This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007D0782
2007/782/EC: Commission Decision of 30 November 2007 approving annual and multi-annual national programmes and the financial contribution from the Community for the eradication, control and monitoring of certain animal diseases and zoonoses, presented by the Member States for 2008 and following years (notified under document number C(2007) 5776)
2007/782/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 30 ta’ Novembru 2007 li tapprova programmi nazzjonali annwali u multi-annwali u l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-qerda, kontroll u sorveljanza ta’ ċertu mard u żoonożi fl-annimali, ippreżentati mill-Istati Membri għall-2008 u snin ta’ wara. (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5776)
2007/782/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 30 ta’ Novembru 2007 li tapprova programmi nazzjonali annwali u multi-annwali u l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-qerda, kontroll u sorveljanza ta’ ċertu mard u żoonożi fl-annimali, ippreżentati mill-Istati Membri għall-2008 u snin ta’ wara. (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5776)
ĠU L 314, 1.12.2007, p. 29–39
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 10/12/2008
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modified by | 32008D0920 | Sostituzzjoni parzjali | artikolu 1.2 | 04/12/2008 | |
Modified by | 32008D0920 | Emenda | artikolu 4.2 | 04/12/2008 | |
Modified by | 32008D0920 | Sostituzzjoni parzjali | artikolu 3.2PTB) | 04/12/2008 | |
Modified by | 32008D0920 | Emenda | artikolu 5.2 | 04/12/2008 | |
Modified by | 32008D0920 | Emenda | artikolu 6.2 | 04/12/2008 | |
Modified by | 32008D0920 | Emenda | artikolu 7.2 | 04/12/2008 | |
Modified by | 32008D0920 | Emenda | artikolu 9.2 | 04/12/2008 | |
Modified by | 32008D0920 | Emenda | artikolu 2.2 | 04/12/2008 | |
Modified by | 32008D0920 | Emenda | artikolu 18.5 | 04/12/2008 | |
Modified by | 32008D0920 | Emenda | artikolu 10.2 | 04/12/2008 | |
Modified by | 32008D0920 | Sostituzzjoni parzjali | artikolu 3.2PTA) | 04/12/2008 | |
Modified by | 32008D0920 | Sostituzzjoni parzjali | artikolu 16.5PTE) | 04/12/2008 |
1.12.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 314/29 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-30 ta’ Novembru 2007
li tapprova programmi nazzjonali annwali u multi-annwali u l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-qerda, kontroll u sorveljanza ta’ ċertu mard u żoonożi fl-annimali, ippreżentati mill-Istati Membri għall-2008 u snin ta’ wara.
(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5776)
(2007/782/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b’ mod partikolari l-Artikolu 24(5) tagħha
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni 90/424/KE tistipula l-proċeduri li jirregolaw il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità lejn il-programmi għall-qerda, kontroll u monitoraġġ ta’ ċertu mard u żoonożi fl-annimali. |
(2) |
Barra minn hekk, l-Artikolu 24(1) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE jistipula li miżura finanzjarja tal-Komunità trid tiġi introdotta għar-rimborż tan-nefqa mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-programmi nazzjonali għall-qerda, kontroll u monitoraġġ tal-mard fl-annimali u taż-żoonożi elenkati f'din id-Deċiżjoni. |
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/965/KE tad-19 ta’ Diċembru 2006 li temenda d-Deċiżjoni 90/424/KEE dwar in-nefqa fil-qasam veterinarju (2) ssostitwit l-Artikolu 24 ta’ din id-Deċiżjoni b'dispożizzjoni ġdida. Bħala miżura ta’ tranżizzjoni, id-Deċiżjoni 2006/965/KE stipulat li l-programmi għall-lewkożi bovina enzootika u għall-marda ta’ Aujeszky jistgħu jibqgħu jiġu ffinanzjati sal-31 ta’ Diċembru 2010. |
(4) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/638/KEE tas-27 ta’ Novembru 1990 li tistabbilixxi l-kriterji tal-Komunità għall-qerda u s-sorveljanza ta’ ċertu mard fl-annimali (3) tistipula li biex jiġu approvati taħt il-miżuri stipulati fl-Artikolu 24(1) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE, il-programmi mibgħuta mill-Istati Membri jridu jissodisfaw l-kriterji stabbiliti fl-Annessi tad-Deċiżjoni 90/638/KEE. |
(5) |
Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistipula regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-qerda ta’ ċerti enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli (4), jistipula programmi annwali għall-qerda u s-sorveljanza ta’ enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli (TSEs, transmissible spongiform encephalopathies) fl-annimali bovini, ovini u kaprini. |
(6) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE (5) dwar miżuri tal-Komunità għall-kontroll ta’ l-influwenza fit-tjur tistipula wkoll għall-programmi ta’ sorveljanza mill-Istati Membri li jridu jitwettqu fir-rigward tat-tjur u l-għasafar salvaġġi biex isir kontribut, fost l-oħrajn, fuq il-bażi ta’ stimi tar-riskju aġġornati b'mod regolari, għall-għarfien dwar it-theddida li ġejja mill-għasafar salvaġġi fir-rigward ta’ xi virus ta’ l-influwenza li ġej mit-tjur fl-għasafar. Dawn il-programmi annwali għas-sorveljanza, u l-finanzjament tagħhom, għandhom jiġu approvati wkoll. |
(7) |
Ċerti Stati Membri ressqu programmi annwali lill-Kummissjoni għall-qerda, kontroll u monitoraġġ tal-mard fl-annimali, programmi ta’ kontroll li huma mmirati lejn il-prevenzjoni taż-żoonożi, u programmi annwali ta’ monitoraġġ għall-qerda u l-monitoraġġ ta’ ċerti TSEs li għalihom jixtiequ jirċievu kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità. |
(8) |
