EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007E0720

Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2007/720/PESK tat- 8 ta’ Novembru 2007 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2004/570/PESK dwar l-operazzjoni militari ta’ l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja-Ħerzegovina

ĠU L 291, 9.11.2007, p. 29–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/joint_action/2007/720/oj

9.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 291/29


AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2007/720/PESK

tat-8 ta’ Novembru 2007

li temenda l-Azzjoni Konġunta 2004/570/PESK dwar l-operazzjoni militari ta’ l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja-Ħerzegovina

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-12 ta’ Lulju 2004, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2004/570/PESK (1) (l-Operazzjoni ALTHEA).

(2)

Fid-19 ta’ Diċembru 2006, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà endorsja rakkomandazzjonijiet mmirati lejn il-kisba ta’ koordinazzjoni u koerenza ottimali f’sitwazzjonijiet fejn ta’ l-inqas żewġ atturi ta’ l-UE fil-qasam tal-maniġġar tal-kriżijiet huma attivi fl-istess pajjiż, notevolment permezz ta’ konsultazzjoni eqreb bejn il-Kmandant tal-Forza ta’ l-UE u r-Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (RSUE) u bejn il-Kmandant tal-Forza ta’ l-UE u l-Kap ta’ Missjoni tal-Pulizija ta’ l-UE.

(3)

Fit-18 ta’ Ġunju 2007 il-Kunsill approva r-rakkomandazzjonijiet ta’ hawn fuq għall-finijiet ta’ l-operazzjoni Althea.

(4)

L-Azzjoni Konġunta 2004/570/PESK għandha tiġi emendata għaldaqstant,

ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

Artikolu 1

L-Artikolu 7 (2) u (3) ta’ l-Azzjoni Konġunta 2004/570/PESK għandhom jinbidlu b’dan li ġej:

“2.   Mingħajr preġudizzju għall-katina ta’ kmand, il-Kmandant tal-Forza ta’ l-UE għandu jikkonsulta u jqis il-gwida politika mir-RSUE dwar kwistjonijiet b’dimensjoni politika lokali, ħlief meta d-deċiżjonijiet ikollhom jittieħdu urġentement jew meta s-sigurtà operattiva tkun essenzjali.

3.   Il-Kmandant tal-Forza ta’ l-UE għandu jżomm kuntatt, kif meħtieġ, ma’ l-EUPM u jikkonsulta mal-Kap tal-Missjoni tal-Pulizija ta’ l-UE dwar kwistjonijiet ta’ pulizija.”

Artikolu 2

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 8 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

R. PEREIRA


(1)  ĠU L 252, 28.7.2004, p. 10.


Top