This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005L0088
Directive 2005/88/EC of the European Parliament and of the Council of 14 December 2005 amending Directive 2000/14/EC on the approximation of the laws of the Member States relating to the noise emission in the environment by equipment for use outdoors (Text with EEA relevance)
Id-Direttiva 2005/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l- 14 ta’ Diċembru 2005 li temenda d-Direttiva 2000/14/KE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar l-emissjoni ta’ ħsejjes fl-ambjent minn tagħmir li jintuża fil-miftuħ Test b’rilevanza għaż-ŻEE.
Id-Direttiva 2005/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l- 14 ta’ Diċembru 2005 li temenda d-Direttiva 2000/14/KE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar l-emissjoni ta’ ħsejjes fl-ambjent minn tagħmir li jintuża fil-miftuħ Test b’rilevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 344, 27.12.2005, pp. 44–46
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
In force
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Modifies | 32000L0014 | Emenda | artikolu 12 | 27/12/2005 | |
| Modifies | 32000L0014 | Emenda | artikolu 20.1 | 27/12/2005 | |
| Modifies | 32000L0014 | abolizzjoni | artikolu 20.3 | 27/12/2005 |
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Corrected by | 32005L0088R(01) | (CS, DA, DE, EL, EN, ES, ET, FI, FR, HU, IT, LT, LV, NL, PL, PT, SK, SL, SV) |
|
27.12.2005 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
44 |
ID-DIRETTIVA 2005/88/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
ta’ l-14 ta’ Diċembru 2005
li temenda d-Direttiva 2000/14/KE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar l-emissjoni ta’ ħsejjes fl-ambjent minn tagħmir li jintuża fil-miftuħ
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 2000/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) kienet is-suġġett ta’ reviżjoni mill-Grupp ta’ Xogħol dwar it-Tagħmir li Jintuża fil-Miftuħ, imwaqqaf mill-Kummissjoni. |
|
(2) |
Fir-rapport tiegħu ddatat it-8 ta’ Lulju 2004, dan il-Grupp ta’ Xogħol ikkonkluda li għadd ta’ limiti ta’ l-istadju II li se jkunu applikati b’mod mandatorju mit-3 ta’ Jannar 2006 ma kienux teknikament fattibbli. Madankollu, l-intenzjoni qatt ma kienet li t-tqegħid fis-suq jew id-dħul fis-servizz ta’ tagħmir jiġi ristrett abbażi biss tal-fattibbiltà teknika. |
|
(3) |
Huwa għalhekk meħtieġ li jiġi stipulat li ċerti tipi ta’ tagħmir elenkati fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 2000/14/KE, li ma jkunux jistgħu jissodisfaw il-limiti ta’ l-istadju II sat-3 ta’ Jannar 2006 biss għal raġunijiet tekniċi, xorta jistgħu jitqiegħdu fis-suq u/jew jidħlu fis-servizz minn dik id-data. |
|
(4) |
L-esperjenza ta’ l-ewwel ħames snin ta’ l-applikazzjoni tad-Direttiva 2000/14/KE uriet li huwa meħtieġ aktar żmien sabiex jiġu sodisfatti d-disposizzjonijiet taħt l-Artikoli 16 u 20 tagħha u emfasizzat il-ħtieġa li dik id-Direttiva tiġi riveduta b’ħarsa lejn il-possibbiltà ta’ emenda għaliha, b’mod partikolari fir-rigward tal-limiti ta’ l-istadju II imsemmija fiha. Huwa għalhekk meħtieġ li d-data ta’ skadenza għall-preżentazzjoni tar-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-esperjenza tal-Kummissjoni fl-implimentazzjoni u l-amministrazzjoni tad-Direttiva 2000/14/KE kif imsemmi fl-Artikolu 20(1) ta’ dik id-Direttiva tiġi estiża b’sentejn. |
|
(5) |
L-Artikolu 20(3) tad-Direttiva 2000/14/KE jipprevedi l-preżentazzjoni, mill-Kummissjoni, ta’ rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar jekk, u sa fejn, il-progress tekniku jippermettix tnaqqis tal-valuri ta’ limitu għal tagħmir li jaqta’ l-ħaxix u tagħmir li jittrimmja l-ħaxix li jittrimmja l-borduri tal-ħaxix. Fid-dawl tal-fatt li l-obbligi li jinsabu fl-Artikolu 20(1) ta’ dik id-Direttiva huma aktar preskrittivi minn dawk fl-Artikolu 20(3), u sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni ta’ l-isforzi, huwa xieraq li dan it-tip ta’ tagħmir jiġi inkuż fir-rapport ġenerali previst fl-Artikolu 20(1) ta’ dik id-Direttiva. B’konsegwenza, l-obbligu separat ta’ rappurtaġġ fl-Artikolu 20(3) ta’ dik id-Direttiva għandu jitħassar. |
