This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007D0396
2007/396/EC: Commission Decision of 8 June 2007 repealing Decision 2004/409/EC recognising in principle the completeness of the dossier submitted for detailed examination in view of the possible inclusion of ethaboxam in Annex I to Council Directive 91/414/EEC (notified under document number C(2007) 2336) (Text with EEA relevance)
2007/396/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 8 ta’ Ġunju 2007 li tħassar id-Deċiżjoni 2004/409/KE li tirrikonoxxi bi prinċipju l-kompletezza tad-dossiers ippreżentati għall-eżami ddettaljat in vista tal-possibbiltà ta’ l-inklużjoni ta’ l-etabossam fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 2336) Test b’relevanza għaż-ŻEE
2007/396/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 8 ta’ Ġunju 2007 li tħassar id-Deċiżjoni 2004/409/KE li tirrikonoxxi bi prinċipju l-kompletezza tad-dossiers ippreżentati għall-eżami ddettaljat in vista tal-possibbiltà ta’ l-inklużjoni ta’ l-etabossam fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 2336) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 148, 9.6.2007, p. 24–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repeal | 32004D0409 |
9.6.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 148/24 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-8 ta’ Ġunju 2007
li tħassar id-Deċiżjoni 2004/409/KE li tirrikonoxxi bi prinċipju l-kompletezza tad-dossiers ippreżentati għall-eżami ddettaljat in vista tal-possibbiltà ta’ l-inklużjoni ta’ l-etabossam fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE
(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 2336)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2007/396/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u partikolarment l-Artikolu 6(3) tagħha,
Billi:
(1) |
B’konformità ma’ l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, ir-Renju Unit irċieva fit-30 ta’ Settembru 2003 applikazzjoni mingħand LG Life Science Ltd, għall-inklużjoni tas-sustanza attiva etabossam fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. |
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/409/KE (2) ikkonfermat illi, wara eżami preliminari, id-dossier kien “komplet”, fis-sens li seta’ jitqies bħala li jissodisfa, fil-prinċipju, ir-rekwiżiti tad-data u t-tagħrif ta’ l-Anness II u l-Anness III tad-Direttiva 91/414/KEE. |
(3) |
L-Istati Membri kienu b’dan ingħataw il-possibilità li jagħtu awtorizzazzjonijiet provviżorji għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom l-etabossam, skond l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 91/414/KEE. L-ebda Stat Membru ma uża din il-possibilità. |
(4) |
Ir-Renju Unit indika lill-Kummissjoni li eżami dettaljat tad-dossier wera li bosta elementi sinjifikanti ta’ data meħtieġa fl-Annessi II u III tad-Direttiva 91/414/KEE ma kinux preżenti. Dawn kienu l-iktar relatati ma’ tossikoloġija. Għalhekk, id-dossier fir-rigward ta’ l-etabossam ma jistax jitqies komplet. |
(5) |
Id-Deċiżjoni 2004/409/KE għandha titħassar. |
(6) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2004/409/KE hija mħassra.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, 8 ta’ Ġunju 2007.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/25/KE (ĠU L 106, 24.4.2007, p. 34).
(2) ĠU L 151, 30.4.2004, p. 25.