Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0230

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 12 ta' April 2007 dwar formola li tikkonċerna l-leġiżlazzjoni soċjali marbuta ma' l-attivitajiet tat-trasport bit-triq (notifikat bid-dokument numru C(2007) 1470)

    ĠU L 99, 14.4.2007, p. 14–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 219M, 24.8.2007, p. 486–487 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 16/12/2009

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/230/oj

    24.8.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    486


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-12 ta' April 2007

    dwar formola li tikkonċerna l-leġiżlazzjoni soċjali marbuta ma' l-attivitajiet tat-trasport bit-triq

    (notifikat bid-dokument numru C(2007) 1470)

    (2007/230/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2006/22/KE tal-15 ta  Marzu 2006 dwar il-kundizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 u (KEE) Nru 3821/85 dwar il-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam ma' l-attivitajiet tat-trasport bit-triq u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 88/599/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(3) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Skond id-Direttiva 2006/22/KE, il-Kummissjoni għandha tfassal formola elettronika u li tista' tiġi stampata biex tintuża meta sewwieq kien b'liv tal-mard jew b'liv annwali, jew meta s-sewwieq ikun saq karozza oħra eżentata mill-ambitu tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 561/2006 tal-15 ta' Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq (2).

    (2)

    Il-miżuri pprovduti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skond l-Artikolu 18(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 (3),

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-formola msemmija fl-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2006/22/KEE għandha tkun kif stipulata fl-Anness ta' din-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, 12 ta' April 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Jacques BARROT

    Viċi President tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 102, 11.4.2006, p. 35.

    (2)  ĠU L 102, 11.4.2006, p. 1.

    (3)  ĠU L 370, 31.12.1985, p. 8. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).


    ANNESS

    IĊ-ĊERTIFIKAZZJONI TA' L-ATTIVITAJIET TAĦT IR_REGOLAMENT (KE) Nru 561/2006 JEW IL-FTEHIM EWROPEW DWAR IX-XOGĦOL TA' ĦADDIEMA TAL-VETTURI LI JOPERAW FIT-TRASPORT INTERNAZZJONI BIT-TRIQ (AETR) (*)

    Image

    Test ta 'immaġni

    Top