Ċerti Stati Membri ssottomettew ukoll programmi multi-annwali lill-Kummissjoni għall-qerda, kontroll u monitoraġġ tal-mard fl-annimali, li għalihom jixtiequ jirċievu kontribuzzjoni finanzjarja mingħand il-Komunità. L-Impenn tan-nefqa għall-programmi multi-annwali għandu jiġi adottat skond l-Artikolu 76(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea (6). Għall-programmi multi-annwali l-ewwel impenn baġitarju għandu jsir wara l-approvazzjoni tagħhom. Kull impenn sussegwenti għandu jsir mill-Kummissjoni fuq il-bażi tad-deċiżjoni li tingħata kontribuzzjoni msemmija fl-Artikolu 24(5) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE. |
(9) |
Il-Kummissjoni vvalutat il-programmi annwali u multi-annwali mibgħuta mill-Istati Membri kemm mil-lat veterinarju kif ukoll mil-lat finanzjarju. Dawn il-programmi nstabu konformi mal-leġiżlazzjoni veterinarja rilevanti tal-Komunità, u b’mod partikolari mal-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 90/638/KEE. |
(10) |
Fid-dawl ta’ l-importanza ta’ dawn il-programmi għall-ksib ta’ l-objettivi Komunitarji fil-qasam tas-saħħa ta’ l-annimali u tal-pubbliku, kif ukoll l-applikazzjoni obbligatorja fl-Istati Membri kollha fil-każ tal-programmi TSE u ta’ l-influwenza tat-tjur, huwa xieraq li tiġi ffissata r-rata ta’ kontribuzzjoni finanzjarja xierqa tal-Komunità biex tagħti rimborż għall-ispejjeż imġarrba mill-Istati Membri kkonċernati għall-miżuri li ssemmew f’din id-Deċiżjoni sa ammont massimu għal kull programm. |
(11) |
Għall-finijiet ta’ maniġġjar tajjeb, użu iktar effiċjenti tal-fondi Komunitarji u t-trasparenza mtejba, huma meħtieġa wkoll li jiġu ffissati għal kull programm, fejn huwa xieraq, ammonti massimi li għandhom jingħataw bħala rimborż lill-Istati Membri għal ċerti spejjeż, bħalma huma t-testijiet użati fl-Istati Membri u kumpens lis-sidien minħabba xi telf mit-tbiċċir jew il-qatla ta’ l-annimali tagħhom. |
(12) |
Skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (7), il-programmi għall-qerda u l-kontroll tal-mard ta’ l-annimali jridu jiġu ffinanzjati taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija. Għal raġunijiet ta’ kontroll finanzjarju, għandhom japplikaw l-Artikoli 9, 36 u 37 ta’ dan ir-Regolament. |
(13) |
Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tingħata soġġetta għall-kundizzjoni li l-azzjonijiet ippjanati jitwettqu b'mod effiċjenti u li l-awtoritajiet kompetenti jfornu l-informazzjoni kollha meħtieġa fil-limiti ta’ żmien stabbiliti f'din id-Deċiżjoni. B'mod partikolari, jidher xieraq li jintalab rapportar tekniku intermedju aktar ta’ sikwit sabiex issir stima ta’ l-effiċjenza ta’ l-implimentazzjoni tal-programmi approvati. |
(14) |
Għal raġunijiet ta’ effiċjenza amministrattiva l-infiq kollu ppreżentat għal kontribut finanzjarju mill-Komunità għandu jkun f’euro. Skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, ir-rata ta’ kambju għall-infiq f’munita għajr l-euro għandha tkun l-aħħar rata ta’ kambju stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew qabel l-ewwel jum tax-xahar li fih titressaq l-applikazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat. |
(15) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
KAPITOLU I
PROGRAMMI ANNWALI
Artikolu 1
Bruċellożi bovina
1. Il-programmi għall-qerda tal-bruċellosi bovina ppreżentati mill-Irlanda, Spanja, l-Italja, Ċipru, il-Portugall u r-Renju Unit huma b'dan approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008.
2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % ta’ l-ispejjeż imġarrba minn kull Stat Membru msemmi fil-paragrafu 1 għall-ispiża tat-twettiq tat-testijiet tal-laboratorju, il-kumpens lis-sidien għall-valur ta’ l-annimali tagħhom maqtula soġġetti għal dawn il-programmi u x-xiri ta’ dożi ta’ vaċċini, u ma għandhiex tkun ogħla minn:
(a) |
EUR 1 200 000 għall-Irlanda |
(b) |
EUR 4 400 000 għal Spanja; |
(ċ) |
EUR 2 100 000 għall-Italja; |
(d) |
EUR 153 000 għaċ-Ċipru; |
(e) |
EUR 1 900 000 għall-Portugall; |
(f) |
EUR 1 200 000 għar-Renju Unit. |
3. L-ammonti massimi ta’ l-ispejjeż li għandhom jiġu rimborżati lill-Istati Membri għall-programmi li jissemmew fil-paragrafu 1 ma għandhomx ikunu ogħla minn:
(a) |
għat-test rose bengal |
EUR 0,2 għal kull test; |
(b) |
għat-test SAT |
EUR 0,2 għal kull test; |
(ċ) |
għat-test compliment fixation |
EUR 0,4 għal kull test; |
(d) |
għal test ELISA |
EUR 1 għal kull test. |
Artikolu 2
It-tuberkulożi bovina
1. Il-programmi għall-qerda tat-tuberkolożi bovina ppreżentati mill-Estonja, Spanja, l-Italja, il-Polonja u l-Portugall huma b'dan approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008.
2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % ta’ l-ispejjeż imġarrba minn kull Stat Membru msemmi fil-paragrafu 1 għall-ispejjeż tat-twettiq tat-testijiet tuberculin, testijiet tal-laboratorju u l-kumpens lis-sidien għall-valur ta’ l-annimali tagħhom maqtula soġġetti għal dawn il-programmi, u ma għandhiex tkun ogħla minn:
(a) |
EUR 24 000 għall-Estonja; |
(b) |
EUR 6 100 000 għal Spanja; |
(ċ) |
EUR 2 700 000 għall-Italja; |
(d) |
EUR 1 100 000 għall-Polonja; |
(e) |
EUR 347 000 għall-Portugall. |
3. L-ammonti massimi ta’ l-ispejjeż li għandhom jiġu rimborżati lill-Istati Membri għall-programmi li jissemmew fil-paragrafu 1 ma għandhomx ikunu ogħla minn:
(a) |
għat-test tuberkulin |
EUR 1 għal kull test; |
(b) |
għat-test gamma-interferon |
EUR 5 għal kull test. |
Artikolu 3
Bruċellożi ovina u kaprina
1. Il-programmi għall-qerda tal-bruċellosi ovina u kaprina ppreżentati minn Spanja, l-Italja, Ċipru u l-Portugall huma b'dan approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008.
