EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007L0031

Direttiva tal-Kummissjoni 2007/31/KE tal- 31 ta’ Mejju 2007 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta’ l-estensjoni ta’ l-użu tas-sustanza attiva fosthiazate (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 140, 1.6.2007, p. 44–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/06/2011

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2007/31/oj

1.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 140/44


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2007/31/KE

tal-31 ta’ Mejju 2007

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta’ l-estensjoni ta’ l-użu tas-sustanza attiva fosthiazate

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jħarsu l-pjanti (1), u b’mod partikolari t-tieni inċiż tat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Bis-saħħa tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/84/KE (2) fosthiazate kien inkluż bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

(2)

Meta kien qed japplika għall-inklużjoni tal-fosthiazate l-manifattur tagħha ISK Biosciences Europe S.A. ssottometta data dwar l-użi biex ikunu kkontrollati nematodi li jappoġġaw il-konklużjoni ġenerali li tista' tkun mistennija minn prodotti li jipproteġu l-pjanti li fihom il-fosthiazate biex jissodisfaw il-ħtiġijiet ta’ sigurtà stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE. Għalhekk, il-fosthiazate kien inkluż fl-Anness I ta’ din id-Direttiva bid-dispożizzjonijiet speċifiċi li l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw biss użi bħala n-nematiċid.

(3)

Barra l-kontroll ta’ nematodi f'ċerti użi agrikoli, in-notifikatur issa applika għal emenda f'dawk id-dispożizzjonijiet speċifiċi fir-rigward tal-kontroll ta’ l-insetti. Sabiex tkun appoġġata din l-estensjoni ta’ l-użu, in-notifikatur issottometta informazzjoni addizzjonali.

(4)

L-Olanda u r-Renju Unit eżaminaw l-informazzjoni u d-data sottomessi mill-kumpanija. Huma infurmaw lill-Kummissjoni f'Mejju u f'Novembru 2006 rispettivament li waslu għall-konklużjoni li l-estensjoni ta’ l-użu mitluba ma tikkawżax riskji oħrajn barra dawk li diġà kienu kkunsidrati fid-dispożizzjonijiet speċifiċi għall-fosthiazate fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE u fir-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni dwar is-sustanza. Dan hu partikularment minnu ġaladarba l-estensjoni tikkonċerna biss l-organiżmi kkontrollati, iżda mhux il-parametri ta’ l-applikazzjoni kif iffissati fid-dispożizzjonijiet speċifiċi ta’ l-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

(5)

Għalhekk huwa ġustifikat li jkunu modifikati d-dispożizzjonijiet speċifiċi għall-fosthiazate.

(6)

Għalhekk huwa xieraq li d-Direttiva 91/414/KEE tkun emendata kif inhu xieraq.

(7)

Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw sa mhux iktar tard mill-1 ta’ Settembru 2007, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u l-iskeda ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mit-2 ta’ Settembru 2007.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha issir din ir-referenza.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak li fih tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 31 ta’ Mejju 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/25/KE (ĠU L 106, 24.4.2007, p. 34).

(2)  ĠU L 247, 30.9.2003, p. 20. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2004/64/KE (ĠU L 125, 28.4.2004, p. 42).


ANNESS

Fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, ir-ringiela 69 tinbidel b’dan li ġej:

“69

Fosthiazate

Nru CAS 98886-44-3

CIPAC Nru 585

(RS)-S-sec-butyl O-ethyl 2-oxo-1,3-thiazolidin-3-ylphosphonothioate

930 g/kg

1 ta’ Jannar 2004

31 ta’ Diċembru 2013

Huma biss użi bħala insettiċidi jew nematiċidi li jistgħu jkunu awtorizzati.

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi ta’ l-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar il-fosthiazate, u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzati mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali fl-4 ta’ Lulju 2003. F’din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri:

għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għal kontaminazzjoni ta' l-ilma ta' taħt l-art, meta s-sustanza attiva tkun applikata f'reġjuni b'ħamrija u/jew kundizzjonijiet klimatiċi vulnerabbli.

għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-protezzjoni ta' l-għasafar u l-mammiferi b'mod partikulari jekk is-sustanza hija applikata matul l-istaġun tat-tgħammir;

għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-ħarsien ta’ l-organiżmi tal-ħamrija li mhumiex il-mira.

Miżuri ta' tnaqqis tar-riskju għandhom ikunu applikati fejn hu xieraq. Sabiex jitnaqqas ir-riskju potenzjali lill-għasafar iż-żgħar, l-awtorizzazzjonijiet tal-prodott għandhom jirrikjedu li jinkiseb livell għoli ħafna ta' inkorporazzjoni ta' granuli fl-art.

L-Istati Membri għandhom jinformaw il-Kummissjoni skond l-Artikolu 13(5) dwar l-ispeċifikazzjoni tal-materjal tekniku kif kummerċjalment manifatturat.”


Top