Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0519

    2007/519/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 16 ta’ Lulju 2007 li temenda l-Parti 2 tan-netwerk ta’ konsultazzjoni ta’ Schengen (speċifikazzjonijiet tekniċi)

    ĠU L 192, 24.7.2007, p. 26–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/519/oj

    24.7.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 192/26


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tas-16 ta’ Lulju 2007

    li temenda l-Parti 2 tan-netwerk ta’ konsultazzjoni ta’ Schengen (speċifikazzjonijiet tekniċi)

    (2007/519/KE)

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 789/2001 ta’ l-24 ta’ April 2001 li jirriserva lill-Kunsill il-poteri ta’ implimentazzjoni rigward ċerti dispożizzjonijiet dettaljati u proċeduri prattiċi sabiex jiġu eżaminati l-applikazzjonijiet għall-viżi (1),

    Wara li kkunsidra l-inizjattiva tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja,

    Billi:

    (1)

    L-arranġamenti preżenti għall-proċedura ta’ konsultazzjoni ma jipprovdux ambitu biex tingħata attenzjoni dovuta għall-pożizzjoni legali speċjali ta’ membri tal-familji taċ-ċittadini ta’ l-UE.

    (2)

    Skond l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri, l-Istati Membri huma in prinċipju meħtieġa li jagħtu raġunijiet meta jirrifjutaw applikazzjonijiet għal viża minn nies jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva.

    (3)

    Jekk ser tingħata attenzjoni dovuta għal dik il-pożizzjoni privileġġata, fejn jingħataw raġunijiet adegwati fil-każ ta’ rifjut, l-awtoritajiet konsultati jeħtieġu wkoll li jkunu konxji mill-pożizzjoni privileġġata.

    (4)

    Huwa f’idejn l-awtorità ta’ konsulenza biex tistabbilixxi l-eżistenza ta’ tali pożizzjoni privileġġata u tavżaha dwarha lill-awtorità kkonsultata. Għal dan il-fini, għandu jiddaħħal qasam ġdid fakultattiv ta’ data fil-formoli għal talba (formola A, formola Ċ u formola F).

    (5)

    Skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka mhix tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, u mhix marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha. Minħabba li din id-Deċiżjoni tibni fuq l-acquis ta’ Schengen taħt id-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV tat-Tielet Parti tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka għandha, skond l-Artikolu 5 tal-Protokoll imsemmi, tiddeċiedi fi żmien sitt xhur wara li l-Kunsill ikun adotta din id-Deċiżjoni, jekk hijiex ser timplimentaha fil-liġi nazzjonali tagħha.

    (6)

    Fir-rigward ta’ l-Iżlanda u n-Norveġja, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawk iż-żewġ Stati ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen (3), li jaqgħu fi ħdan il-qasam imsemmi fl-Artikolu 1(A), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (4) 1999/437/KE dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni ta’ dak il-Ftehim.

    (7)

    Fir-rigward ta’ l-Iżvizzera, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-disposizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen, fis-sens tal-Ftehim iffirmat bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen, li jaqgħu taħt il-qasam imsemmi fl-Artikolu 1(A) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE flimkien ma’ l-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/849/KE (5) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/0860/KE (6) dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea u f’isem il-Komunità Ewropea rispettivament u dwar l-applikazzjoni proviżorja ta’ ċerti dispożizzjonijiet ta’ dak il-Ftehim.

    (8)

    Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen li fih ir-Renju Unit ma jiħux sehem, skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta’ l-Irlanda ta’ Fuq biex jieħdu sehem f’xi wħud mid-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen (7). Għalhekk ir-Renju Unit mhux qed jieħu sehem fl-adozzjoni tagħha u mhux marbut biha jew soġġett għall-applikazzjoni tagħha.

    (9)

    Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen li fih l-Irlanda ma tiħux sehem, skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 dwar it-talba ta’ l-Irlanda biex tieħu sehem f’xi wħud mid-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen (8). Għalhekk l-Irlanda mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni tagħha u mhix marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

    (10)

    Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta’ Schengen jew li huwa relatat miegħu b’xi mod ieħor, fis-sens ta’ l-Artikolu 3(2) ta’ l-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2003,

    (11)

    Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta’ Schengen jew li huwa relatat miegħu b’xi mod ieħor, fis-sens ta’ l-Artikolu 4(2) ta’ l-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2005,

    ADOTTA DIN ID-DECIZJONI:

    Artikolu 1

    Il-Parti 2 tan-netwerk ta’ konsultazzjoni ta’ Schengen (speċifikazzjonijiet tekniċi) hija hawnhekk emendata kif ġej:

    (1)

    Fit-tabelli rispettivament fit-taqsimiet 2.1.4, 2.1.6 u 2.1.7 wara n-Nru 32 għandu jiżdied in-numru li ġej:

    No

    Heading

    M/O (*)

    Format

    Examples/Comments

    “033

    Privileged member of a Union citizen’s family

    O (*3)

    code (1)

    1 (see 2.2.6)

    (2)

    Fl-ispjegazzjonijiet li jsegwu t-tabella fis-sezzjoni 2.1.4, dan li ġej għandu jiżdied:

    “Heading No 033: Privileged member of a Union citizen’s family format: code (1)

    It can be indicated here whether the visa applicant is a privileged member of a Union citizen’s family, under Directive 2004/38/EC (to be ascertained by the consulting authority).

    For the code to be used, see section 2.2.6.”.

    (3)

    Wara t-taqsima 2.2.5 għandha tiddaħħal it-taqsima li ġejja:

    “2.2.6.

    Privileged member of a Union citizen’s family (Heading 33)

    0.

    not a privileged member of a Union citizen’s family

    1.

    privileged member of a Union citizen’s family.

    See footnote to field 033 (technical specifications 2.1.4)”

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2008.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri, bi qbil mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Lulju 2007.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. SILVA


    (1)  ĠU L 116, 26.4.2001, p. 2. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bid-Deċiżjoni 2004/927/KE (ĠU L 396, 31.12.2004, p. 45).

    (2)  ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77. Verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 229, 29.6.2004, p. 35.

    (3)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

    (4)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31.

    (5)  ĠU L 368, 15.12.2004, p. 26.

    (6)  ĠU L 370, 17.12.2004, p. 78.

    (7)  ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43.

    (8)  ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20.

    (*)  M: Mandatory heading; O: Optional heading.

    (*3):

    Each Member State specifies a central clearing point which is permanently accessible by e-mail. The central clearing point communicates the reasons for the refusal by secure means of communication – depending on the content – to the central clearing point of the requesting Member State where the visa application is pending.”;


    Top