2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % ta’ l-ispejjeż imġarrba minn kull Stat Membru msemmi fil-paragrafu 1 għax-xiri ta’ vaċċini, l-ispiża tat-twettiq tat-testijiet tal-laboratorju u l-kumpens lis-sidien għall-valur ta’ l-annimali tagħhom maqtula soġġetti għal dawn il-programmi, u ma għandhiex tkun ogħla minn:
(a) |
EUR 5 600 000 għal Spanja; |
(b) |
EUR 2 800 000 għall-Italja; |
(ċ) |
EUR 93 000 għaċ-Ċipru; |
(d) |
EUR 1 100 000 għall-Portugall. |
3. L-ammonti massimi ta’ l-ispejjeż li għandhom jiġu rimborżati lill-Istati Membri għall-programmi li jissemmew fil-paragrafu 1 ma għandhomx ikunu ogħla minn:
(a) |
għat-test rose bengal |
EUR 0,2 għal kull test; |
(b) |
għat-test compliment fixation |
EUR 0,4 għal kull test; |
Artikolu 4
Bluetongue f'żoni endemiċi jew ta’ riskju kbir
1. Il-programmi għall-qerda u l-monitoraġġ tal-bluetongue ppreżentati mill-Belġju, il-Bulgarija, il-Ġermanja, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Lussemburgu, l-Olanda, l-Awstrija, il-Portugall, ir-Rumanija u s-Slovenja huma b'dan approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008.
2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % ta’ l-ispejjeż imġarrba minn kull Stat Membru msemmi fil-paragrafu 1 għall-ispiża tat-twettiq tat-testijiet tal-laboratorju għas-sorveljanza viroloġika, seroloġika u entomoloġika u x-xiri ta’ nases u vaċċini, u ma għandhiex tkun ogħla minn:
(a) |
EUR 377 000 għall-Belġju; |
(b) |
EUR 5 400 għall-Bulgarija; |
(ċ) |
EUR 3 100 000 għall-Ġermanja; |
(d) |
EUR 100 000 għall-Greċja; |
(e) |
EUR 4 100 000 għal Spanja; |
(f) |
EUR 351 000 għal Franza; |
(g) |
EUR 1 300 000 għall-Italja; |
(h) |
EUR 70 000 għal-Lussemburgu; |
(i) |
EUR 527 000 għall-Olanda; |
(j) |
EUR 245 000 għall-Awstrija; |
(k) |
EUR 1 004 000 għall-Portugall; |
(l) |
l-EUR 43 000 għar-Rumanija; |
(m) |
EUR 61 000 għas-Slovenja |
3. L-ammont massimu ta’ l-ispejjeż li għandhom jiġu rimborżati lill-Istati Membri għall-programmi li jissemmew fil-paragrafu 1 ma għandhomx ikunu ogħla minn EUR 2,5 għal kull test ELISA.
Artikolu 5
Salmonellożi (salmonella zoonotika) fil-qatgħat tat-tgħammir ta’ Gallus gallus
1. Il-programmi għall-kontroll ta’ ċerta salmonella zoonotika fil-qatgħat tat-tagħmir ta’ Gallus gallus ppreżentati mill-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, l-Ungerija, l-Olanda, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall u s-Slovakkja huma b'dan approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008.
2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % ta’ l-ispejjeż imġarrba minn kull Stat Membru msemmi fil-paragrafu 1 għall-ispiża tat-twettiq ta’ testijiet batterjoloġiċi u ta’ serotipi fil-qafas tat-teħid ta’ kampjuni uffiċjali, il-kumpens għas-sidien għall-valur tat-tjur maqtula, il-qerda tal-bajd u x-xiri ta’ dożi ta’ vaċċin u ma għandhiex tkun ogħla minn:
(a) |
EUR 550 000 għall-Belġju; |
(b) |
EUR 10 000 għall-Bulgarija; |
(ċ) |
EUR 200 000 għar-Repubblika Ċeka; |
(d) |
EUR 75 000 għad-Danimarka; |
(e) |
EUR 600 000 għall-Ġermanja; |
(f) |
EUR 120 000 għall-Irlanda; |
(g) |
EUR 150 000 għall-Greċja; |
(h) |
EUR 800 000 għal Spanja; |
(i) |
EUR 500 000 għal Franza; |
(j) |
EUR 470 000 għall-Italja; |
(k) |
EUR 45 000 għalċ-Ċipru; |
(l) |
EUR 60 000 għal-Latvja; |
(m) |
EUR 400 000 għall-Ungerija; |
(n) |
EUR 1 300 000 għall-Olanda; |
(o) |
EUR 50 000 għall-Awstrija; |
(p) |
EUR 2 000 000 għall-Polonja; |
(q) |
EUR 600 000 għall-Portugall; |
(r) |
EUR 400 000 għar-Rumanija; |
(s) |
EUR 275 000 għas-Slovakkja. |
3. L-ammonti massimi ta’ l-ispejjeż li għandhom jiġu rimborżati lill-Istati Membri għall-programmi li jissemmew fil-paragrafu 1 ma għandhomx ikunu ogħla minn:
(a) |
għal test batterjoloġiku (kultivazzjoni) |
EUR 5,0 għal kull test; |
(b) |
għax-xiri ta’ doża waħda ta’ vaċċin |
EUR 0,05 għal kull doża; |
(ċ) |
għas-serotipar ta’ l-iżolati rilevanti tas-Salmonella spp. |
EUR 20,0 għal kull test. |
Artikolu 6
Salmonellożi (salmonella zoonotika) fil-qatgħat li jbidu ta’ Gallus gallus
1. Il-programmi għall-kontroll ta’ ċerta salmonella zoonotika fil-qatgħat li jbidu ta’ Gallus gallus ppreżentati mill-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, l-Olanda, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja u r-Renju Unit huma b'dan approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008.
