Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0857

2007/857/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 8 ta' Novembru 2007 li temenda l-Anness I għall-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2005

ĠU L 347, 29.12.2007, p. 3–3 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 347, 29.12.2007, p. 1–1 (GA)
ĠU L 347, 29.12.2007, p. 37–37 (BG, RO)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/857/oj

29.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 347/3


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-8 ta' Novembru 2007

li temenda l-Anness I għall-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2005

(2007/857/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2005, u partikolarment l-Artikolu 3 (6),

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

L-Artikolu 3(3) ta' l-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2005 jistipula li r-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija jaderixxu għall-konvenzjonijiet u l-protokolli, li lista tagħhom tinsab fl-Anness I tiegħu.

(2)

L-Istati Membri ffirmaw, fl-14 ta' April 2005, Konvenzjoni dwar l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u ir-Repubblika tas-Slovakkja mal-Konvenzjoni tad-19 ta' Ġunju 1980 dwar il-liġi applikabbli għal obbligi kuntrattwali, miftuħa għall-firma f'Ruma fid-19 ta' Ġunju 1980, u ma' l-Ewwel u t-Tieni Protokoll dwar l-interpretazzjoni tagħha mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej (1).

(3)

Jixraq li jkun hemm provvediment għall-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Konvenzjoni dwar il-liġi applikabbli għal obbligi kuntrattwali tad-19 ta' Ġunju 1980, u ma' l-Ewwel u t-Tieni Protokoll dwar l-interpretazzjoni tagħha mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, kif emendata bil-Konvenzjoni ta' l-14 ta' April 2005. Għal dan il-għan, dik il-Konvenzjoni għandha tiżdied ma' l-Anness I ta' l-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2005,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Fl-Anness I ta' l-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2005, għandu jiżdied l-inċiż li ġej fil-punt 1:

“—

Il-Konvenzjoni ta' l-14 ta' April 2005 dwar l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka għall-Konvenzjoni dwar il-liġi applikabbli għal obbligi kuntrattwali, miftuħa għall-firma f'Ruma fid-19 ta' Ġunju 1980, u għall-Ewwel u t-Tieni Protokoll dwar l-interpretazzjoni tagħha mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU C 169, 8.7.2005, p. 1).”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett mill-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 8 ta' Diċembru 2007.

Għall-Kunsill

Il–President

R. PEREIRA


(1)   ĠU C 169, 8.7.2005, p. 1.


Top