Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0127

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 2 ta' Frar 2006 dwar li tapprova l-pjan ta' azzjoni teknika 2006 għat-titjib ta' l-istatistika agrikola (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 6068)

    ĠU L 51, 22.2.2006, p. 19–20 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 118M, 8.5.2007, p. 230–231 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/12/2010

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/127(1)/oj

    8.5.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    230


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-2 ta' Frar 2006

    dwar li tapprova l-pjan ta' azzjoni teknika 2006 għat-titjib ta' l-istatistika agrikola

    (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 6068)

    (2006/127/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EUROPEJ

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 96/411/KE tal-25 ta' Ġunju 1996 dwar it-titjib ta' l-istatistika agrikola tal-Komunità (1), u b' mod partikolari l-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 6(2) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Skond id-Deċiżjoni Nru 96/411/KE, il-Kummissjoni tistabbilixxi pjan ta' azzjoni teknika għall-istatistika agrikola kull sena.

    (2)

    Skond id-Deċiżjoni Nru 96/411/KE, il-Komunità tikkontribwixxi għall-ispejjeż imġarrba mill-Istati Membri filwaqt li jwettqu addattament għal sistemi nazzjonali ta' statistika agrikola jew l-ispejjeż ta' xogħol ta' tħejjija għal ħtiġijiet ġodda jew li qed jiżdiedu li huma parti minn pjan ta' azzjoni teknika.

    (3)

    Huwa essenzjali li jkun hemm titjib u li tiġi żviluppata l-informazzjoni statistika dwar l-iżvilupp rurali għall-implimentazzjoni tal-politika relatata tal-Komunità. Dan huwa qasam prinċipali tal-pjan ta' azzjoni annwali.

    (4)

    Jeħtieġ li tkun ikkonsolidata s-sistema ta' l-istatistika agrikola u li tissokta l-ħidma appoġġjata mill-pjanijiet ta' azzjoni ta' qabel fl-oqsma ta' reġistri ta' l-irziezet u l-irziezet iż-żgħar.

    (5)

    Il-miżuri previsti f' din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar l-Istatistika Agrikola,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-pjan ta' azzjoni teknika 2006 għat-titjib ta' l-istatistika agrikola (TAPAS 2006), hekk kif stipulat fl-Anness, huwa approvat.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussell, it-2 ta' Frar 2006.

    Għall-Kummissjoni

    Joaquin ALMUNIA

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 162, 1.7.1996, p. 14. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 787/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 138, 30.4.2004, p. 12).


    ANNESS

    PJAN TA' AZZJONI TEKNIKA 2006 SABIEX TITTEJJEB L-ISTATISTIKA DWAR L-AGRIKOLTURA (TAPAS 2006)

    Il-miżuri li huma koperti mill-pjan ta' azzjoni teknika 2006 għat-titbjib ta' l-istatistika agrikola li tirrigwrada l-oqsma li ġejjin:

    a)

    Żvilupp rurali

    b)

    Reġistri ta' statistika ta' l-irziezet

    ċ)

    Riċerki dwar irżiezet żgħar (riċerki ta' l-unitajiet żgħar).

    Il-Kummissjoni se tagħmel kontribuzzjoni finanzjarja lil proġetti żviluppati bħala parti minn dawn il-miżuri li mhijiex se tiskorri l-ammonti murija fit-Tabella A għal kull Stat Membru.

    Tabella A

    Pjan ta' azzjoni teknika 2006

    Kontribuzzjoni finanzjarja massima tal-Komunità lill-ispiża mġarrba

    (f'ewro)

    Pajjiżi

    Żvilupp rurali

    Reġistru ta' rziezet

    Unitajiet żgħar

    TOTAL

    BE

    94 000

     

     

    94 000

    DK

     

     

    10 000

    10 000

    DE

    49 500

     

     

    49 500

    HU

    16 806

     

     

    16 806

    NL

     

    60 000

     

    60 000

    AT

    51 214

     

     

    51 214

    FI

     

    36 000

     

    36 000

    SE

     

    40 000

     

    40 000

    TOTAL

    211 520

    136 000

    10 000

    357 520


    Top