2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % ta’ l-ispejjeż imġarrba minn kull Stat Membru msemmi fil-paragrafu 1 għall-ispiża tat-twettiq ta’ testijiet batterjoloġiċi u ta’ serotipi fil-qafas tat-teħid ta’ kampjuni uffiċjali, il-kumpens għas-sidien għall-valur tat-tjur maqtula, il-qerda tal-bajd u x-xiri ta’ dożi ta’ vaċċin, u ma għandhiex tkun ogħla minn:
(a) |
EUR 750 000 għall-Belġju; |
(b) |
EUR 20 000 għall-Bulgarija; |
(ċ) |
EUR 1 000 000 għar-Repubblika Ċeka; |
(d) |
EUR 2 000 000 għall-Ġermanja; |
(e) |
EUR 20 000 għall-Estonja; |
(f) |
EUR 500 000 għall-Greċja; |
(g) |
EUR 3 500 000 għal Spanja; |
(h) |
EUR 2 500 000 għal Franza; |
(i) |
EUR 1 000 000 għall-Italja; |
(j) |
EUR 80 000 għaċ-Ċipru; |
(k) |
EUR 300 000 għal-Latvja; |
(l) |
EUR 10 000 għal-Lussemburgu; |
(m) |
EUR 2 000 000 għall-Ungerija; |
(n) |
EUR 2 000 000 għall-Olanda; |
(o) |
EUR 1 000 000 għall-Awstrija; |
(p) |
EUR 2 000 000 għall-Polonja; |
(q) |
EUR 1 000 000 għall-Portugall; |
(r) |
EUR 500 000 għar-Rumanija; |
(s) |
EUR 1 000 000 għas-Slovakkja. |
(t) |
EUR 80 000 għar-Renju Unit. |
3. L-ammonti massimi ta’ l-ispejjeż li għandhom jiġu rimborżati lill-Istati Membri għall-programmi li jissemmew fil-paragrafu 1 ma għandhomx ikunu ogħla minn:
(a) |
għal test batterjoloġiku (kultivazzjoni) |
EUR 5,0 għal kull test; |
(b) |
għax-xiri ta’ doża waħda ta’ vaċċin |
EUR 0,05 għal kull doża |
(ċ) |
għas-serotipar ta’ l-iżolati rilevanti tas-salmonella spp. |
EUR 20,0 għal kull test. |
Artikolu 7
Deni klassiku tal-majjali u deni Afrikan tal-majjali
1. Il-programmi għall-kontroll u l-monitoraġġ ta’:
(a) |
Deni klassiku tal-majjali ppreżentat mill-Bulgarija, il-Ġermanja, Franza, il-Lussemburgu, ir-Rumanija, is-Slovenja u s-Slovakkja huma b'dan approvati għall-perjodi mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008. |
(b) |
Deni klassiku tal-majjali u deni Afrikan tal-majjali ppreżentati mill-Italja huma b'dan approvati għall-perjodi mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008. |
2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % ta’ l-ispejjeż imġarrba minn kull Stat Membru msemmi fil-paragrafu 1 ta’ l-ispiża tat-twettiq tat-testijiet viroloġiċi u seroloġiċi ta’ majjali domestiċi u taċ-ċingjali u għall-programmi mibgħuta mill-Bulgarija, il-Ġermanja, Franza, ir-Rumanija u s-Slovakkja ukoll bir-rata ta’ 50 % ta’ l-ispejjeż imġarrba fix-xiri u t-tqassim tal-vaċċini u l-lixki għall-vaċċinazzjoni taċ-ċingjali, u ma għandhiex tkun ogħla minn:
(a) |
EUR 400 000 għall-Bulgarija; |
(b) |
EUR 1 000 000 għall-Ġermanja; |
(ċ) |
EUR 650 000 għal Franza; |
(d) |
EUR 100 000 għall-Italja; |
(e) |
EUR 15 000 għal-Lussemburgu; |
(f) |
EUR 2 500 000 għar-Rumanija; |
(g) |
EUR 40 000 għas-Slovenja; |
(h) |
EUR 525 000 għas-Slovakkja. |
3. L-ammont massimu ta’ l-ispejjeż li għandhom jiġu rimborżati lill-Istati Membri għall-programmi li jissemmew fil-paragrafu 1 ma għandhomx ikunu ogħla minn EUR 2,5 għal kull test ELISA.
Artikolu 8
Il-marda vexxikolari tal-ħnieżer
1. Il-programm għall-qerda tal-marda ta’ l-infafet (veżikulari) tal-majjali ppreżentat mill-Italja huwa b'dan approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008.
2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % ta’ l-ispiża tat-testijiet tal-laboratorju u ma għandhiex tkun ogħla minn EUR 300 000.
Artikolu 9
Influwenza tat-tjur fit-tjur domestiku u salvaġġ
1. Il-programmi ta’ stħarriġ għall-influwenza tat-tjur fit-tjur domestiku u t-tjur salvaġġ ppreżentati mill-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, l-Olanda, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja il-Finlandja, l-Iżvezja u r-Renju Unit huma b'dan approvati għall-perjodu ta’ l-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008.
