Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005R1751

    1751/2005/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1751/2005 tal- 25 ta’ Ottubru 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1725/2003 dwar l-addozzjoni ta’ ċertu standards internazzjonali ta’ kontabilità b’mod konformi mar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward ta’ IFRS 1, IAS 39 u SIC 12 Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 282, 26.10.2005, p. 3–8 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 321M, 21.11.2006, p. 97–102 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 02/12/2008; Impliċitament imħassar minn 32008R1126

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/1751/oj

    21.11.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    97


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1751/2005

    tal-25 ta’ Ottubru 2005

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1725/2003 dwar l-addozzjoni ta’ ċertu standards internazzjonali ta’ kontabilità b’mod konformi mar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward ta’ IFRS 1, IAS 39 u SIC 12

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni ta’ l-istandards internazzjonali tal-kontabilità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 (1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1725/2003 (2) ċertu standards internazzjonali u interpretazzjonijiet li kienu jeżistu fl-14 ta’ Settembru 2002 kienu addottati, inklużi l-interpretazzjoni tal-Kumitat Permanenti ta’ l-Interpretazzjonijiet (SIC) 12 Konsolidazzjoni –Entitajiet bi skop speċjali.

    (2)

    Fis-17 ta’ Dicembru 2003 il-Bord Internazzjonali ta’ l-Istandard tal-Kontabilità (IASB) ippubblika Standard Internazzjonali tal-Kontabilità rivedut (IAS) 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl. IAS 39 stabbilixxa l-aktar prinċipji bażiċi għar-rikonoxximent u l-kejl ta’ assi finanzjarji u responsabilitajiet finanzjarji u li kienu addottati mill-Kummissjoni Ewropea mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2086/2004 (3) tad-19 ta’ Novembru 2004, bl-eċċezzjoni ta’ ċertu dispoizzjonijiet għall-użu f’opzjoni ta’ valur ġust sħiħ u kontabilità ta’ l-ilqugħ.

    (3)

    Fis-17 ta’ Diċembru 2004, l-IASB ippubblika emenda għal IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl- Transazzjoni u Rikonoxximent Inizjali ta’ l-Assi Finanzjarji u Responsabilitajiet Finanzjarji bħala parti mill-inizjattiva ta’ l-IASB biex tiffaċilita l-kambju għall-IAS/IFRS għall-kumpaniji Ewropej, speċjalment dawk reġistrati mas-Sigurtajiet Amerikani u Kummissjoni tal-Kambju (SEC). L-emendi jippermettu, imma ma jinħtiġux, entitajiet biex jaddottaw metodu għat-transizzjoni li jgħamilha iktar faċli biex timplimenta mill-verżjoni ta’ qabel ta’ l-IAS 39, u għandu jgħin entitajiet biex jeliminaw kwalunkwe differenzi fir-rikonċiljazzjoni bejn l-Istandards ISSB u l-US GAAP.

    (4)

    Fil-11 ta’ Novembru 2004, il-Kumitat Internazzjonali dwar l-Interpretazzjonijiet tar-Raportaġġ Finanzjarju (IFRIC) uża emenda għall-Interpretazzjoni IFRIC SIC 12 Skop tas-SIC 12; Konsolidazzjoni — Entitajiet bi Skop Speċjali. L-emenda titratta dwar l-iskop kurrenti fl-esklużjoni tas-SIC 12 għal pjanijiet ta’ benefiċċji ta’ wara l-impjieg u pjanijiet ta’ kumpens b'ekwità (SIC-12.6). L-għan ta’ bdil fl-iskop hu li jassigura konsistenza mal-ħtiġijiet ta’ l-IAS 19 Benefiċċji ta’ l-Impjegat u għall-introduzzjoni ta’ bdil konsegwenzjali mill-addozzjoni riċenti ta’ l-IFRS 2 ħlas ibbażat fuq l-ishma  (4).

    (5)

    Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-istandard emendat u l-interpretazzjoni emendata jilħqu l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3 (2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002. Il-konsultazzjoni ma’ esperti tekniċi fil-qasam jgħinu wkoll li ż-żewġ emendi jilħqu il-kriterja teknika għall-addozzjoni.

    (6)

    L-addozzjoni ta’ l-emendi għall-IAS 39 timplika, permezz ta’ konsegwenza, emendi għall-IFRS 1 Addozzjoni għall-ewwel darba ta’ Standards Internazzjonali ta’ Rapportaġġ Finanzjarju biex jassigura konsistenza bejn l-istandards ta’ kontabilità internazzjonali.

    (7)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1725/2003 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ.

    (8)

    L-emendi għandhom b’mod eċċezzjonali jidħlu fis-seħħ għas-sena finanzjarja tal-kumpanija li tibda fi jew wara l-1 ta’ Jannar 2005, i.e f'mument qabel il-pubblikazzjoni ta' dan ir-regolament. L-applikazzjoni retrospettiva hi eċċezzjonalment ġustifikata sabiex tiffaċilita l-addotturi għall-ewwel darba l-preparazzjonijiet ta’ kontijiet b’mod konformi ma’ l- IAS/IFRS.

