kummissjoni għażlet, skond l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku, kampjun ibbażat fuq l-akbar volum rappreżentattiv tal-produzzjoni u tal-bejgħ ta’ l-AN fil-Komunità li jista’ jkun raġonevolment investigat fi ħdan iż-żmien disponibbli. L-erba’ produtturi Komunitarji li ttieħdu bħala kampjun kienu responsabbli għal 76 % tal-produzzjoni totali ta’ l-industrija Komunitarja, kif iddefinita fil-premessa 51 hawn taħt, matul ir-RIP, filwaqt li l-għaxar produtturi Komunitarji li ssemmew aktar ’il fuq kienu responsabbli għal 70 % tal-produzzjoni Komunitarja totali matul ir-RIP.

(13)

Skond l-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-partijiet ikkonċernati kienu kkonsultati dwar il-kampjun magħżul u ma qajmu l-ebda oġġezzjoni dwaru.

(14)

Intbagħtu kwestjonarji lil erba’ produtturi Komunitarji li ttieħdu bħala kampjun u lill-produtturi li jesportaw kollha magħrufa.

(15)

It-tweġibiet għall-kwestjonarji waslu mingħand l-erba’ produtturi Komunitarji li ttieħdu bħala kampjun u mingħand it-tliet produtturi, li minnhom żewġ produtturi li jesportaw, fil-pajjiż ikkonċernat, kif ukoll mingħand negozjant relatat wieħed.

(16)

Barra minn hekk, produttur wieħed fil-pajjiż analogu pprovda tweġiba kompluta għall-kwestjonarju.

(17)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset meħtieġa għal determinazzjoni tar-rikorrenza probabbli tad-dumping u tad-dannu li jirriżulta u ta’ l-interess Komunitarju. Iż-żjarat ta’ verifika twettqu fl-uffiċċji tal-kumpaniji li ġejjin:

(a)

In-negozjant relatat mal-produttur Ukrajn Stirol

IBE Trading, New York, New York, l-Istati Uniti ta’ l-Amerika;

(b)

Il-produttur fil-pajjiż analogu

Terra Industries, Sioux City, Iowa, l-Istati Uniti ta’ l-Amerika;

(ċ)

Il-produtturi Komunitarji li ttieħdu bħala kampjun

Terra Nitrogen Limited, Stockton, ir-Renju Unit,

Grande Paroisse SA, Paris, Franza,

Zaklady Azotowe Anwil SA, il-Polonja,

Yara SA, Brussell, il-Belġju u l-produttur reltat tiegħu Yara Sluiskil BV, Sluiskil, l-Olanda.

B.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

1.   Il-prodott ikkonċernat

(18)

Il-prodott ikkonċernat huma l-fertilizzanti solidi b’ kontenut ta’ nitrat ta’ l-ammonju li jeċċedi t-80 % bil-piż, li joriġina fl-Ukrajna, li jaqgħu fi ħdan il-kodiċijiet NM 3102 30 90, 3102 40 90, ex 3102 29 00, ex 3102 60 00, ex 3102 90 00, ex 3105 10 00, ex 3105 20 10, ex 3105 51 00, ex 3105 59 00 u ex 3105 90 91. In-nitrat ta’ l-ammonju (“AN”) huwa fertilizzant solidu tan-nitroġenu li jintuża b’mod komuni fl-agrikoltura. Jiġi manifatturat mill-ammonja u mill-aċidu nitriku, u l-kontenut tan-nitroġenu tiegħu jeċċedi 28 % bil-piż f’forma ta’ gerbub jew f’forma granulari.

(19)

Għandu jiġi nnotat li l-ambitu tal-prodott ikkonċernat kien iċċarat fir-Regolament (KE) Nru 945/2005.

2.   Il-prodott simili

(20)

Kif ġie stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali, din l-investigazzjoni tar-reviżjoni kkonfermat li l-AN huwa prodott purament ta’ utilità, u l-kwalità u l-karatteristiċi fiżiċi bażiċi tiegħu huma identiċi jkun xi jkun il-pajjiż ta’ l-orġini. Il-prodott ikkonċernat u l-prodotti manifatturati u mibjugħa mill-produtturi li jesportaw fis-suq domestiku tagħhom u lil pajjiżi terzi, kif ukoll dawk manifatturati u mibjugħa mill-produtturi Komunitarji fis-suq Komunitarju u mill-produttur fil-pajjiż analogu fis-suq domestiku tal-pajjiż analogu b’hekk instab li għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi bażiċi u essenzjalment l-istess użi u għalhekk jitqiesu bħala prodotti simili fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

Ċ.   IL-PROBABILITÀ TA' TKOMPLIJA JEW RIKORRENZA TAD-DUMPING

1.   Ġenerali

(21)

Tliet produtturi Ukrajni tal-prodott ikkonċernat ikkooperaw fl-investigazzjoni. Tnejn mill-produtturi li kkooperaw esportaw il-prodott ikkonċernat matul ir-RIP. Hemm għall-inqas produttur wieħed magħruf li ma kkooperax tal-prodott ikkonċernat fl-Ukrajna.

(22)

Il-paragun tad-data li tikkonċerna l-esportazzjonijiet lejn il-Komunità provduta mill-produtturi li jesportaw u l-volum totali ta’ l-importazzjonijiet kif irrapportat mill-Eurostat kienu jindikaw li, matul ir-RIP, iż-żewġ produtturi li jesportaw kienu responsabbli għal madwar 60 % ta’ l-importazzjonijiet Komunitarji kollha mill-Ukrajna. Madanakollu, jista’ jkun stabbilit li l-fatturi għall-maġġoranza l-kbira ta’ l-40 % ta’ l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li jifdal nħarġu f’Diċembru 2004 (u għalhekk mhumiex irrapportati mill-produtturi li kkooperaw), imma daħlu fil-Komunità matul ir-RIP (u għalhekk kienu inklużi fl-istatistiċi dwar l-importazzjoni). L-esportazzjonijiet li għalihom inħarġu l-fatturi f’Diċembru 2005 u li daħlu fil-Komunità f’Jannar 2006, min-naħa l-oħra, kienu insinifikanti. Fuq il-bażi ta’ dan, kien konkluż li 85 %-90 % ta’ l-importazzjonijiet Komunitarji kollha mill-Ukrajna matul ir-RIP saru minn produtturi li kkoperaw. Għalhekk il-livell tal-kooperazzjoni kien għoli.

(23)

L-importazzjonijiet totali tal-prodott ikkonċernat mill-Ukrajna kienu żgħar, jiġifieri inqas minn 1 % meta pparagunati mas-suq Komunitarju kollu.

2.   Id-Dumping ta' importazzjonijiet matul il-perjodu ta' investigazzjoni

2.1   Il-pajjiż analogu

(24)

Peress li l-Ukrajna ma kinitx għadha titqies bħala pajjiż b’ekonomija tas-suq fiż-żmien meta ġiet iddepożitata t-talba għal reviżjoni ta’ skadenza (7), skond l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku il-valur normali kellu jiġi ddeterminat fuq il-bażi tad-data miksuba minn produttur f’pajjiż terz b’ekonomija tas-suq. Fl-avviż tal-bidu, l-Istati Uniti ta’ l-Amerika u r-Rumanija tqiesu bħala pajjiżi analogi xierqa. Għandu jiġi mfakkar li fl-investigazzjoni oriġinali, il-Polonja ntgħażlet bħala pajjiż analogu. Peress li l-Polonja daħlet fl-Unjoni Ewropea f’Mejju 2004, m’għadiex għażla possibbli. Il-partijiet interessati kollha ngħataw l-opportunità li jikkumentaw fuq l-għażla ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika u tar-Rumanija bħala pajjiżi analogi.

(25)

Madanakollu, l-analiżi mwettqa wara l-pubblikazzjoni ta’ l-avviż tal-bidu wriet li s-suq Rumen għall-AN kien iddominat mill-importazzjonijiet mill-Ukrajna u mir-Russja, filwaqt li l-produtturi Rumeni kienu ferm orjentati lejn l-esportazzjoni, fejn ibiegħu biss kwantitajiet insinfikanti fis-suq domestiku tagħhom. Fuq il-bażi ta’ dan, kien konkluż li, minħabba l-istruttura li ssemmiet hawn fuq tas-suq domestiku tagħha, ir-Rumanija ma tistax titqies bħala l-għażla l-aktar xierqa għall-pajjiż analogu.

(26)

Produttur li kkoopera wieħed biss ressaq kummenti. Dan il-produttur li kkoopera ppropona lill-Alġerija bħala għażla aħjar, meta jitqies l-aċċess li għandhom għall-materja prima ewlenija, il-gass. F’dan ir-rigward, għandha tinġibed l-attenzjoni għall-fatt li jekk pajjiż għandux siti ta’ estrazzjoni ta’ gass naturali jew le, mhux element ewlieni għall-għażla tal-pajjiż analogu. Il-kwistjoni ewlenija hija jekk il-prezzijiet tal-gass jirriflettux il-valur tas-suq. L-eżistenza ta’ pprezzar doppju tal-gass fl-Alġerija hija indikazzjoni ċara li dan mhux il-każ u b’hekk jagħmel lill-Alġerija għażla inqas xierqa għal pajjiż analogu. Ta’ min jinnota wkoll li kemm l-Istati Uniti ta’ l-Amerika kif ukoll l-Ukrajna huma produtturi u importaturi netti tal-gass naturali, filwaqt li l-Alġerija hija esportatriċi netta tal-gass naturali. F’dan ir-rigward, l-Istati Uniti ta’ l-Amerika huma aktar simili għall-Ukrajna milli l-Alġerija.