2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % ta’ l-ispejjeż imġarrba minn kull Stat Membru għall-ispejjeż ta’ twettiq ta’ testijiet fil-laboratorju u ammont wieħed għat-teħid ta’ kampjuni ta’ tjur salvaġġ, u ma għandhiex tkun ogħla minn:
(a) |
EUR 127 000 għall-Belġju; |
(b) |
EUR 76 000 għall-Bulgarija; |
(ċ) |
EUR 65 000 għar-Repubblika Ċeka; |
(d) |
EUR 202 000 għad-Danimarka; |
(e) |
EUR 580 000 għall-Ġermanja; |
(f) |
EUR 8 000 għall-Estonja; |
(g) |
EUR 58 000 għall-Irlanda; |
(h) |
EUR 72 000 għall-Greċja; |
(i) |
EUR 306 000 għal Spanja; |
(j) |
EUR 155 000 għal Franza; |
(k) |
EUR 380 000 għall-Italja; |
(l) |
EUR 15 000 għaċ-Ċipru; |
(m) |
EUR 33 000 għal-Latvja; |
(n) |
EUR 43 000 għal-Litwanja; |
(o) |
EUR 12 000 għal-Lussemburgu; |
(p) |
EUR 184 000 għall-Ungerija; |
(q) |
EUR 444 000 għall-Olanda; |
(r) |
EUR 55 000 għall-Awstrija; |
(s) |
EUR 81 000 għall-Polonja; |
(t) |
EUR 165 000 għall-Portugall; |
(u) |
EUR 465 000 għar-Rumanija; |
(v) |
EUR 43 000 għas-Slovenja; |
(w) |
EUR 50 000 għas-Slovakkja; |
(x) |
EUR 35 000 għall-Finlandja; |
(y) |
EUR 290 000 għall-Iżvezja; |
(z) |
EUR 400 000 għar-Renju Unit. |
3. L-ammonti massimi ta’ l-ispejjeż li għandhom jiġu rimborżati lill-Istati Membri għat-testijiet koperti mill-programmi ma għandhomx ikunu ogħla minn:
(a) |
għat-test ELISA: |
EUR 1 għal kull test; |
(b) |
għall-agar gel immune diffusion test: |
EUR 1,2 għal kull test; |
(ċ) |
għat-test HI għall-H5/H7: |
EUR 12 għal kull test; |
(d) |
għat-test ta’ l-iżolament tal-virus: |
EUR 30 għal kull test; |
(e) |
għat-test PCR: |
EUR 15 għal kull test; |
(f) |
teħid ta’ kampjuni tat-tjur salvaġġ |
EUR 20 għal kull tajra. |
Artikolu 10
Enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli (TSE)
1. Il-programmi għall-monitoraġġ ta’ l-enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli (TSEs) ppreżentati mill-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, l-Olanda, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Iżvezja u r-Renju Unit huma b'dan approvati għall-perjodu ta’ l-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008.
2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 100 % ta’ l-ispejjeż li mġarrba minn kull Stat Membru msemmi fil-paragrafu 1 għall-implimentazzjoni ta’ dawn il-programmi, u ma għandhiex tkun ogħla minn:
(a) |
EUR 1 950 000 għall-Belġju; |
(b) |
EUR 850 000 għall-Bulgarija; |
(ċ) |
EUR 950 000 għar-Repubblika Ċeka; |
(d) |
EUR 1 600 000 għad-Danimarka; |
(e) |
EUR 9 500 000 għall-Ġermanja; |
(f) |
EUR 250 000 għall-Estonja; |
(g) |
EUR 5 000 000 għall-Irlanda; |
(h) |
EUR 950 000 għall-Greċja; |
(i) |
EUR 4 700 000 għal Spanja; |
(j) |
EUR 14 750 000 għal Franza; |
(k) |
EUR 3 050 000 għall-Italja; |
(l) |
EUR 250 000 għaċ-Ċipru; |
(m) |
EUR 300 000 għal-Latvja; |
(n) |
EUR 550 000 għal-Litwanja; |
(o) |
EUR 150 000 għal-Lussemburgu; |
(p) |
EUR 700 000 għall-Ungerija; |
(q) |
EUR 37 000 għal Malta; |
(r) |
EUR 3 150 000 għall-Olanda; |
(s) |
EUR 1 250 000 għall-Awstrija; |
(t) |
EUR 3 250 000 għall-Polonja; |
(u) |
EUR 1 250 000 għall-Portugall; |
(v) |
EUR 7 500 għar-Rumanija; |
(w) |
EUR 200 000 għas-Slovenja; |
(x) |
EUR 750 000 għas-Slovakkja. |
(y) |
EUR 650 000 għall-Finlandja; |
(z) |
EUR 1 150 000 għall-Iżvezja; |
(za) |
EUR 5 300 000 għar-Renju Unit. |
3. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità tal-programmi msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun għat-testijiet imwettqa u l-ammont massimu ma għandux ikun ogħla minn:
(a) |
EUR 5 għal kull test, għat-testijiet imwettqa fl-annimali bovini msemmija fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 999/2001; |
(b) |
EUR 30 għal kull test, għat-testijiet imwettqa fl-annimali ovini u kaprini msemmija fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 999/2001; |
(ċ) |
EUR 50 għal kull test, għat-testijiet imwettqa fiċ-ċriev imsemmija fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 999/2001; |
(d) |
EUR 175 għal kull test, għat-testijiet diskriminatorji molekolari primarji mwettqa kif jissemma fil-punt 3.2(ċ)(i) tal-Kapitolu Ċ ta’ l-Anness X, tar-Regolament (KE) Nru 999/2001. |
Artikolu 11
Enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE)
1. Il-programmi għall-qerda ta’ l-enċefalopatija sponġiformi bovina ppreżentati mill-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Lussemburgu, l-Olanda, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, is-Slovenja, is-Slovakkja il-Finlandja u r-Renju Unit huma b'dan approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008.