    (9)

    Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma b’mod konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju tal-Kontabilità,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    L-Artikolu 1

    L-Anness mar-regolament (KE) Nru 1725/2003 hu emendat kif gej:

    (1)

    It-test ta’ l-Emendi għal Standards Internazzjonali ta’ Kontabilità (IAS) 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl – Transizzjoni u Rikonoxximent Inizjali ta’ l-Assi Finanzjarji u Responsabilitajiet Finanzjarji hu mdaħħal kif stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    (2)

    It-test ta’ l-Emenda IFRIC għal SIC 12 Skop ta’ SIC 12; Konsolidazzjoni — Entitajiet bi Skop Speċjali hu mdaħħal kif stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    (3)

    L-addozzjoni ta’ l-emendi għall-IAS 39 timplika, permezz ta’ konsegwenza, emendi għall-IFRS 1 Addozzjoni għall-ewwel darba ta’ Standards internazzjonali ta’ Rapportaġġ Finanzjarju biex tassigura konsistenza bejn l-istandards ta’ kontabilità internazzjonali.

    L-Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidhol fis-seħħ fit-tielet jum wara d-data tal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Hu għandu japplika ghal kull sena finanzjarja tal-kumpanija fi jew wara l-1 ta’ Jannar 2005 mill-iktar tard.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, nhar il-25 ta’ Ottubru 2005.

    Għall-Kummissjoni

    Charlie McCREEVY

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 243, 11.9.2003, p. 1.

    (2)  ĠU L 261, 13.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Reglament (KE) Nru 707/2004 ĠU L 175, 8.7.2004, p. 3).

    (3)  ĠU L 363, 9.12.2004, p. 1.

    (4)  ĠU L 41, 11.2.2005, p. 1.


    ANNESS

    STANDARDS TA’ RAPPORTAĠĠ FINANZJARJI INTERNAZZJONALI

    IAS 39

    Emendi għal Standards Internazzjonali ta’ Kontabilità (IAS) 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl – Transizzjoni u Rikonoxximent Inizjali ta’ Assi Finanzjarji u Responsabiltajiet Finanzjarji

    SIC 12

    Emenda IFRIC għas-SIC 12 Skop tas-SIC 12; Konsolidazzjoni — Entitajiet b' Għan Speċjali

    “Riproduzzjoni permessa fiż-Żona Ekonomika Ewropea. Id-drittijiet kollha huma riservati barra iż-ŻEE, ħlief bl-eċċezzjoni għar-riproduzzjoni għal skopijiet ta’ użu personali jew mezz ta’ kummerċ ieħor ġust. Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn IASB f’ www.iasb.org.uk”

    Emendi għal IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl

    F'dan l-Istandard, il-paragrafu 107A hu miżjud.

    DATA EFFETTIVA U TRANSIZZJONI

    107A.

    Minkejja dak li jgħid il-paragrafu 104, entità tista' tapplika l-ħtiġijiet fl-aħħar sentenza tal-paragrafi AG76 u AG76A, f'wieħed mill-modi li ġejjin:

    (a)

    b'mod prospettiv għal transazzjonijiet li saru wara l-25 t'Ottubru, 2002; jew

    (b)

    b'mod prospettiv għal transazzjonijiet li saru wara l-1 ta' Jannar, 2004.

    F'Appendiċi A, Gwida għall-Applikazzjoni, il-paragrafu AG76A hu miżjud.

    Gwida għall-Applikazzjoni

    Kejl (paragrafi 43-70)

    L-Ebda Suq Attiv: Teknika tal-Valutazzjoni

    AG76A.

    Il-kejl sussegwenti ta' l-assi finanzjarju jew l-obbligazzjoni finanzjarja u r-rikonoxximent sussegwenti ta' qligħ jew telf għandu jkun konsistenti mal-ħtiġijiet ta' dan l-Istandard. L-applikazzjoni tal- paragrafu AG76 tista' ma tirriżulta f’ebda qligħ jew telf li jiġi rikonoxxut fir-rikonoxximent inizjali ta' assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja. F'każ bħal dan, l-IAS 39 jeħtieġ li qligħ jew telf għandu jiġi rikonoxxut wara r-rikonoxximent inizjali biss sal-punt li dan ġej minn bidla f'fattur (li jinkludi ż-żmien) li l-parteċipanti tas-suq kienu jikkunsidraw meta kienu qed jistabbilixxu prezz.

    Appendiċi

    Emendi għal IFRS 1

    L-emendi f'din l-Appendiċi għandhom jiġu applikati għall-perijodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar, 2005, jew wara. Jekk xi entità tapplika l-IFRS 1 għal perijodu aktar bikri, dawn l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perijodu aktar bikri.

    A1.   IFRS 1 Adozzjoni għall-Ewwel Darba ta' Standards Internazzjonali tar-Rappurtaġġ Finanzjarju hu emendat kif deskritt hawn taħt.