(27)

Intqal ukoll li l-Istati Uniti ta’ l-Amerika ma tkunx pajjiż analogu xieraq, peress li, matul ir-RIP, iffaċċjaw prezzijiet domestiċi tal-gass eċċessivi. F’dan ir-rigward, għandu jintqal li għalkemm kien hemm prezzijiet tal-gass ferm għoljin fir-raba’ tliet xhur tar-RIP minħabba diżastri naturali, din hija sitwazzjoni li tista’ tiġi aġġustata faċilment kif ġie deskritt fil-premessa (35) t’aktar ’l isfel.

(28)

L-għażla ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika kienet ikkontestata wkoll fir-rigward tal-proċess ta’ produzzjoni. Kien allegat li l-proċess ta’ produzzjoni Alġerin huwa aktar simili għal dak fl-Ukrajna. Madanakollu, il-produttur ma rnexxielux jissostanzja din il-pretensjoni.

(29)

Minbarra dan, intqal li l-Alġerija għandha livell ta’ produzzjoni, konsum u domanda tal-konsumatur aktar simili għall-Ukrajna. Skond l-informazzjoni disponibbli, kemm il-produzzjoni Alġerina (8) kif ukoll il-konsum domestiku (9) huma insinifikanti. Min-naħa l-oħra, kemm l-Ukrajna kif ukoll l-Istati Uniti ta’ l-Amerika għandhom produzzjoni sinfikanti u swieq domestiċi kbar.

(30)

Rigward l-Istati Uniti ta’ l-Amerika, minkejja l-fatt li kien hemm miżuri anti-dumping fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet ta’ l-AN li joriġina fil-pajjiż ikkonċernat, instab li huwa suq kompetittiv miftuħ, fejn numru sinifikanti ta’ produtturi domestiċi jiffaċċjaw livell konsiderevoli ta’ kompetizzjoni minn importazzjonijiet barranija li joriġinaw minn pajjiżi terzi oħra. Barra minn hekk, il-produtturi ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika għandhom bejgħ domestiku rappreżentattiv, u għandhom aċċess simili għall-materja prima bħall-produtturi Ukrajni.

(31)

Għalhekk, l-investigazzjoni stabbiliet li l-Istati Uniti ta’ l-Amerika għandhom jintużaw bħala pajjiż analogu xieraq. Għaldaqstant, il-kalkoli kienu bbażati fuq l-informazzjoni vverifikata mill-uniku produttur li kkoopera ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika, li pprovda tweġiba kompluta għall-kwestjonarju.

2.2   Il-valur normali

(32)

Peress li l-Ukrajna ma kinitx għadha meqjusa bħala pajjiż b’ekonomija tas-suq fiż-żmien meta ġiet iddepożitata t-talba għar-reviżjoni ta’ skadenza, il-valur normali għall-Ukrajna kellu jiġi ddeterminat fuq il-bażi tad-data miksuba minn produttur fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika, kif ġie spjegat fil-premessa (31) t’aktar ’il fuq.

(33)

Kemm kien rappreżentattiv il-bejgħ domestiku ta’ l-uniku produttur li kkoopera tal-prodott simili fil-pajjiż analogu kien ivvalutat fuq il-bażi ta’ l-esportazzjonijiet taż-żewġ produtturi li jesportaw lejn il-Komunità li kkooperaw. Għandu jiġi nnotat li tip ta’ prodott wieħed biss kien esportat lejn il-Komunità. Għalhekk ma twettqet l-ebda anliżi skond it-tip ta’ prodott.

(34)

Il-bejgħ domestiku ta’ l-uniku produttur li kkoopera tal-prodott simili fil-pajjiż analogu nstab li kien rappreżentattiv, peress li eċċeda b’mod sinifikanti l-volumi ta’ l-AN esportati lejn il-Komunità miż-żewġ produtturi li jesportaw Ukrajni li kkooperaw.

(35)

Sabiex jiġi stabbilit jekk il-bejgħ domestiku tal-produttur ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika sarx fl-andament ordinarju tan-negozju, il-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kienu pparagunati ma’ l-ispiża tal-produzzjoni. Meta ġiet ivvalutata l-ispiża tal-produzzjoni tal-produttur ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika, instab li fir-raba' tliet xhur kienet affetwata minn diżastri naturali. Skond l-informazzjoni ppubblikata mill-istess produttur, “hurricanes in the U.S. Gulf during the third quarter wreaked havoc with natural gas markets and negatively affected our fourth quarter and full year results  (10)” (l-uragani fil-Golf ta’ l-Istati Uniti matul it-tielet tliet xhur għamel diżastru fis-swieq tal-gass naturali u affetwaw b’mod negattiv ir-riżultati tar-raba’ tliet xhur u tas-sena sħiħa tagħna). Tabilħaqq, il-prezzijiet tal-gass ta’ l-Istati Uniti kkwotati (11) irduppjaw bejn Awissu (12) u Ottubru (13), filwaqt li fiż-żmien ta’ bejniethom l-Uragani Katrina (bejn it-23 u l-31 ta’ Awissu 2005) u Rita (bejn is-17u s-26 ta’ Settembru 2005) laqtu l-kosta tal-Golf ta’ l-Istati Uniti. Peress li l-gass naturali huwa l-element ewlieni ta’ nfiq għall-produzzjoni ta’ l-AN, l-effett kien sinifikanti u kien iwassal għal valur normali mibni artifiċjalment għoli. Għalhekk, kien deċiż li l-ispiża tal-produzzjoni għar-raba’ tliet xhur ta’ l-2005 tkun stabbilita fuq il-bażi tal-medja tal-prezzijiet tal-gass imħallsa mill-produttur matul l-ewwel disa’ xhur ta’ l-2005.

(36)

Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal aktar ’il fuq, il-maġġoranza l-kbira tal-bejgħ domestiku nstab li kien bi profitt, u għaldaqstant il-valur normali kien stabbilit fuq il-prezzijiet tal-bejgħ domestiku lill-ewwel klijent domestiku indipendenti. Peress li, matul ir-RIP, il-produtturi li jesportaw Ukrajni kienu jesportaw lejn il-Komunità tip ta’ prodott wieħed biss, l-analiżi kienet limitata għal dan it-tip ta’ prodott.

2.3   Il-prezz ta’ l-esportazzjoni

(37)

Skond l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, il-prezz ta’ l-esportazzjoni kien stabbilit b’referenza għall-prezz effettivament imħallas jew li jista’ jitħallas għall-prodott ikkonċernat meta mibjugħ għall-esportazzjoni lejn il-Komunità. Il-bejgħ kollu mill-produtturi li jesportaw li kkooperaw sar direttament lil klijenti indipendenti fil-Komunità.

2.4   Il-paragun

(38)

Il-valur normali u l-prezz ta’ l-esportazzjoni kienu pparagunati fuq bażi ta’ qabel il-prezz tas-suq. Sabiex ikun żgurat paragun ġust, saret konċessjoni xierqa fil-forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jaffetwaw il-paragunabilità tal-prezzijiet skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Għaldaqstant, fejn kien applikabbli u appoġġjat minn evidenza verifikata, saru aġġustamenti għad-differenzi fl-ispejjeż tat-trasport, ta’ l-immaniġġjar, tat-tagħbija u fl-ispejjeż anċillari, fil-kreditu u fil-kummissjonijiet.

2.5   Il-marġni tad-dumping

(39)

Peress li l-Ukrajna ma titqiesx ekonomija tas-suq għall-iskop ta’ din l-investigazzjoni, marġni tad-dumping mal-pajjiż kollu kien stabbilit fuq il-bażi ta’ paragun ta’ valur normali medju u mgħobbi (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) mal-prezz ta’ l-esportazzjoni medju u mgħobbi (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi), skond l-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku. Kif ġie ddikjarat fil-premessa (22) t’aktar ’il fuq, kien hemm kooperazzjoni kbira.

(40)

Il-paragun li ssemma aktar ’il fuq wera li d-dumping (madwar 30-40 %) sar matul ir-RIP f’livell naqra aktar baxx milli fl-investigazzjoni oriġinali. Madanakollu, meta jitqiesu l-esportazzjonijiet limitati Ukrajni lejn il-Komunità matul ir-RIP, l-attenzjoni ewlenija ta’ l-analiżi kienet ikkonċentrata fuq il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tad-dumping.

3.   L-iżvilupp ta’ l-importazzjonijiet jekk il-miżuri jiġu revokati

3.1.   Il-kapaċità żejda

(41)

Matul il-perjodu meqjus, it-tliet produtturi li kkooperaw żammew il-produzzjoni stabbli. Il-kapaċità tal-produzzjoni matul l-istess perjodu baqgħet stabbli wkoll. Għandhom kapaċità żejda ta’ madwar 600 000-700 000 tunnellata metrika (8 %-10 % tal-konsum Komunitarju) biex iżidu l-esportazzjonijiet lejn is-suq Komunitarju f’volumi konsiderevoli jekk il-miżuri jiġu revokati. Barra minn hekk, hemm għall-inqas produttur Ukrajn magħruf ieħor tal-prodott ikkonċernat li ma kkooperax ma’ l-investigazzjoni. Għalkemm il-kapaċità żejda ta’ dan il-produttur li ma kkooperax mhix magħrufa, ma jistax jiġi eskluż li din ukoll hija konsiderevoli, peress li t-tliet produtturi li kkooperaw kellhom, fuq medja, kapaċità żejda ta’ 30 %.

(42)

Il-bejgħ domestiku tat-tliet prodotturi li kkooperaw matul il-perjodu meqjus, kienu jirrapreżentaw, fuq medja, 30 %-40 % tal-kapaċità ta’ produzzjoni. Għalhekk jidher diffiċli li s-suq domestiku Ukrajn jista’ jassorbi l-parti l-kbira ta’ din il-kapaċità żejda tal-produzzjoni u għalhekk kull żieda fil-produzzjoni x'aktarx li tiġi esportata.

(43)

Għalhekk, fin-nuqqas ta' miżuri anti-dumping, parti konsiderevoli minn dik il-kapaċità żejda tista' tiġi esportata lejn il-Komunità.