2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-programmi msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun bir-rata ta’ 50 % ta’ l-ispiża mġarrba minn kull Stat Membru bħala kumpens lis-sidien għall-valur tal-bhejjem tagħhom maqtula jew meqruda bi qbil mal-programm tagħhom għall-qerda, sa massimu ta’ EUR 500 għal kull annimal, u ma għandhiex tkun ogħla minn:
(a) |
EUR 50 000 għall-Belġju; |
(b) |
EUR 50 000 għall-Bulgarija; |
(ċ) |
EUR 150 000 għar-Repubblika Ċeka; |
(d) |
EUR 50 000 għad-Danimarka; |
(e) |
EUR 145 000 għall-Ġermanja; |
(f) |
EUR 50 000 għall-Estonja; |
(g) |
EUR 430 000 għall-Irlanda; |
(h) |
EUR 50 000 għall-Greċja; |
(i) |
EUR 500 000 għal Spanja; |
(j) |
EUR 100 000 għal Franza; |
(k) |
EUR 150 000 għall-Italja; |
(l) |
EUR 50 000 għal-Lussemburgu; |
(m) |
EUR 50 000 għall-Olanda; |
(n) |
EUR 50 000 għall-Awstrija; |
(o) |
EUR 100 000 għall-Polonja; |
(p) |
EUR 232 000 għall-Portugall; |
(q) |
EUR 10 000 għas-Slovenja; |
(r) |
EUR 125 000 għas-Slovakkja; |
(s) |
EUR 25 000 għall-Finlandja; |
(t) |
EUR 176 000 għar-Renju Unit. |
Artikolu 12
Scrapie
1. Il-programmi għall-qerda ta’ l-iscrapie ppreżentati mill-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, l-Olanda, l-Awstrija, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja, u r-Renju Unit huma b'dan approvati għall-perjodu ta’ l-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008.
2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-programmi msemmija fil-paragrafu 1 għandha ssir bir-rata ta’ 50 % ta’ l-ispiża mħallsa mill-Istati Membri kkonċernati bħala kumpens lis-sidien għall-valur tal-bhejjem tagħhom maqtula jew meqruda bi qbil mal-programm tagħhom għall-qerda, sa massimu ta’ EUR 100 għal kull annimal u bir-rata ta’ 50 % ta’ l-ispiża ta’ l-analiżi tal-kampjuni għall-ġenotipar, sa massimu ta’ EUR 10 għal kull test tal-ġenotipar, u ma għandhiex tkun ogħla minn:
(a) |
EUR 66 000 għall-Belġju; |
(b) |
EUR 26 000 għall-Bulgarija; |
(ċ) |
EUR 88 000 għar-Repubblika Ċeka; |
(d) |
EUR 204 000 għad-Danimarka; |
(e) |
EUR 1 000 000 għall-Ġermanja; |
(f) |
EUR 12 100 għall-Estonja; |
(g) |
EUR 550 000 għall-Irlanda; |
(h) |
EUR 700 000 għall-Greċja; |
(i) |
EUR 3 800 000 għal Spanja; |
(j) |
EUR 3 000 000 għal Franza; |
(k) |
EUR 1 500 000 għall-Italja; |
(l) |
EUR 1 100 000 għaċ-Ċipru; |
(m) |
EUR 1 100 għal-Latvja; |
(n) |
EUR 3 000 għal-Litwanja; |
(o) |
EUR 27 000 għal-Lussemburgu; |
(p) |
EUR 343 000 għall-Ungerija; |
(q) |
EUR 258 000 għall-Olanda; |
(r) |
EUR 26 000 għall-Awstrija; |
(s) |
EUR 35 000 għall-Portugall; |
(t) |
EUR 881 000 għar-Rumanija; |
(u) |
EUR 61 000 għas-Slovenja; |
(v) |
EUR 302 000 għas-Slovakkja. |
(w) |
EUR 201 000 għall-Finlandja; |
(x) |
EUR 4 000 000 għar-Renju Unit. |
Artikolu 13
Ir-Rabja
1. Il-programmi għall-qerda tar-rabja ppreżentati mill-Bulgarija, il-Litwanja, l-Ungerija, l-Awstrija, il-Polonja, ir-Rumanija u s-Slovakkja huma b'dan approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008.
2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % ta’ l-ispejjeż imġarrba minn kull Stat Membru msemmi fil-paragrafu 1 għall-ispiża tat-twettiq ta’ testijiet tal-laboratorju u għax-xiri u t-tqassim tal-vaċċin u lixki għall-programmi, u ma għandhiex tkun ogħla minn:
(a) |
EUR 700 000 għall-Bulgarija; |
(b) |
EUR 700 000 għal-Litwanja; |
(ċ) |
EUR 1 500 000 għall-Ungerija; |
(d) |
EUR 290 000 għall-Awstrija; |
(e) |
EUR 3 900 000 għall-Polonja; |
(f) |
EUR 2 500 000 għar-Rumanija; |
(g) |
EUR 575 000 għas-Slovakkja. |
3. L-ammonti massimi ta’ l-ispejjeż li għandhom jiġu rimborżati lill-Istati Membri għall-programmi li jissemmew fil-paragrafu 1 ma għandhomx ikunu ogħla minn:
(a) |
għal test ELISA |
EUR 8 għal kull test; |
(b) |
għal test biex tinstab it-tetraċiklina fl-għadam |
EUR 8 għal kull test. |
Artikolu 14
Lewkożi enzootika bovina
1. Il-programm għall-qerda tal-Lewkożi enzootika bovina ppreżentat mill-Estonja, il-Litwanja u l-Polonja għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2008 huwa b'dan approvat.
2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % ta’ l-ispejjeż imġarrba minn kull Stat Membru msemmi fil-paragrafu 1 għall-ispiża tat-twettiq tat-testijiet tal-laboratorju u l-kumpens lis-sidien għall-valur ta’ l-annimali tagħhom maqtula soġġetti għal dawn il-programmi, u ma għandhiex tkun ogħla minn:
(a) |
EUR 15 000 għall-Estonja; |
(b) |
EUR 200 000 għal-Litwanja; |
(ċ) |
EUR 800 000 għall-Polonja; |
3. L-ammonti massimi ta’ l-ispejjeż li jridu jiġu rimborżati lill-Istati Membri għall-programm imsemmi fil-paragrafu 1 ma għandhomx ikunu ogħla minn:
(a) |
għal test ELISA |
EUR 0,5 għal kull test; |
(b) |
it-test ta’ agar gel immune diffusion |
EUR 0,5 għal kull test. |
Artikolu 15
Il-marda ta’ Aujeszky
1. Il-programmi għall-qerda tal-marda ta’ Aujeszky ppreżentati minn Spanja, l-Ungerija u l-Polonja huma b'dan approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008.
