Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005R1177

Regolament Tal-Kummissjoni (KE) Nru 1177/2005 ta' l- 20 ta' Lulju 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1238/95 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 fir-rigward ta' ħlasijiet li għandhom isiru lill-Uffiċċju Komunitarju għall-Varjetajiet ta’ Pjanti

ĠU L 189, 21.7.2005, p. 26–27 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 287M, 18.10.2006, p. 209–210 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/1177/oj

18.10.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

209


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1177/2005

ta' l-20 ta' Lulju 2005

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1238/95 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 fir-rigward ta' ħlasijiet li għandhom isiru lill-Uffiċċju Komunitarju għall-Varjetajiet ta’ Pjanti

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 tas-27 ta' Lulju 1994 dwar id-drittijiet Komunitarji għall-varjetajiet ta’ pjanti (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kunsill Amministrattiv,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1238/95 tal-31 ta' Mejju 1995 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 fir-rigward ta' ħlasijiet li għandhom isiru lill-Uffiċċju Komunitarju għall-Varjetajiet ta’ Pjanti jiffissa l-ħlasijiet mitluba mill-Uffiċċju Komunitarju għall-Varjetajiet ta’ Pjanti (2) (“l-Uffiċċju”), u l-livelli ta' dawk il-ħlasijiet.

(2)

Huwa mistenni li, għall-inqas sa l-aħħar ta' l-2005, ir-riżerva finanzjarja ta' l-Uffiċċju ser taqbeż l-ammont meħtieġ sabiex titħares il-kontinwità ta' l-operat tiegħu. Il-miżata annwali li għandha titħallas lill-Uffiċċju minn detenturi ta' drittijiet Komunitarji għall- varjetajiet ta’ pjanti għas-snin 2006 u 2007 u l-ħlasijiet marbuta ma' l-eżamijiet tekniċi fis-sena 2006 għalhekk m'għandhomx jiżdiedu kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1238/95.

(3)

Id-dispożizzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1238/95 dwar ħlasijiet għall-ħruġ ta' kopji għandha tkun emendata sabiex tiġi meqjusa l-emenda tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1239/95 tal-31 ta' Mejju 1995 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 fir-rigward tal-proċeduri quddiem l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet ta’ Pjanti (3) bir-Regolament (KE) Nru 1002/2005.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 1238/95 għandu għalhekk ikun emendat kif jixraq.

(5)

Il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar id-Drittijiet Komunitarji għall-Varjetajiet tal-Pjanti.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1238/95 huwa emendat kif ġej:

1)

Fl-Artikolu 9, l-paragrafu 1 jinbidel b'li ġej:

“1.   L-Uffiċċju ser jitlob lil detentur ta' dritt Komunitarju għall-varjetajiet ta’ pjanti (minn hawn 'il quddiem ‘id-detentur’) miżata għal kull sena li fiha jkun validu dritt Komunitarju għall-varjetajiet ta’ pjanti (miżata annwali ta' EUR 300 għas-snin 2003 sa l-2007 u ta' EUR 435 għas-sena 2008 u s-snin ta' wara.”

2)

Fl-Artikolu 12(1), il-punt (b) jinbidel b'li ġej:

“b)

Ħlasijiet għall-ħruġ ta' kopji ċċertifikati ta' dokumenti; u”

3)

Fl-Anness I, it-tabella hija emendata kif ġej:

a)

L-intestatura tat-tieni kolonna tinbidel b'li ġej:

“Miżata għas-snin 2003 sa l-2006”

b)

L-intestatura tat-tielet kolonna tinbidel b'li ġej:

“Miżata għas-sena 2007 u ta' wara”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament ser jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, nhar il-20 ta' Lulju 2005.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 227, tal-1.9.1994, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 873/2004 (ĠU L 162, tat-30.4.2004, p. 38).

(2)  ĠU L 121, tal-1.6.1995, p. 31. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 569/2003 (ĠU L 82, tad-29.3.2003, p. 13).

(3)  ĠU L 121, tal-1.6.1995, p. 37. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1002/2005 (GU L 170, tal 1.7.2005, p. 7).


Top