3.2.   Ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet tal-bejgħ Ukrajni fi swieq oħra u l-prezz tal-bejgħ fil-Komunità

(44)

Analiżi tal-bejgħ mill-esportazzjoni tal-produtturi Ukrajni li kkooperaw lejn pajjiżi terzi wriet, meta pparagunat ma’ livell fuq il-fruntiera Ukrajna ta’ DAF/FOB, li bejgħ bħal dan, bejn wieħed u ieħor, sar bi prezzijiet 20 %-30 % aktar baxxi mill-prezzijiet tal-bejgħ lejn il-Komunità matul ir-RIP. Barra minn hekk, il-bejgħ domestiku sar bi prezzijiet 20 %-30 % aktar baxxi mill-prezzijiet tal-bejgħ lejn il-Komunità wkoll. Minn informazzjoni relatata mar-RIP għalhekk jidher li tkun ta’ inċentiv għall-esportazzjonijiet lejn il-pajjiżi terzi li jiġu diretti mill-ġdid lejn il-Komunità, jekk il-miżuri jiġu revokati, sabiex jibbenefikaw minn prezzijiet ogħla u minn marġnijiet aħjar.

(45)

Madanakollu, ġie nnotat li, mir-RIP, il-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet Ukrajni għall-gass naturali żdiedu b’mod sinfikanti. Peress li l-gass naturali huwa l-element ewlieni ta’ nfiq għall-produzzjoni ta’ l-AN, ma jistax jiġi eskluż li l-produtturi Ukrajni se jkollhom iżidu l-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni tagħhom lejn il-pajjiżi terzi, biex b’hekk inaqqsu b’mod sinfikanti d-differenza fil-prezzijiet bejn il-bejgħ lill-pajjiżi terzi u l-bejgħ lill-Komunità li ssemmiet fil-premessa (44) t’aktar ’il fuq. L-evidenza preliminari (14) tabilħaqq tindika t-tnaqqis ta’ dan id-distakk.

4.   Konklużjoni dwar il-probabbiltà ta’ Kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tad-dumping

(46)

L-investigazzjoni wriet li tnejn mill-produtturi li kkooperaw komplew bil-prattiċi tad-dumping tagħhom minkejja l-miżuri fis-seħħ. Barra minn hekk, id-direzzjoni l-ġdida lejn il-Komunità li ngħataw il-kwantitajiet li bħalissa jinbiegħu lil pajjiżi terzi ma tistax tkun eskluża.

(47)

Barra minn hekk, il-prezzijiet medji mwieżna ta' esportazzjoni tal-produtturi esportaturi li qed jikkooperaw lejn swieq ta' pajjiżi terzi huma wkoll iktar baxxi sew mil-livell ta' prezz prevalenti fil-Komunità. Meta dan jittieħed flimkien mal-kapaċità żejda, hemm inċentiva għall-esportaturi produtturi Ukrajni biex jixxiftjaw lejn is-suq Komunitarju bi prezzijiet probabbilment soġġetti għal dumping jekk il-miżuri jiġu revokati.

D.   DEFINIZZJONI TA' L-INDUSTRIJA KOMUNITARJA

(48)

Fi ħdan il-Komunità, il-prodott simili jiġi manifatturat minn 14-il produttur li l-produzzjoni tagħhom tikkostitiwxxi l-produzzjoni Komunitarja totali tal-prodott simili fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

(49)

Għandu jiġi nnotat li meta pparagunati ma’ l-investigazzjoni oriġinali, il-kumpaniji “Hydro Agri” ngħataw l-isem il-ġdid ta’ “Yara”. Ħames kumpaniji mill-erbatax saru parti mill-industrija Komunitarja minħabba t-tkabbir ta’ l-Unjoni Ewropea fl-2004.

(50)

Mill-14-il produttur Komunitarju, għaxar kumpaniji kkooperaw ma’ l-investigazzjoni, u lkoll issemmew fit-talba għar-reviżjoni. L-erba’ produtturi li jifdal (“produtturi Komunitarji oħra”) ippreżentaw irwieħhom fi ħdan il-limiti taż-żmien u bagħtu l-informazzjoni mitluba sabiex jittieħdu l-kampjuni. Madanakollu, ma offrew l-ebda kooperazzjoni ulterjuri. Għaldaqstant, l-għaxar produtturi li ġejjin qablu li jikkooperaw:

Achema AB (Il-Litwanja),

Zaklady Azotowe Anwil SA, (Il-Polonja),

BASF AG (Il-Ġermanja),

DSM Agro (L-Olanda),

Fertiberia SA (Spanja),

Grande Paroisse SA (Franza),

Nitrogénművek Rt (L-Ungerija),

Terra Nitrogen Limited (Ir-Renju Unit),

Yara (Il-Ġermanja, l-Italja, l-Olanda u r-Renju Unit),

Zaklady Azotowe Tarnowie (Il-Polonja).

(51)

Peress li dawn l-għaxar produtturi Komunitarji kienu responsabbli għal 70 % tal-produzzjoni Komunitarja totali matul ir-RIP, għalhekk jitqies li l-għaxar produtturi Komunitarji li ssemmew aktar ’il fuq huma responsabbli għal proporzjon kbir tal-produzzjoni Komunitarja totali tal-prodott simili. Għalhekk jitiqes li jikkostitwixxu l-industrija komunitarja fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 4(1) u ta’ l-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku u minn hawn ’il quddiem se jissejħu l-“industrija Komunitarja”.

(52)

Kif ġie indikat fil-premessi (11) u (14) t’aktar ’il fuq, intgħażel kampjun li kien jikkonsisti minn erba’ kumpaniji. Il-produtturi Komunitarji kollha li ttieħdu bħala kampjun ikkooperaw u bagħtu tweġibiet għall-kwestjonarju fi ħdan l-iskadenzi. Barra minn hekk, is-sitt produtturi li kkooperaw li fadal ipprovdew kif kien xieraq ċerta data ġenerali għall-analiżi tad-dannu.

E.   IS-SITWAZZJONI FIS-SUQ KOMUNITARJU

1.   Il-konsum fis-suq Komunitarju

(53)

Il-konsum Komunitarju apparenti kien stabbilit fuq il-bażi tal-volumi tal-bejgħ ta’ l-industrija Komunitarja fis-suq Komunitarju, il-volumi tal-bejgħ tal-produtturi Komunitarji l-oħra fis-suq Komunitarju, u d-data tal-Eurostat għall-importazzjonijiet kollha fl-UE. Meta jitqies it-tkabbir ta’ l-Unjoni Ewropea fl-2004, minħabba ċ-ċarezza u l-konsistenza ta’ l-analiżi, il-konsum kien stabbilit fuq il-bażi tas-suq ta’ l-UE-25 matul il-perjodu meqjus kollu.

(54)

Bejn l-2002 u r-RIP, il-konsum Komunitarju naqas bi ftit b’1 %. Iż-żjieda ta’ 4 % irreġistrata fl-2003 ma tbiddlitx fl-2004 li jindika stabilizzazzjoni, filwaqt li t-tnaqqis ulterjuri (-1 %) irreġistrat fir-RIP jindika tendenza xi ftit ’l isfel.

 

2002

2003

2004

RIP

Konsum totali tal-KE f’tunnellati metriċi

7 757 697

8 099 827

7 775 470

7 641 817

Indiċi (2002=100)

100

104

100

99

2.   Il-volum, is-sehem mis-suq u l-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet mill-Ukrajna

(55)

Il-volumi, l-ishma mis-suq u l-prezzijiet medji ta’ l-importazzjonijiet mill-Ukrajna żviluppaw kif ġie stabbilit aktar ’l isfel. It-tendenzi fil-kwantitajiet u fil-prezzijiet li ġejjin huma bbażati fuq l-Eurostat.

 

2002

2003

2004

RIP

Volum ta’ l-importazzjonijiet (tunnellata metrika)

212 827

123 477

51 031

62 077

Sehem mis-suq

2,7  %

1,5  %

0,7  %

0,8  %

Prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet (EUR/tunnellata metrika)

88

83

112

122

Indiċi (2002=100)

100

94

127

139

(56)

Il-volum ta’ l-importazzjonijiet mill-Ukrajna naqas b’mod konsistenti matul il-perjodu meqjus kollu. Is-sehem mis-suq tagħhom ukoll naqas minn 2,7 % fl-2002 għal 0,8 % fir-RIP. Il-prezzijiet evolvew b’mod pożittiv minn 88 għal 122 EUR/tunnellata metrika matul il-perjodu meqjus. Din l-evoluzzjoni tirrifletti l-aktar kondizzjonijiet favorevoli tas-suq deskritti wkoll fil-premessa (73) hawn taħt.

(57)

Sabiex ikun ikkalkulat il-livell tat-tnaqqis tal-prezzijiet taħt il-prezz normali matul ir-RIP, il-prezzijiet ta’ qabel il-prezz tas-suq ta’ l-industrija Komunitarja lil klijenti mhux relatati ġew ipparagunati mal-prezzijiet CIF ta’ l-importazzjoni fuq il-fruntiera Komunitarja, tal-produtturi li jesportaw li kkooperaw tal-pajjiż ikkonċernat, aġġustati b’mod xieraq sabiex jirriflettu l-prezz ta’ wara l-konsenja. Il-paragun wera li l-importazzjonijiet mill-Ukrajna kienu qed iwaqqgħu l-prezzijiet ta’ l-industrija Komunitarja b’10 sa 15 %.

3.   L-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra

(58)

Il-volum ta’ l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra matul il-perjodu meqjus jintwera fit-tabella t’aktar ’l isfel. It-tendenzi fil-kwantitajiet u fil-prezzijiet li ġejjin huma wkoll ibbażati fuq l-Eurostat.