2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità tal-programmi msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun bir-rata ta’ 50 % ta’ l-ispejjeż imġarrba mill-Istat Membru kkonċernat għall-ispiża tat-testijiet tal-laboratorju, u ma għandhiex tkun ogħla minn:
(a) |
EUR 450 000 għal Spanja; |
(b) |
EUR 60 000 għall-Ungerija; |
(ċ) |
EUR 5 000 000 għall-Polonja; |
3. L-ammont massimu ta’ l-ispejjeż li għandhom jiġu rimborżati lill-Istati Membri għall-programmi msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhomx ikunu ogħla minn EUR 1 għal kull test ELISA.
KAPITOLU II
PROGRAMMI MULTI-ANNWALI
Artikolu 16
Ir-Rabja
1. Il-programmi multi-annwali għall-qerda tar-rabja ppreżentati mir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Latvja, is-Slovenja, u l-Finlandja huma b'dan approvati għall-perjodu minn:
(a) |
1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2009 għar-Repubblika Ċeka u l-Ġermanja; |
(b) |
1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2010 għal-Latvja u l-Finlandja; |
(ċ) |
1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2011 għall-Estonja; |
(d) |
1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2012 għas-Slovenja. |
2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % ta’ l-ispejjeż imġarrba minn kull Stat Membru msemmi fil-paragrafu 1 għall-ispiża tat-twettiq ta’ testijiet tal-laboratorju u għax-xiri u t-tqassim tal-vaċċin u lixki għall-programmi.
3. L-ammonti massimi ta’ l-ispejjeż li għandhom jiġu rimborżati lill-Istat Membru kkonċernat għall-programmi msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhomx ikunu ogħla minn:
(a) |
għal test ELISA |
EUR 8 għal kull test; |
(b) |
għal test biex tinstab it-tetraċiklina fl-għadam |
EUR 8 għal kull test. |
4. Il-kontribuzzjoni li tkopri l-perjodu għall-implimentazzjoni tal-programmi multi-annwali ma għandhiex tkun ogħla minn:
(a) |
EUR 1 000 000 għar-Repubblika Ċeka; |
(b) |
EUR 800 000 għall-Ġermanja; |
(ċ) |
EUR 4 750 000 għall-Estonja; |
(d) |
EUR 3 700 000 għal-Latvja; |
(e) |
EUR 1 750 000 għas-Slovenja; |
(f) |
EUR 300 000 għall-Finlandja. |
5. L-ammonti impenjati għall-2008 għandhom ikunu:
(a) |
EUR 500 000 għar-Repubblika Ċeka; |
(b) |
EUR 475 000 għall-Ġermanja; |
(ċ) |
EUR 1 000 000 għall-Estonja; |
(d) |
EUR 1 200 000 għal-Latvja; |
(e) |
EUR 350 000 għas-Slovenja; |
(f) |
EUR 100 000 għall-Finlandja. |
6. L-ammonti impenjati għas-snin li ġejjin għandhom jiġu deċiżi bħala parti mit-twettiq tal-programm fl-2008. Indikazzjoni ta’ dawn l-ammonti (f'ewro) tidher hawn taħt:
Stat Membru |
2009 |
2010 |
2011 |
2012 |
Ir-Repubblika Ċeka |
500 000 |
|
|
|
Il-Ġermanja |
325 000 |
|
|
|
Il-Latvja |
1 250 000 |
1 250 000 |
|
|
Il-Finlandja |
100 000 |
100 000 |
|
|
L-Estonja |
1 250 000 |
1 250 000 |
1 250 000 |
|
Is-Slovenja |
350 000 |
350 000 |
350 000 |
350 000 |
Artikolu 17
Il-marda ta’ Aujeszky
1. Il-programm multi-annwali għall-qerda tal-marda ta’ Aujeszky ippreżentat mill-Belġju huwa b'dan approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2009.
2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % ta’ l-ispiża mġarrba mill-Belġju għat-twettiq tat-testijiet tal-laboratorju.
3. L-ammont massimu ta’ l-ispejjeż li għandhom jiġu rimborżati lill-Belġju għall-programm imsemmi fil-paragrafu 1 ma għandux ikun ogħla minn EUR 1 għal kull test ELISA.
4. Il-kontribuzzjoni biex jiġi kopert il-perjodu għall-implimentazzjoni tal-programm multi-annwali li jrid jitwettaq mill-Belġju msemmi fil-paragrafu 1 ma għandhiex tkun ogħla minn EUR 720 000.
5. L-ammont impenjat għall-2008 għandu jkun ta’ EUR 360 000.
6. L-ammont impenjat għas-sena ta’ wara għandu jiġi deċiż bħala parti mit-twettiq tal-programm fl-2008. EUR 350 000 hija indikazzjoni ta’ dan.
Artikolu 18
Lewkożi enzootika bovina
1. Il-programmi multi-annwali għall-qerda tal-lewkożi enzotika bovina ppreżentati mill-Italja, il-Latvja, u l-Portugall huma hawnhekk approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2010.
2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % ta’ l-ispejjeż imġarrba minn kull Stat Membru msemmi fil-paragrafu 1 għall-ispiża tat-twettiq tat-testijiet tal-laboratorju u l-kumpens lis-sidien għall-valur ta’ l-annimali tagħhom maqtula soġġetti għal dawn il-programmi.