    F'paragrafu 13, sotto-paragrafi (j) u (k) huma emendati, u sotto-paragrafu (l) miżjud, kif ġej:

    (j)

    obbligi tad-dekummissjonament inklużi fil-kost tal-proprjetà, impjant u tagħmir (paragrafu 25E);

    (k)

    kuntratti ta' kiri (paragrafu 25F); u

    (l)

    kejl tal-valur ġust ta’ assi finanzjarji jew obbligazzjonijiet finanzjarji fir-rikonoxximent inizjali (paragrafu 25G).

    Wara paragrafu 25F intestatura ġdida u paragrafu 25G huma miżjuda kif ġej:

    Kejl tal-valur ġust ta’ assi finanzjarji jew obbligazzjonijiet finanzjarji

    25G

    Minkejja l-ħtiġijiet ta' paragrafi 7 u 9, entità tista' tapplika l-ħtiġijiet fl-aħħar sentenza tal-paragrafi AG76 u AG76A ta' IAS 39, f'wieħed mill-modi li ġejjin:

    (a)

    b'mod prospettiv għal transazzjonijiet li saru wara l-25 t' Ottubru, 2002; jew

    (b)

    b'mod prospettiv għal transazzjonijiet li saru wara l-1 ta' Jannar, 2004.

    Standards Internazzjonali tar-Rappurtaġġ - Kumitat ta' l-Interpretazzjoni

    IFRIC

    IFRIC EMENDA GĦAL SIC-12

    Ambitu ta' SIC-12

    Konsolidament — Entitajiet b'Għanijiet Speċjali

    REFERENZI

     

    IAS 19 Benefiċċji ta' l-Impjegati

     

    IAS 32 Strumenti Finanjarji: Żvelar u Preżentazzjoni

     

    IFRS 2 Pagament Ibbażat fuq l-Ishma

     

    SIC-12 Konsolidament — Entitajiet b'Għanijiet Speċjali

    SFOND

    1

    Sakemm din l-emenda ssir effettiva, SIC-12 jeskludi mill-ambitu tiegħu pjani ta' benefiċċju ta' wara l-impjieg u pjani ta' kumpens bl-ishma (SIC-12.6). Sakemm l-IFRS 2 isir effettiv, pjani bħal dawn huma fl-ambitu ta' IAS 19 (kif emendat fl-2002).

    2

    IFRS 2 hu effettiv għall-perijodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar, 2005, jew wara. IFRS 2 ser jemenda IAS 19 billi:

    (a)

    ineħħi mill-ambitu tiegħu benefiċċji ta’ l-impjegati li għalihom japplika l-IFRS 2, u

    (b)

    ineħħi r-referenzi kollha għal benefiċċji ta' kumpens bl-ishma u pjani ta' kumpens bl-ishma.

    3

    Barra minn hekk, IAS 32 jeħtieġ li l-ishma tat-teżor jitnaqqsu mill-ishma. Meta l-IFRS 2 isir effettiv, dan ser jemenda IAS 32 biex jiddikjara li paragrafi 33 u 34 ta' IAS 32 (relatati ma' l-ishma tat-teżor) għandhom jiġu applikati għall-ishma tat-teżor mixtrija, mibjugħa, maħruġa jew imħassra li huma relatati ma' pjani ta' opzjoni ta' ishma ta' l-impjegati, pjani ta' xiri ta' ishma mill-impjegati, u l-arranġamenti l-oħrajn kollha bbażati fuq l-ishma.

    TEMI

    4

    L-ewwel tema indirizzata minn din l-Emenda hi l-inkużjoni ta' pjani ta' kumpens bl-ishma fl-ambitu ta' SIC-12.

    5

    It-tieni tema indirizzata minn din l-Emenda hi li jkunu esklużi mill-ambitu ta' SIC-12 pjani oħrajn ta' benefiċċju għat-tul ta' l-impjegati. Sakemm din l-Emenda ssir effettiva, SIC-12 ma jeskludix pjani oħrajn ta' benefiċċju għat-tul ta' l-impjegati mill-ambitu tiegħu. Madankollu, IAS 19 jeħtieġ li dawk il-pjani ikunu rrappurtati b'mod simili għall-kontabilità ta' pjani ta' benefiċċju ta' wara l-impjieg.

    EMENDA

    6

    Paragrafu 6 ta' SIC-12 hu emendat kif ġej.

    Din l-Interpretazzjoni ma tapplikax għall-pjani ta' benefiċċju ta' wara l-impjieg jew għall-pjani oħrajn ta' benefiċċju għat-tul ta' l-impjegati li għalihom japplika IAS 19.

    DATA EFFETTIVA

    7

    Entità għandha tapplika din l-Emenda għall-perijodi annwali li jibdew fl-1ta' Jannar, 2005, jew wara. Jekk entità tapplika l-IFRS 2 għal perijodu aktar bikri, din l-emenda għandha tiġi applikata għal dak il-perijodu aktar bikri.


    Top