 

2002

2003

2004

RIP

Volum ta’ importazzjonijiet mir-Russja (tunnellata metrika)

690 233

528 609

504 026

257 921

Sehem mis-suq

8,9  %

6,5  %

6,5  %

3,4  %

Prezzijiet ta’ importazzjonijiet mir-Russja (EUR/tunnellata metrika)

79

77

106

123

Volum ta’ importazzjonijiet mill-Ġeorġja (tunnellata metrika)

86 517

100 025

132 457

153 844

Sehem mis-suq

1,1  %

1,2  %

1,7  %

2,0  %

Prezzijiet ta’ importazzjonijiet mill-Ġeorġja (EUR/tunnellata metrika)

103

113

137

164

Volum ta’ importazzonijiet mir-Rumanija (tunnellata metrika)

186 834

14 114

107 585

111 126

Sehem mis-suq

2,4  %

0,2  %

1,4  %

1,5  %

Prezzijiet ta’ importazzjonijiet mir-Rumanija (EUR/tunnellata metrika)

117

113

126

144

Volum ta’ importazzjonijiet mill-Bulgarija (tunnellata metrika)

160 423

140 677

79 716

73 441

Sehem mis-suq

2,1  %

1,7  %

1,0  %

1,0  %

Prezzijiet ta’ importazzjonijiet mill-Bulgarija (EUR/tunnellata metrika)

133

139

157

176

Volum ta’ importazzjonijiet mill-Eġittu (tunnellata metrika)

63 368

133 427

16 508

46 249

Sehem mis-suq

0,8  %

1,6  %

0,2  %

0,6  %

Prezzijiet ta’ importazzjonijiet mill-Eġittu (EUR/tunnellata metrika)

148

142

193

199

Volum ta’ importazzjonijiet mill-pajjiżi l-oħra kollha (tunnellata metrika)

94 915

128 213

54 510

17 752

Sehem mis-suq

1,2  %

1,6  %

0,7  %

0,2  %

Prezzijiet ta’ importazzjonijiet mill-pajjiżi l-oħra kollha (EUR/tunnellata metrika)

124

124

141

169

(59)

L-ewwelnett, għandu jiġi nnotat li, mill-2002 sar-RIP, il-pajjiżi kollha li ssemmew hawn fuq naqsu l-volumi ta’ l-esportazzjoni tagħhom bl-eċċezzjoni tal-Ġeorġja, li żiedet b’mod moderat is-sehem mis-suq Komunitarju tagħha minn 1,1 % fl-2002 għal 2 % fir-RIP. Rigward il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni, il-pajjiżi kollha li ssemmew hawn fuq esportaw lejn il-Komunità bi prezzijiet ogħla mill-prezzijiet ta’ l-industrija Komunitarja fir-RIP u f’uħud mill-każi matul il-perjodu meqjus kollu, bl-eċċezzjoni tar-Russja u tar-Rumanija. Fil-każ ta’ l-importazzjonijiet mir-Russja, minn April 2002, permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 658/2002 (15), ġew soġġetti għal dazju anti-dumping ta’ EUR 47,07 għal kull tunnellata metrika. F’dan ir-rigward, għandu jiġi nnotat li l-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet kienu konsistentement aktar baxxi minn dawk mill-Ukrajna, matul il-perjodu meqjus kollu bl-eċċezzjoni tar-RIP. Rigward il-prezzijiet Rumeni, kienu aktar baxxi mill-prezzijiet ta’ l-industrija Komunitarja, imma l-volumi ta’ l-esportazzjoni naqsu minn 187 elf tunnellata metrika fl-2002 għal 111 elf tunnellata metrika fir-RIP, li jirrappreżenta tnaqqis minn sehem mis-suq baxx ta’ 2,4 % fl-2002 għal 1,5 % fir-RIP.

4.   Is-sitwazzjoni ekonomika ta’ l-industrija Komunitarja

(60)

Skond l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat il-fatturi ekonomiċi u l-indiċijiet rilevanti kollha li jaffetwaw l-istat ta’ l-industrija Komunitarja.

4.1.   Rimarki preliminari

(61)

Tlieta mill-produtturi ta’ l-industrija Komunitarja li kkooperaw instab li jużaw il-prodott simili għall-ipproċessar ulterjuri għal prodotti fertilizzanti mħallta jew sintetiċi li barra minn hekk huma fertilizzanti nitroġeniċi eqreb tal-punt tal-bejgħ milli tal-punt tal-produzzjoni jew tal-manifattura li fihom minbarra n-nitroġenu, fosfru li jinħall fl-ilma, jew/u potassju li jinħall fl-ilma, li huma n-nutrijenti fertilizzanti primarji l-oħra. Dawn il-prodotti, b’kontenut ta’ nitrat ta’ l-ammonju ta’ inqas minn 80 % bil-piż, ma jikkompetux fis-suq mal-prodott simili.

(62)

Trasferimenti vinkolanti interni bħal dawn tal-produzzjoni ta’ l-AN ma jidħlux fis-suq miftuħ u b’hekk mhumiex f’kompetizzjoni diretta ma’ l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat. Għalhekk kien eżaminat jekk u sa liema punt l-użu sussegwenti tal-produzzjoni ta’ l-industrija Komunitarja tal-prodott simili trid titqies fl-analiżi. Peress li l-investigazzjoni wriet li l-użu vinkolanti jirrappreżenta frazzjoni insinifikanti tal-produzzjoni ta’ l-industrija Komunitarja, jiġifieri sa 2 %, ma tqiesx li kien hemm għalfejn issir distinzjoni bejn is-suq liberu u dak vinkolanti. Minħabba ċ-ċarezza u t-trasparenza, però, il-volumi ta’ l-AN prodotti mill-industrija Komunitarja u li ntużaw bħala trasferimenti vinkolanti jissemmew fil-premessa (64) t’aktar ’l isfel.

(63)

Fejn intuża t-teħid tal-kampjuni, skond il-prattika stabbilita, ċerti indikaturi tad-dannu (il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-istokks, il-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir u l-impjiegi) jiġu analizzati għall-industrija Komunitarja kollha (C.I. (industrija Komunitarja): fit-tabelli inklużi), filwaqt li dawk l-indikaturi tad-dannu li huma relatati mar-rendimenti tal-kumpaniji individwali, jiġifieri l-prezzijiet, l-ispejjeż tal-produzzjoni, il-profitti, il-pagi, l-investimenti, il-profitt fuq l-investiment, id-dħul u l-ħruġ tal-flus, il-ħila li jinġabar kapital jiġu eżaminati fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni miġbura fuq il-livell tal-produtturi Komunitarji li ttieħdu bħala kampjun (S.P. fit-tabelli inklużi).

4.2.   Id-data relatata ma’ l-industrija Komunitarja kollha

(a)   Il-produzzjoni

(64)

Bejn l-2002 u r-RIP, il-produzzjoni ta’ l-industrija Komunitarja żdiedet b’7 %, jiġifieri minn livell ta’ madwar 5,1 miljun tunnellata metrika fl-2002 għal livell ta’ madwar 5,4 miljun tunnellata metrika fir-RIP. Rigward il-produzzjoni li ntużat għat-trasferimenti vinkolanti, tibqa’ prattikament stabbli u ferm baxxa matul il-perjodu meqjus kollu, biex b’hekk turi li ma tistax taffetwa l-istampa tad-dannu ta’ l-industrija Komunitarja.

 

2002

2003

2004

RIP

Produzzjoni tas-C.I. (tunnellata metrika)

5 075 456

5 424 732

5 358 283

5 446 307

Indiċi (2002 = 100)

100

107

106

107

Produzzjoni tas-C.I. li ntużat għat-trasferimenti vinkolanti

83 506

83 911

93 187

107 461

Bħala % tal-produzzjoni totali

1,6  %

1,5  %

1,7  %

2,0  %

Sors: Min għamel l-ilment, it-tweġibiet għall-kwestjonarju tat-teħid tal-kampjuni u t-tweġibiet verifikati għall-kwestjonarju

(b)   Ir-rati tal-kapaċità u ta’ l-użu tal-kapaċità

(65)

Il-kapaċità tal-produzzjoni baqgħet prattikament stabbli matul il-perjodu meqjus kollu. Minħabba t-tkabbir fil-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità li rriżulta żdied, minn livell ta’ 52 % fl-2002 għal livell ta’ 56 % fir-RIP. Kif diġà ġie nnotat fl-investigazzjoni oriġinali, l-użu tal-kapaċità għal din it-tip ta’ produzzjoni u ta’ industrija jista’ jiġi affetwat mill-produzzjoni ta’ prodotti oħra li jistgħu jiġu manifatturati fuq l-istess tagħmir tal-produzzjoni u għalhekk huwa inqas ta’ valur bħala indikatur tad-dannu.

 

2002

2003

2004

RIP

Il-kapaċità tal-produzzjoni tas-C.I. (tunnellata metrika)

9 813 156

9 843 266

9 681 968

9 718 866

L-użu tal-kapaċità tas-C.I.

52  %

55  %

55  %

56  %

(c)   L-istokks

(66)

Mill-2002 sar-RIP, il-livell ta’ l-istokks ta’ l-egħluq ta’ l-industrija Komunitarja naqas b’għaxar punti perċentwali. Tnaqqis f’daqqa li kien irreġistrat fl-2003 u fl-2004 kien minħabba żjieda fil-bejgħ, b’mod partikolari l-esportazzjonijiet ta’ l-industrija Komunitarja (ara l-premessa t’hawn taħt), aktar milli fil-volumi tal-produzzjoni.

 

2002

2003

2004

RIP

L-istokks ta’ l-egħluq tas-C.I. (tunnellata metrika)

312 832

216 857

163 824

282 942

Indiċi (2002 = 100)

100

69

52

90

(d)   Il-volum tal-bejgħ

(67)

Bejn l-2002 u r-RIP, il-bejgħ min-naħa ta’ l-industrija Komunitarja fis-suq Komunitarju żdied bi 13 %. Dan l-iżvilupp irid jitqies fl-isfond ta’ konsum li naqas bi ftit fis-suq Komunitarju.