3. L-ammonti massimi ta’ l-ispejjeż li għandhom jiġu rimborżati lill-Istati Membri għall-programmi li jissemmew fil-paragrafu 1 ma għandhomx ikunu ogħla minn:
(a) |
għal test ELISA |
EUR 0,5 għal kull test; |
(b) |
it-test ta’ diffużjoni immuni ta’ agar gel |
EUR 0,5 għal kull test. |
4. Il-kontribuzzjoni li tkopri l-perjodu għall-implimentazzjoni tal-programmi multi-annwali ma għandhiex tkun ogħla minn:
(a) |
EUR 2 000 000 għall-Italja; |
(b) |
EUR 170 000 għal-Latvja; |
(ċ) |
EUR 1 000 000 għall-Portugall. |
5. L-ammonti impenjati għall-2008 għandhom ikunu:
(a) |
EUR 400 000 għall-Italja; |
(b) |
EUR 60 000 għal-Latvja; |
(ċ) |
EUR 300 000 għall-Portugall. |
6. L-ammonti impenjati għas-snin li ġejjin għandhom jiġu deċiżi bħala parti mit-twettiq tal-programm fl-2008. Indikazzjoni ta’ dawn l-ammonti (f'euro) tidher hawn taħt:
Stat Membru |
2009 |
2010 |
2011 |
2012 |
L-Italja |
800 000 |
800 000 |
|
|
Il-Latvja |
55 000 |
55 000 |
|
|
Il-Portugall |
350 000 |
350 000 |
|
|
KAPITOLU III
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI
Artikolu 19
1. Għall-programmi li jissemmew fl-Artikoli 1, 2, 3, 5, 6, 14 u 18, l-ispejjeż eliġibbli għall-kumpens lis-sidien għall-valur ta’ l-annimali minħabba tbiċċir jew qtil ta’ l-annimali tagħhom għandhom ikunu limitati kif inhu previst fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu.
2. Il-medja tal-kumpens li għandu jiġi rrimborżat lill-Istati Membri għandu jiġi kkalkolat skond in-numru ta’ l-annimali li ġew imbiċċra jew maqtula fl-Istat Membru u:
(a) |
għall-annimali bovini, sa massimu ta’ |
EUR 375 kull annimal; |
(b) |
għan-ngħaġ u l-mogħoż, sa massimu ta’ |
EUR 50 kull annimal; |
(ċ) |
għat-tajra tat-tgħammir Gallus gallus, sa massimu ta’ |
EUR 3,5 għal kull tajra; |
(d) |
għat-tajra li tbid Gallus gallus, sa massimu ta’ |
EUR 1,5 għal kull tajra. |
3. L-ammont massimu ta’ kumpens li għandu jiġi rimbursat lill-Istati Membri għal kull annimal singolu ma għandux ikun ogħla minn EUR 1 000 għal kull annimali bovin u ta’ EUR 100 għal kull nagħġa jew mogħża.
Artikolu 20
1. In-nefqa ppreżentata mill-Istati Membri għal kontribuzzjoni finanzjarju mill-Komunità għandha għandha tiġi espressa f'euro u għandha teskludi t-taxxa fuq il-valur miżjud u taxxi oħra.
2. Fejn in-nefqa ta’ Stat Membru hija f'munita li mhijiex l-euro, l-Istat Membru kkonċernat għandhu jaqlibha għall-euro billi japplika l-aktar rata ta’ skambju riċenti mfassla mill-Bank Ċentrali Ewropew qabel l-ewwel jum tax-xahar li fih l-applikazzjoni tiġi ppreżentata mill-Istat Membru.
Artikolu 21
1. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-programmi msemmija fl-Artikoli 1 sa 18 għandha tingħata bil-kundizzjoni li l-Istati Membri kkonċernati:
(a) |
jimplimentaw il-programmi skond id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi tal-Komunità, inklużi regoli dwar il-kompetizzjoni u dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi; |
(b) |
iġibu fis-seħħ mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2008 il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-programmi msemmija fl-Artikoli 1 sa 18; |
(ċ) |
jibagħtu lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-1 ta’ Ġunju 2008 ir-rapporti tekniċi u finanzjarji intermedji għall-programmi msemmija fl-Artikoli 1 sa 18, skond l-Artikolu 24(7)(a) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE; |
(d) |
għall-programmi msemmija fl-Artikolu 9, jirrapportaw lill-Kummissjoni r-riżultati pożittivi u negattivi ta’ l-investigazzjonijiet li jinstabu matul is-sorveljanza tat-tjur domestiku u salvaġġ permezz tas-sistema onlajn tal-Kummissjoni kull tliet xhur billi jibagħtu fi żmien perjodu ta’ erba' ġimgħat wara li jintemm ix-xahar kopert mir-rapport; |
(e) |
għall-programmi msemmija fl-Artikoli 10 sa 12, jibagħtu rapport lill-Kummissjoni kull xahar dwar ir-riżultati tal-programm ta’ sorveljanza tat-TSE billi jibagħtu fi żmien perjodu ta’ erba' ġimgħat wara li jintemm ix-xahar kopert mir-rapport; |
(f) |
għall-programmi msemmija fl-Artikoli 1 sa 18 jibagħtu rapport finali lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 24(7)(b) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE mhux aktar tard mit-30 ta’ April dwar it-twettiq tekniku tal-programm flimkien ma’ xhieda ta’ ġustifikazzjoni għal dawk li huma spejjeż imħallsa mill-Istat Membru u r-riżultati miksuba matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008; |
(g) |
għall-programmi msemmija fl-Artikoli 1 sa 18, jimplimentaw il-programm b'mod effiċjenti; |
(h) |
għall-programmi msemmija fl-Artikoli 1 sa 18, ma jibagħtux aktar talbiet għal kontribuzzjonijiet oħra mill-Komunità għal dawn il-miżuri, u li ma jkunux bagħtu talbiet bħal dawn qabel. |
2. Meta Stat Membru ma jikkonformax mal-paragrafu 1, il-Kummissjoi għandha tnaqqas il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità wara li tikkunsidra n-natura u l-gravità ta’ l-infrazzjoni, u t-telf finanzjarju għall-Komunità.
Artikolu 22
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2008.
Artikolu 23
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 30 ta’ Novembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).
(2) ĠU L 397, 30.12.2006, p. 22.
(3) ĠU L 347, 12.12.1990, p. 27. Id-Deċiżjoni emendata bid-Deċiżjoni 92/65/KEE (ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54).
(4) ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 727/2007 (ĠU L 165, 27.6.2007, p. 8).
(5) ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16.
(6) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 12.
(7) ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 378/2007(ĠU L 95, 5.4.2007, p. 1).