Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005R1045

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1045/2005 ta’ l- 4 ta' Lulju 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2760/98 dwar l-implimentazzjoni ta’ programm għal kooperazzjoni li tmur lil hinn mill-fruntieri fil-qafas tal-programm PHARE

    ĠU L 172, 5.7.2005, p. 78–78 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 287M, 18.10.2006, p. 84–84 (MT)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/1045/oj

    18.10.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    84


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1045/2005

    ta’ l-4 ta' Lulju 2005

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2760/98 dwar l-implimentazzjoni ta’ programm għal kooperazzjoni li tmur lil hinn mill-fruntieri fil-qafas tal-programm PHARE

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3906/89 tat-18 ta' Diċembru 1989 dwar l-għajnuna ekonomika lil ċerti pajjiżi ta’ l-Ewropa ċentrali u tal-Lvant (1), u b’mod parikolari l-Artikolu 8 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-Kunsill Ewropew iddeċieda waqt il-laqgħa tiegħu fi Brussell tas-17 u t-18 ta' Ġunju 2004 li l-Kroazja ser isir pajjiż kandidat għall-isħubija, u talbet lill-Kummissjoni biex tħejji strateġija ta' qabel l-adeżjoni għall-Kroazja, inklużi l-istrumenti finanzjarji meħtieġa,

    (2)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2257/2004 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2004 inkluda l-Kroazja fost il-pajjiżi benefiċjarji ta' l-istrument ta' qabel l-adeżjoni PHARE mit-2 ta' Jannar 2005,

    (3)

    Ir-Regolament (KE) Nru 2760/98 (2) għandu, għalhekk, jiġi emendat biex jestendi l-programm ta’ kooperazzjoni bejn il-pajjiżi PHARE biex jinkludi l-fruntieri tal-Kroazja mal-pajjiżi ġirien,

    (4)

    Il-miżuri pprovduti għalihom f’dan ir-Regolament huma fi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat għall-Istrutturar mill-ġdid Ekonomiku f’ċerti pajjiżi ta’ l-Ewropa tan-Nofs u tal-Lvant,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Fl-aħħar ta’ l-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 2760/98, dan it-test ser jiġi miżjud:

    “(c)

    Il-Kroazja u l-Italja, il-Kroazja u s-Slovenja, il-Kroazja u l-Ungerija, il-Kroazja u s-Serbja Montenegro, il-Kroazja u l-Bożnija-Ħerżegovina”

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-jum l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, ta' l-4 ta' Lulju 2005.

    Għall-Kummissjoni

    Olli REHN

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 375, tat-23.12.1989, p. 11. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 22572004 (ĠU L 389, tat-30.12.2004, p. 1).

    (2)  ĠU L 345, tat-19.12.1998, p. 49. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1822/2003 (ĠU L 267, tas-17.10.2003, p. 9).


    Top