 

2002

2003

2004

RIP

Il-volum tal-bejgħ fil-KE tas-C.I. EC (tunnellata metrika)

4 499 898

5 045 582

4 975 864

5 074 188

Indiċi (2002 = 100)

100

112

111

113

Il-volum tal-bejgħ tas-S.P. lil pajjiżi terzi (tunnellata metrika)

420 588

528 437

522 349

373 106

Indiċi (2002 = 100)

100

126

124

89

(e)   Is-sehem mis-suq

(68)

Bejn l-2002 u r-RIP, żdied is-sehem mis-suq miżmum mill-industrija Komunitarja. Speċifikatament, l-industrija Komunitarja rebħet aktar minn 8 punti perċentwali ta’ sehem mis-suq matul il-perjodu meqjus.

 

2002

2003

2004

RIP

Sehem mis-suq ta’ l-industrija Komunitarja

58,0  %

62,3  %

64,0  %

66,4  %

Indiċi (2002 = 100)

100

107

110

114

(f)   It-tkabbir

(69)

Tul il-perjodu meqjus, l-industrija Komunitarja rebħet sehem mis-suq f’suq li kien qed jiċkien bi ftit.

(g)   L-impjiegi

(70)

Bejn l-2002 u r-RIP, il-livell ta’ l-impjiegi ta’ l-industrija Komunitarja naqas b’5 %, filwaqt li l-produzjoni żdiedet, biex b’hekk jirrifletti t-tħassib ta’ l-industrija li żżid kontinwament il-produttività u l-kompetittività tagħha.

 

2002

2003

2004

RIP

Impjiegi fis-C.I. relatati mal-prodott ikkonċernat

1 653

1 613

1 593

1 572

Indiċi (2002 = 100)

100

98

96

95

(h)   Il-produttività

(71)

Bejn l-2002 u r-RIP il-produzzjoni għal kull persuna impjegata mill-industrija Komunitarja fis-sena żdiedet sostanzjalment, biex b’hekk turi l-impatt pożittiv ikkombinat ta’ tnaqqis fl-impjiegi u ta’ żjieda fil-produzzjoni ta’ l-industrija Komunitarja.

 

2002

2003

2004

RIP

Produttività tas-C.I. (tunnellata metrika għal kull impjegat)

3 071

3 362

3 364

3 464

Indiċi (2002 = 100)

100

109

110

113

(i)   Id-daqs tal-marġni tad-dumping

(72)

Fejn jikkonċerna l-impatt fuq l-industrija Komunitarja tad-daqs tal-marġni effettiv tad-dumping, meta jitqies il-volum żgħir ta’ l-importazzjonijiet mill-Ukrajna ta’ bħalissa, dan l-impatt jitqies bħala li mhux sinfikanti u l-indikatur mhux ta’ valur.

4.3.   Id-data relatata mal-produtturi Komunitarji li ttieħdu bħala kampjun

(a)   Il-prezzijiet tal-bejgħ u l-fatturi li jaffetwaw il-prezzijiet domestiċi

(73)

Fl-2004 u fir-RIP, il-prezz tal-bejgħ nett medju tal-produtturi ta’ l-industrija Komunitarja li ttieħdu bħala kampjun żdied sostanzjalment, li jirrifletti l-kondizzjonijiet favorevoli prevalenti tas-suq internazzjonali ta’ l-AN matul l-istess perjodu.

 

2002

2003

2004

RIP

Prezz ta’ unità tas-S.P. fis-suq tal-KE (EUR/tunnellata metrika)

132

133

146

167

Indiċi (2002 = 100)

100

101

111

127

(b)   Il-pagi

(74)

Bejn l-2002 u r-RIP, il-paga medja għal kull impjegat żdiedet b’9 %, kif turi t-tabella t’hawn isfel. Fid-dawl tar-rata ta’ l-inflazzjoni u tat-tnaqqis ġenerali fl-impjiegi, din iż-żjieda fil-pagi titqies bħala waħda moderata.

 

2002

2003

2004

RIP

Spiża tax-xogħol annwali għal kull impjegat (000 EUR)

46,5

46,8

46,7

50,5

Indiċi (2002 = 100)

100

101

100

109

(c)   L-investimenti

(75)

Matul il-perjodu meqjus, l-investimenti annwali fil-prodott simili magħmula mill-erba’ produtturi li ttieħdu bħala kampjun żviluppaw b’mod pożittiv, jiġifieri b’69 %, għalkemm urew xi varjazzjonijiet. Dawn l-investimenti kienu relatati prinċipalment mal-modernizzazzjoni tal-makkinarju. Dan juri l-isforzi min-naħa ta’ l-industrija Komunitarja biex ittejjeb kontinwament il-produttività u l-kompetittività tagħha. Ir-riżultati jidhru fl-evoluzzjoni tal-produttività li, matul l-istess perjodu, żdiedet sostanzjalment (ara l-premessa (71) t’aktar ’il fuq).

 

2002

2003

2004

RIP

Investimenti netti tas-S.P. (000 EUR)

21 079

16 751

22 287

35 546

Indiċi (2002 = 100)

100

79

106

169

(d)   Il-profitti u l-profitti fuq l-investimenti

(76)

Il-profitti tal-produtturi li ttieħdu bħala kampjun juru titjib gradwali, l-aktar mill-2003 u laħqu l-livell ta’ 8,2 % matul ir-RIP. F’dan ir-rigward, għandu jiġi nnotat li fl-investigazzjoni oriġinali, kien stabbilit marġni ta’ profitti ta’ 8 % li jista’ jintlaħaq fin-nuqqas ta’ dumping dannuż. Il-profitti fuq l-investimenti (ROI), espressi bħala l-profitt f’perċentwali tal-valur kontabbli nett ta’ l-investimenti, prinċipalment segwew it-tendenzi tal-profitti tul il-perjodu meqjus kollu.

 

2002

2003

2004

RIP

Profitti tal-bejgħ fil-KE tas-S.P. lil klijenti mhux relatati (% tal-bejgħ nett)

3,9  %

5,5  %

7,6  %

8,2  %

Indiċi (2002 = 100)

100

139

194

209

ROI tas-S.P. (profitt f’% tal-valur kontabbli nett ta’ l-investiment)

10,1  %

14,0  %

20,0  %

25,5  %

Indiċi (2002 = 100)

100

139

197

252

(e)   Id-dħul u l-ħruġ tal-flus u l-ħila li jinġabar kapital

(77)

Matul il-perjodu meqjus, id-dħul u l-ħruġ tal-flus żdied bi 13-il punt perċentwali. Dan l-iżvilupp huwa allinjat ma’ l-iżvilupp tal-profitti ġenerali matul il-perjodu meqjus.

 

2002

2003

2004

RIP

Id-dħul u l-ħruġ tal-flus tas-S.P. (000 EUR)

59 631

61 446

69 848

67 216

Indiċi (2002 = 100)

100

103

117

113

(78)

L-investigazzjoni ma żvelat l-ebda diffikultà li ltaqgħu magħha l-produtturi Komunitarji li ttieħdu bħala kampjun biex jiġbru kapital. F’dan ir-rigward, għandu jiġi nnotat li peress li diversi kumpaniji huma parti minn gruppi kbar, dawn jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom fi ħdan il-grupp li jappartjenu għalih jew permezz ta’ skemi ta’ ppuljar tal-flus jew permezz ta’ self fi ħdan il-grupp mogħti mill-kumpaniji parent.

5.   Konklużjoni

(79)

Bejn l-2002 u r-RIP, l-indikaturi tad-dannu kollha żviluppaw b’mod pożittiv: żdied il-volum tal-produzzjoni ta’ l-industrija Komunitarja, il-prezzijiet tal-bejgħ ta’ unità u l-volumi tal-bejgħ ta’ l-industrija komunitarja żdiedu u l-profitti tjiebu sostanzjalment u skond il-prezzijiet. Il-profitti fuq l-investiment u d-dħul u l-ħruġ tal-flus evolvew b’mod pożittiv ukoll. Il-pagi żviluppaw b’mod moderat u l-industrija Komunitarja kompliet tinvesti.

(80)

Barra minn hekk is-sehem mis-suq Komunitarju żdied b’9 % f’suq li ċkien bi ftit. Il-produttività żdiedet sostanzjalment ukoll li tirrifletti l-evoluzzjoni pożittiva tal-produzzjoni u l-isforzi ta’ l-industrija Komunitarja biex ittejjibha permezz ta’ investimenti.

(81)

B’kollox, is-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja tjiebet b’mod sinifikanti meta pparagunata mas-sitwazzjoni tagħha qabel l-impożizzjoni tal-miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ l-AN mill-pajjiż ikkonċernat fl-2001. Għalhekk, il-miżuri kellhom impatt pożittiv ċar fuq is-sitwazzjoni ekonomika ta’ l-industrija Komunitarja.

(82)

Għalhekk qed jiġi konkluż li l-qagħda ta' l-industrija Komunitarja tjiebet bil-mod il-mod matul il-perjodu kkunsidrat, kif imqabbel mal-perjodu ta' qabel l-impożizzjoni tal-miżuri.

F.   IL-PROBABBILTÀ TA’ RIKORRENZA TAD-DANNU

1.   Ġenerali

(83)

Peress li mhemm l-ebda kontinwazzjoni ta’ dannu materjali kkawżat mill-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat, l-analiżi ffokat fuq il-probabbiltà ta’ rikorrenza tad-dannu. F’dan ir-rigward, kienu analizzati żewġ parametri ewlenija: (i) il-volumi u l-prezzijiet possibbli ta’ l-esportazzjoni tal-pajjiż ikkonċernat, u (ii) l-effett ta’ dawk il-volumi u l-prezzijiet ipprojettati mill-pajjiż ikkonċernat fuq l-industrija Komunitarja.