|
(6) |
Minħabba li l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri, li jiġi żgurat it-tħaddim kontinwu tas-suq intern billi jkun meħtieġ li tagħmir li jintuża fil-miftuħ jkun konformi mad-disposizzjonijiet armonizzati dwar l-istorbju ambjentali, ma jistax jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri u, għalhekk, minħabba d-daqs u l-effetti ta’ l-azzjoni proposta, jista’ jintlaħaq aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skond il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Bi qbil mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-għan, minħabba li l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha hu ristrett għal dawk it-tipi ta’ tagħmir li għalihom il-konformità mal-limiti ta’ l-istadji II hija bħalissa impossibbli għal raġunijiet tekniċi. |
|
(7) |
F’konformità mal-punt 34 tal-ftehim Interistituzzjonali dwar il-leġislazzjoni aħjar (4), l-Istati Membri huma mħeġġa biex iħejju, għalihom infushom u fl-interess tal-Komunità, it-tabelli tagħhom li juru, sa fejn ikun possibbli, il-korrelazzjoni bejn id-Direttivi u l-miżuri ta’ traspożizzjoni, u biex jagħmluhom pubbliċi. |
|
(8) |
Id-Direttiva 2000/14/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Id-Direttiva 2000/14/KE hija permezz ta’ dan emendata kif ġej:
|
(1) |
It-tabella fl-Artikolu 12 għandha tinbidel b’dan li ġej:
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2) |
L-Artikolu 20 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2005. Huma għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan.
Huma għandhom japplikaw dawk il-miżuri mill-3 ta’ Jannar 2006.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi għall-għamla ta’ tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-disposizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li dawn jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Strasburgu, nhar l-14 ta’ Diċembru 2005.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
Għall-Kunsill
Il-President
C. CLARKE
(1) Opinjoni mogħtija fis-27 ta’ Ottubru 2005 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Ottubru 2005 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Diċembru 2005.
(3) ĠU L 162, tat-3.7.2000, p. 1.
(4) ĠU C 321, tal-31.12.2003, p. 1.
(5) Pel għal Ġeneraturi tal-Welding: Il-kurrent konvenzjonali tal-welding immultiplikat bil-vultaġġ ta’ tagħbija konvenzjonali għall-inqas valur tad-duty factor mogħti mill-manifattur.
Pel għal Ġeneraturi tal-Kurrent: Il-prime power skond ISO 8528-1:1993, klawsola 13.3.2
(6) Il-figuri għall-istadju II huma indikattivi biss għat-tipi ta’ tagħmir li ġejjin:
|
— |
rombli vibranti operati bil-mixi; |
|
— |
pjanċi vibratorji (>3kW); |
|
— |
rammers vibratorji; |
|
— |
Dożers (li jimxu fuq ċinturini ta’ l-azzar); |
|
— |
tagħmir għat-tagħbija (li jimxi fuq ċinturini ta’ l-azzar >55kW); |
|
— |
trakkijiet bil-lift kontrobilanċjati li jaħdmu bil-magna tal-kombustjoni; |
|
— |
Compacting screed paver-finishers; |
|
— |
breakers tal-konkrit u fisien ta’ l-idejn li jaħdmu bil-magna tal-kombustjoni interna (15<m<30); |
|
— |
Tagħmir li jaqta’ l-ħaxix, u tagħmir li jittrimmja l-ħaxix/tagħmir li jittrimmja l-borduri tal-ħaxix. |
Il-figuri definittivi jiddependu fuq l-emenda tad-Direttiva b’segwitu għar-Rapport previst fl-Artikolu 20(1). Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe emenda bħal din, il-figuri għall-istadju I jibqgħu japplikaw għall-istadju II.
(7) Għal krejnijiet b’magna waħda, il-figuri ta’ l-istadju I għandhom ikomplu japplikaw sat-3 ta’ Jannar 2008. Wara dik id-data, għandhom japplikaw il-figuri ta’ l-Istadju II.