2.   Il-volumi u l-prezzijiet possibbli ta’ esportazzjoni tal-pajjiż ikkonċernat

(84)

Kif jintwera fil-premessa (41), hemm kapaċità żejda magħrufa ta’ madwar 600-700 elf tunnellata metrika tal-produtturi Ukrajni li kkooperaw, li tirrappreżenta 8-10 % tas-suq Komunitarju. Din il-kapaċità żejda tindika li l-produtturi Ukrajni għandhom il-possibbiltà li jżidu l-produzzjoni kurrenti tagħhom u b’hekk anki l-esportazzjonijiet tagħhom ta’ l-AN.

(85)

Barra minn hekk, meta jitqies is-suq domestiku relattivament żgħir, il-produtturi Ukrajni qed jiddependu ferm fuq l-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi. Kif intwera fit-tabella t’hawn isfel, l-esportazzjonijiet Ukrajni lejn pajjiżi terzi fl-2005 kienu ta’ madwar 847 elf tunnellata b’kollox, li jirrappreżentaw madwar 11 % tas-suq Komunitarju.

Esportazzjonijiet Ukrajni lejn pajjiżi terzi:

 

2004

2005

It-Turkija

Volum f’tunnellata metrika

295 436

292 943

Prezz f’EUR/tunnellata metrika (*)

98

98

L-Eġittu

Volum f’tunnellata metrika

81 522

183 248

Prezz f’EUR/tunnellata metrika (*)

95

97

Il-Marokk

Volum f’tunnellata metrika

92 541

62 879

Prezz f’EUR/tunnellata metrika (*)

96

94

L-Indja

Volum f’tunnellata metrika

42 456

48 256

Prezz f’EUR/tunnellata metrika (*)

77

106

Is-Sirja

Volum f’tunnellata metrika

50 851

41 143

Prezz f’EUR/tunnellata metrika (*)

100

110

Il-Brażil

Volum f’tunnellata metrika

8 000

38 870

Prezz f’EUR/tunnellata metrika (*)

74

91

Il-Malasja

Volum f’tunnellata metrika

35 913

Prezz f’EUR/tunnellata metrika (*)

 

101

L-Arġentina

Volum f’tunnellata metrika

28 790

28 815

Prezz f’EUR/tunnellata metrika (*)

99

97

Pajjiżi oħra

Volum f’tunnellata metrika

140 225

114 783

Prezz f’EUR/tunnellata metrika (*)

90

106

Esportazzjonijiet totali lejn pajjiżi terzi

Volum f’tunnellata metrika

739 821

846 849

Prezz f’EUR/tunnellata metrika (*)

95

99

Sors: Statistiċi Ukrajni.

(86)

Kif wieħed jista’ jara mit-tabella, mill-2004 sa l-2005, l-Ukrajna żiedet il-volum ta’ l-esportazzjonijiet ta’ l-AN lejn pajjiżi terzi tagħha. Dawn l-esportazzjonijiet saru bi prezzijiet sostanzjalment aktar baxxi mill-esportazzjonijiet lejn il-Komunità.

(87)

Fil-kuntest ta' dan ta' hawn fuq, is-suq tal-Komunità jidher li huwa attraenti għall-produtturi esportaturi Ukrajni f'termini ta' prezzijiet kif imqabbla mas-swieq l-oħra kollha ta' esportazzjoni. Fuq din il-bażi, bir-raġun huwa mistenni li parti konsiderevoli tal-volumi esportati lejn pajjiżi terzi x'aktarx li jkunu diretti lejn is-suq tal-Komunità, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, minkejja l-indikazzjonijiet bikrija tat-tnaqqis tal-qabża fid-differenza fil-prezz bejn bejgħ lill-pajjiżi terzi u bejgħ lill-Komunità msemmi fil-premessa (45) hawn fuq. Il-viċinanza relattiva tas-suq tal-Komunità, kif imqabbel ma' swieq oħra ta' esportazzjoni, trendih ukoll aktar attraenti u dan għalhekk iwassal biex l-esportazzjonijiet kurrenti mill-produtturi Ukrajni lejn pajjiżi terzi jingħataw direzzjoni oħra.

(88)

Minħabba l-pożizzjoni dgħajfa tas-suq kurrenti tal-prodotti Ukrajni fil-KE, l-esportaturi Ukrajni jkunu jridu madankollu jirbħu mill-ġdid is-sehem mitluf tas-suq jew iwessgħu l-bażi tagħhom ta' klijenti u x'aktarx li jagħmlu dan bi prezzijiet iddampjati kif stabbilit matul l-RIP.

(89)

L-applikant argumenta li, tul il-perjodu meqjus, il-profitt ta’ l-industrija Komunitarja kien effettivament fqir ħafna u kien biss matul l-RIP, li laħaq ir-rata ta’ 8 %. Huwa argumenta wkoll li industrija intensiva fil-kapital bħall-industrija tal-fertilizzanti ma setgħetx tibqa’ attiva tul perjodu twil ta’ żmien, jiġifieri żżomm u tissostitwixxi l-kapital u l-operazzjonijiet kollha b’rata ta’ profitt bħal din. F’dan ir-rigward, l-ewwelnett għandu jiġi nnotat li r-rata ta’ profitt mhux dannuża ta’ 8 %, li kienet stabbilita fl-investigazzjoni oriġinali tqieset bħala profitt normali li din it-tip ta’ industrija għandha tistenna li tilħaq fin-nuqqas ta’ dumping dannuż. Madankollu, matul dik l-investigazzjoni oriġinali, ġie ukoll stabbilit li minħabba d-dumping dannuż minn inter alia l-Ukrajna, il-kapaċità ta' profitt kienet marret għall-agħar u saret –12,4 %. Għalhekk, jekk il-miżuri jiġu revokati, hemm riskju li l-kapaċità ta' profitt tonqos għal perċentwali 'l isfel sewwa r-rata mhux dannuża).

(90)

Ta' min jinnota li madwar 80 % ta' l-esportazzjonijiet Ukrajni lejn is-suq tal-Komunità matul l-RIP saru taħt impenn ta' prezz. Madankollu, il-prezzijiet kienu 20-25 % aktar mill-prezz minimu ta' importazzjoni ta' dan l-impenn. Ta' min, iżda, jinnota li l-impenn kien suġġett għal limitu kwantitattiv u li għalhekk, ma kienx possibbli li wieħed jasal għal konklużjoni ġenerali dwar x'kien se jkun l-aġir ta' l-esportaturi dwar il-prezz fin-nuqqas ta' dan il-limitu kwantittativ.

(91)

Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, x'aktarx li volumi sinifikanti ta' AN prodotti fl-Ukrajna jerġgħu jiġu diretti lejn is-suq tal-Komunità bi prezzijiet iddampjati li jimminaw b'mod sostanzjali l-prezzijiet ta' l-industrija tal-Komunità, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

3.   L-impatt fuq l-industrija Komunitarja ta’ l-effetti tal-volumi u tal-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni projettati f’każ ta’ revoka tal-miżuri

(92)

Fid-dawl tal-probabilità msemmija hawn fuq ta' żieda sinifikanti tal-volumi ta' esportazzjoni mill-Ukrajna lejn is-suq tal-Komunità bi prezzijiet iddampjati u li jimminaw, l-industrija tal-Komunità jkollha tnaqqas b'mod sinifikanti l-prezzijiet tagħha ta' bejgħ biex iżżomm il-klijenti tagħha. Dan huwa veru b'mod partikolari, peress li l-AN huwa prodott volatili li l-prezzijiet tiegħu jistgħu jiġu affettwati b'mod sinifikanti b'volum ta' importazzjoni bi prezzijiet iddampjati li jimminaw il-prezzijiet ta' l-industrija tal-Komunità. Għaldaqstant, il-profitti jonqsu b'mod qawwi peress li t-titjib preżenti fir-rendiment ta' l-industrija tal-Komunità ġej mill-prezzijiet ta' bejgħ li jirriflettu l-aktar il-kondizzjonijiet favorevoli tas-suq fis-seħħ b'mod partikolari matul l-2004 u l-RIP.

(93)

Fir-rigward tal-kondizzjonijiet favorevoli tas-suq matul dawn l-aħħar sentejn tal-perjodu kkonsidrat, ta' min jinnota li dawn kellhom rwol importanti fiż-żamma tal-prezzijiet fuq livell għoli, barra mill-miżuri applikabbli ta' anti-dumping. Tabilħaqq, matul dan il-perjodu, bilanċ issikkat bejn id-domanda u l-provvista madwar id-dinja wassal għal prezzijiet għoljin għall-fertilizzanti kollha tan-nitroġenu. L-AN huwa bħall-fertilizzanti l-oħra tan-nitroġenu prodott li l-prezz tiegħu huwa influwenzat minn bosta fatturi, mill-prezz volatili tal-gass li għandu impatt konsiderevoli fuq il-provvista u li huwa l-aktar element importanti li jiddetermina l-prezz, sal-kondizzjonijiet tat-temp, il-livelli ta' ħażna ta' l-uċuħ u tal-qamħ li jwasslu għal tnaqqis jew żieda tad-domanda. F'dak li għandu x'jaqsam b'mod partikolari mas-suq tal-Komunità, id-domanda għall-fertilizzanti tan-nitroġenu mistennija tonqos xi naqra fis-snin li ġejjin (16). Iż-żamma ta' prezzijiet għoljin bħal dawn tiddependi għalhekk fuq provvista xi naqra nieqsa, li madankollu hija improbabbli ħafna, kif uriet l-investigazzjoni, minħabba l-kapaċità żejda ta' esportazzjoni tal-pajjiż ikkonċernat u l-probabbiltà li parti mill-esportazzjonijiet tagħha lill-pajjiżi terzi matul l-RIP jkunu diretti mill-ġdid lejn il-Komunità, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Peress li l-prezzijiet ipprattikati mill-Ukrajni kienu qed jimminaw b'mod sinifikanti l-prezzijiet ta' l-industrija tal-Komunità, iż-żieda probabbli fil-volumi ta' importazzjoni mill-Ukrajna se jġiegħlu lill-industrija tal-Komunità jew li tnaqqas sewwa l-prezzijiet tagħha, u b'hekk il-profitti, jew li titlef biċċa sewwa mis-sehem tagħha tas-suq u għalhekk id-dħul, jew it-tnejn li huma. Proċess ta' strutturazzjoni mill-ġdid li jirnexxi ta' l-industrija tal-Komunità probabbilment jista’ biss jinnewtralizza mhux għal kollox tnaqqis probabbli fil-prezzijiet u l-proċess kollu ta’ rkupru jitqiegħed f’periklu. Għalhekk x’aktarx li jirriżulta deterjorament tar-rendiment ġenerali ta’ l-industrija tal-Komunità mir-revoka tal-miżuri.

4.   Konklużjoni dwar il-probabbiltà ta’ rikorrenza tad-dannu

(94)

Dak li ntqal aktar ’il fuq iwassal għall-konklużjoni li jekk il-miżuri jiskadu, l-esportazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat x’aktarx li jseħħu fi kwantitajiet sinifikanti u bi prezzijiet iddampjati li jimminaw il-prezzijiet ta’ l-industrija tal-Komunità. Dan x’aktarx ikollu l-effett li jġib tendenza ta’ tnaqqis fil-prezzijiet fis-suq, b’impatt negattiv mistenni fuq il-qagħda ekonomika ta’ l-industrija tal-Komunità. Dan b’mod partikolari jimpedixxi l-irkupru finanzjarju li nkiseb fl-2004 u l-RIP, li jwassal għal rikorrenza probabbli ta’ dannu.

G.   L-INTERESS TAL-KOMUNITÀ

1.   Introduzzjoni

(95)

Skond l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri eżistenti ta’ anti-dumping tkunx kontra l-interessi tal-Komunità fis-sħiħ. Id-determinazzjoni ta’ l-interess tal-Komunità kienet ibbażata fuq apprezzament ta’ l-interessi kollha varji li huma involuti..

(96)

Ta’ min jiftakar li, fl-investigazzjoni oriġinali, l-adozzjoni ta’ miżuri tqieset li ma kinitx kontra l-interess tal-Komunità. Barra minn hekk, il-fatt li l-investigazzjoni preżenti hija reviżjoni, li allura qed tanalizza sitwazzjoni li fiha l-miżuri anti-dumping diġà kienu jeżistu, jippermetti stima ta’ kull impatt negattiv mhux meħtieġ fuq il-partijiet ikkonċernati bil-miżuri kurrenti ta’ anti-dumping.

(97)

Abbażi ta’ dan, ġie eżaminat jekk, minkejja l-konklużjonijiet dwar il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping dannuż, kinux jeżistu raġunijiet kompulsivi li jwasslu għall-konklużjoni li mhux fl-interess tal-Komunità li jinżammu l-miżuri f’dan il-każ partikolari.

2.   L-interess ta' l-industrija tal-Komunità

(98)

L-industrija tal-Komunità wriet li hija industrija strutturalment vijabbli. Dan ġie kkonfermat bl-iżvilupp pożittiv tal-qagħda ekonomika tagħha li dehret wara l-impożizzjoni tal-miżuri anti-dumping fl-2001. B’mod partikolari, l-industrija tal-Komunità tejbet il-qagħda tagħha ta’ profitt bejn l-2002 u l-RIP u jrexxilha tirristruttura lilha nnifisha mill-ġdid.

(99)

Għalhekk bir-raġun huwa mistenni li l-industrija tal-Komunità se tissokta tibbenefika mill-miżuri imposti bħalissa u tirkupra billi żżomm u tistabbilizza l-kapaċità tagħha ta’ profitt. Jekk il-miżuri ma jinżammux, x’aktarx li jiżdiedu l-importazzjonijiet bi prezzijiet iddampjati mill-pajjiż ikkonċernat, b’hekk isir dannu lill-industrija tal-Komunità billi ssir pressjoni 'l isfel fuq il-prezzijiet tal-bejgħ u dan iqiegħed fil-periklu l-qagħda finanzjarja pożittiva li hemm bħalissa.

3.   L-interess ta' l-importaturi

(100)

Kif issemma fil-premessa (11) hawn fuq, importatur wieħed biss wera li kien lest li jiġi inkluż fil-kampjun u pprovda t-tagħrif bażiku meħtieġ fil-formola tat-teħid ta’ kampjuni. Iżda, l-importatur imsemmi ma kellu ebda attività ta’ importazzjoni matul l-RIP.

(101)

Ta’ min isemmi li fl-investigazzjoni oriġinali nstab li l-impatt ta’ l-impożizzjoni ta’ miżuri ma jkunx sinifikanti sal-punt li l-importazzjonijiet jibqgħu jseħħu għalkemm bi prezzijiet mhux ta’ dannu u li bħala regola, l-importaturi ma jinnegozjawx biss fl-AN iżda wkoll, sa ċertu punt, f’fertilizzanti oħrajn. It-tendenza lura fl-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat matul il-perjodu kkunsidrat twassal għall-konklużjoni li xi importaturi tabilħaqq seta’ kellhom konsegwenzi negattivi mill-impożizzjoni tal-miżuri, kif intwera fil-premessa (52) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1629/2000 (17). Iżda, fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni ta’ l-importaturi u għalhekk ta’ kull evidenza konklużiva li tippermetti li ssir stima ta’ kull konsegwenza negattiva sinifikanti, ġie konkluż li l-impożizzjoni ta’ miżuri jidher li kellha impatt ġenerali limitat fuq il-parti l-kbira ta’ l-importaturi/kummerċjanti.

(102)

M’hemmx tagħrif disponibbli ta’ min jafdah li juri li ż-żamma tal-miżuri se jkollha effett negatti sinifikanti fuq l-importaturi jew il-kummerċjanti

4.   L-interessi ta' l-utenti

(103)

Huma l-bdiewa li jużaw l-AN fil-Komunità. Fl-investigazzjoni oriġinali ġie konkluż li minħabba l-inċidenza żgħira ta’ l-ispejjeż ta’ l-AN fuq il-bdiewa, kull żieda f’dawn l-ispejjeż x’aktarx li ma jkollix effett ħażin sinifikanti fuqhom. Il-fatt li l-ebda persuna jew assoċjazzjoni li tuża l-AN ma pprovvdiet xi tagħrif li jmeri dak li nstab hawn fuq fil-qafas ta’ l-investigazzjoni ta’ reviżjoni kurrenti jidher li jikkonferma li: (i) l-AN jirrappreżenta parti żgħira ħafna ta’ l-ispejjeż totali ta’ produzzjoni tal-bdiewa; (ii) il-miżuri fis-seħħ bħalissa ma kellhom l-ebda effett negattiv sostanzjali fuq il-qagħda tagħhom ekonomika; u (iii) l-issoktar tal-miżuri mhux se jaffettwa b’mod ħażin l-interessi finanzjarji tal-bdiewa.

5.   Il-konklużjoni dwar l-interess tal-Komunità

(104)

Minħabba dan ta’ hawn fuq, ġie konkluż li m’hemmx raġunijiet kompulsivi kontra ż-żamma tal-miżuri kurrenti ta’ anti-dumping.

H.   IL-MIŻURI ANTI-DUMPING

(105)

Il-partijiet kollha kienu informati bil-fatti u bil-konsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom huwa maħsub li jiġi rakkomandat li l-miżuri eżistenti jinżammu. Ingħataw ukoll perjodu biex jagħmlu rappreżentazzjonijiet wara dan l-iżvelar.

(106)

Isegwi minn dak li ntqal aktar ’il fuq li, hekk kif provdut mill-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ l-AN li joriġina fl-Ukrajna għandhom jinżammu. Ta’ min ifakkar li dawn il-miżuri jikkonsistu f’dazji speċifiċi.

(107)

Kif intwera fil-premessa (45), il-prezzijiet ta’ importazzjoni Ukrajni għall-gass naturali żiedu b’mod sinifikanti mill-RIP u x’aktarx li bil-mod il-mod se jsiru konverġenti mal-prezzijiet internazzjonali fis-snin li ġejjin. Barra minn hekk, kif ġie spjegat fil-premessa (32), is-sejbiet dwar id-dumping kienu bbażati fuq il-valur normali kkalkulat fuq il-bażi tad-data miksuba minn produttur f’pajjiż terz li għandu ekonomija tas-suq. Sussegwentement għat-tnedija tat-talba għal reviżjoni ta’ l-iskadenza, l-Ukrajna kisbet stat ta’ Ekonomija tas-Suq. Minħabba dan u minħabba li l-gass naturali huwa l-aktar element li jaffettwa l-prezz fil-produzzjoni ta’ l-AN, huwa possibbli li, jekk id-dumping jiġi rivedut fi stadju aktar 'l quddiem abbażi ta’ data ta’ valur normali ta’ l-esportaturi Ukrajni s-sejbiet jkunu differenti minn dawk stabbiliti fir-reviżjoni kurrenti. Bl-istess mod, l-effetti potenzjali ta’ dannu ta’ dak id-dumping rivedut ikunu wkoll affettwati mill-impatt fuq il-prezzijiet ta’ esportazzjoni taż-żidiet fl-ispejjeż ta’ produzzjoni kkawżati mill-evoluzzjoni tal-prezzijiet domestiċi tal-gass. Għalhekk huwa meqjus prudenti li tiġi limitata għal sentejn iż-żamma tal-miżuri mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet l-oħra ta' l-Artikolu 11 tar-Regolament bażiku.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   B’dan qed jiġi impost dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat ta’ l-ammonju li jeċċedi t- 80 % bil-piż, li jaqgħu fi ħdan il-kodiċijiet NM 3102 30 90, 3102 40 90, ex 3102 29 00, ex 3102 60 00, ex 3102 90 00, ex 3105 10 00, ex 3105 20 10, ex 3105 51 00, ex 3105 59 00 u ex 3105 90 91 u li joriġinaw fl-Ukrajna.

2.   Ir-rata ta’ dazju anti-dumping għandu jkun ammont fiss ta’ euro kull tunnellata kif jidher hawn taħt:

Deskrizzjoni tal-prodott

Kodiċi NM

Kodiċi TARIC

Ammont ta’ dazju

(EUR kull tunnellata)

Nitrat ta’ l-ammonju għajr għal f’soluzzjonijiet ta’ ilma

3102 30 90

33,25

Taħlitiet ta’ nitrat ta’ l-ammonju mal-karbunat tal-kalċju jew sustanzi oħra inorganiċi mhux fertilizzanti, b’kontenut ta’ nitroġenu li jaqbeż 28 % bil-piż

3102 40 90

 

33,25

Melħ doppju u taħlitiet tas-sulfat ta’ l-ammonju u nitrat ta’ ammonju — Fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat ta’ ammonju li jaqbeż it-80 % bil-piż

3102 29 00

10

33,25

Melħ doppju u taħlitiet tan-nitrat tal-kalċju u nitrat ta’ l-ammonju — Fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat ta’ ammonju li jaqbeż it-80 % bil-piż

3102 60 00

10

33,25

Fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat ta’ ammonju li jaqbeż it-80 % bil-piż

3102 90 00

10

33,25

Fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat ta’ ammonju li jaqbeż it-80 % bil-piż, mingħajr kontenut ta’ fosfru u ta’ potassju

3105 10 00

10

33,25

Fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat ta’ ammonju li jaqbeż it-80 % bil-piż, u kontenut ta’ fosfru evalwat bħala P205 u/jew kontenut ta’ potassju evalwat bħala K20 ta’ anqas minn 3 % bil-piż.

3105 10 00

10

33,25

Fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat ta’ ammonju li jaqbeż it-80 % bil-piż, u kontenut ta’ fosfru evalwat bħala P205 u/jew kontenut ta’ potassju evalwat bħala K20 ta’ 3 % bil-piż jew iżjed iżda ta’ anqas minn 6 % bil-piż.

3105 10 00

30

31,25

Fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat ta’ ammonju li jaqbeż it-80 % bil-piż, u kontenut ta’ fosfru evalwat bħala P205 u/jew kontenut ta’ potassju evalwat bħala K20 ta’ 6 % bil-piż jew iżjed iżda ta’ anqas minn 9 % bil-piż.

3105 10 00

40

30,26

Fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat ta’ ammonju li jaqbeż it-80 % bil-piż, u kontenut ta’ fosfru evalwat bħala P205 u/jew kontenut ta’ potassju evalwat bħala K20 ta’ 9 % bil-piż jew iżjed iżda li ma jaqbiżx 12 % bil-piż.

3105 10 00

50

29,26

Fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat ta’ ammonju li jaqbeż it-80 % bil-piż, u kontenut ta’ fosfru evalwat bħala P205 u kontenut ta’ potassju evalwat bħala K20 ta’ anqas minn 3 % bil-piż.

3105 20 10

30

32,25

Fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat ta’ ammonju li jaqbeż it-80 % bil-piż, u kontenut ta’ fosfru evalwat bħala P205 u kontenut ta’ potassju evalwat bħala K20 ta’ 3 % bil-piż jew iżjed iżda ta’ anqas minn 6 % bil-piż.

3105 20 10

40

31,25

Fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat ta’ ammonju li jaqbeż it-80 % bil-piż, u kontenut ta’ fosfru evalwat bħala P205 u kontenut ta’ potassju evalwat bħala K20 ta’ 6 % bil-piż jew iżjed iżda ta’ anqas minn 9 % bil-piż.

3105 20 10

50

30,26

Fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat ta’ ammonju li jaqbeż it-80 % bil-piż, u kontenut ta’ fosfru evalwat bħala P205 u kontenut ta’ potassju evalwat bħala K20 ta’ 9 % bil-piż jew iżjed iżda li ma jaqbiżx 12 % bil-piż.

3105 20 10

60

29,26

Fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat ta’ ammonju li jaqbeż it-80 % bil-piż, u kontenut ta’ fosfru evalwat bħala P205 ta' anqas minn 3 % bil-piż

3105 51 00

10

32,25

Fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat ta’ ammonju li jaqbeż it-80 % bil-piż, u kontenut ta’ fosfru evalwat bħala P205 ta' 3 % bil-piż jew iżjed iżda anqas minn 6 % bil-piż.

3105 51 00

20

31,25

Fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat ta’ ammonju li jaqbeż it-80 % bil-piż, u kontenut ta’ fosfru evalwat bħala P205 ta' 6 % bil-piż jew iżjed iżda anqas minn 9 % bil-piż.

3105 51 00

30

30,26

Fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat ta’ ammonju li jaqbeż it-80 % bil-piż, u kontenut ta’ fosfru evalwat bħala P205 ta' 9 % bil-piż jew iżjed iżda li ma jaqbiżx 10,40 % bil-piż.

3105 51 00

40

29,79

Fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat ta’ ammonju li jaqbeż it-80 % bil-piż, u kontenut ta’ fosfru evalwat bħala P205 ta' anqas minn 3 % bil-piż.

3105 59 00

10

32,25

Fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat ta’ ammonju li jaqbeż it-80 % bil-piż, u kontenut ta’ fosfru evalwat bħala P205 ta' 3 % bil-piż jew iżjed iżda anqas minn 6 % bil-piż

3105 59 00

20

31,25

Fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat ta’ ammonju li jaqbeż it-80 % bil-piż, u kontenut ta’ fosfru evalwat bħala P205 ta' 6 % bil-piż jew iżjed iżda anqas minn 9 % bil-piż

3105 59 00

30

30,26

Fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat ta’ ammonju li jaqbeż it-80 % bil-piż, u kontenut ta’ fosfru evalwat bħala P205 ta' 9 % bil-piż jew iżjed iżda li ma jaqbiżx 10,40 % bil-piż

3105 59 00

40

29,79

Fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat ta’ ammonju li jaqbeż it-80 % bil-piż, u kontenut ta' potassju evalwat bħala K20 ta' anqas minn 3 % bil-piż

3105 90 91

30

32,25

Fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat ta’ ammonju li jaqbeż it-80 % bil-piż, u kontenut ta' potassju evalwat bħala K20 ta' 3 % bil-piż jew iżjed iżda anqas minn 6 % bil-piż

3105 90 91

40

31,25

Fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat ta’ ammonju li jaqbeż it-80 % bil-piż, u kontenut ta' potassju evalwat bħala K20 ta' 6 % bil-piż jew iżjed iżda anqas minn 9 % bil-piż

3105 90 91

50

30,26

Fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat ta’ ammonju li jaqbeż it-80 % bil-piż, u kontenut ta' potassju evalwat bħala K20 ta' 9 % bil-piż jew iżjed iżda li ma jaqbiżx 12 % bil-piż

3105 90 91

60

29,26

3.   F'każijiet fejn il-prodotti sofrew ħsara qabel id-dħul fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa u, għalhekk, il-prezz fil-fatt imħallas jew li jrid jitħallas jinqasam fi proporzjonijiet biex jiġi kkalkulat il-valur tad-dwana skond l-Artikolu 145 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (18), l-ammont ta' dazju anti-dumping, ikkalkulat fuq l-ammonti stabbiliti hawn fuq, għandu jitnaqqas b'perċentwali li jikkorrispondi mat-tqassim fi proporzjonijiet tal-prezz fil-fatt imħallas jew li jrid jitħallas.

4.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jirrigwardaw d-dazji doganali għandhom japplikaw.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Huwa għandu jibqa' fis-seħħ għal perjodu ta' sentejn.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ April 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

B. ZYPRIES


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).

(2)  ĠU L 23, 25.1.2001, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).

(3)  ĠU L 182, 19.5.2004, p. 28.

(4)  ĠU L 183, 20.5.2004, p. 13.

(5)  ĠU C 110, 5.5.2005, p. 15.

(6)  ĠU C 18, 25.1.2006, p. 2.

(7)  L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).

(8)  Eskluża l-produzzjoni ta’ l-AN ipproċessata aktar għand produtturi vertikalment integrati.

(9)  Sors: Statistiċi IFADATA onlajn, l-assoċjazzjoni internazzjonali ta’ l-industrija tal-fertilizzanti

(10)  Terra Industries, Ir-Rapport Annwali ta’ l-2005 — Minn 10-K, paġna 6.

(11)  Nymex Gas Futures kif ikkwotati minn Heren EGM.

(12)  Il-futures ta’ Awwissu kkwotati fit-30 ta’ Ġunju 2005, Nymex Gas Futures, Heren EGM.

(13)  Il-futures ta’ Ottubru kkwotati fid-29 ta’ Settembru 2005, Nymex Gas Futures, Heren EGM.

(14)  L-istatistiċi Ukrajni ta’ l-esportazzjoni, l-2005 u l-2006.

(15)  ĠU L 102, 18.4.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 945/2005 (ĠU L 160, 23.6.2005, p. 28).

(*)  Il-prezz ta’ unità huwa bbażat fuq il-valur doganali tal-prodott fil-fruntiera Ukrajna. Dan il-valur jista’ jitqies bħala li huwa paragunabbli għall-valur ta’ l-importazzjonijiet fil-Komunità li joriġinaw fl-Ukrajna bbażat fuq l-Eurostat.

(16)  Sors:“Bilanċ tal-provvista u provvista/domanda ta' fertilizzanti globali u materja prima: 2005-2009”, A05/71b, Ġunju 2005, International Fertiliser Industry Association “IFA”.

(17)  ĠU L 187, 26.7.2000, p. 12.

(18)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.


Top