EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005L0079

2005/79/KE: Direttiva tal-Kummissjoni 2005/79/KE tat- 18 ta’ Novembru 2005 li temenda d-Direttiva 2002/72/KE dwar materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba sabiex jiġu f’ kuntatt ma’ oġġetti ta’ l-ikel Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 302, 19.11.2005, p. 35–45 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 321M, 21.11.2006, p. 163–173 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2011; Impliċitament imħassar minn 32011R0010

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2005/79/oj

21.11.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

163


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2005/79/KE

tat-18 ta’ Novembru 2005

li temenda d-Direttiva 2002/72/KE dwar materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba sabiex jiġu f’kuntatt ma’ oġġetti ta’ l-ikel

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2004 dwar materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba sabiex jiġu f’ kuntatt ma’ oġġetti ta’ l-ikel. u li tħassar id-Direttivi 80/590/KEE u 89/109/KEE (1), u b’ mod partikolari l-Artikolu 5(2) tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza ta’ l-Ikel,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2002/72/KE (2) tistabbilixxi lista ta’ monomeri u sustanzi primi oħrajn, li jistgħu jintużaw fil-manifattura tal-materjali u artikoli tal-plastik. Fuq il-bażi ta’ informazzjoni ġdida relatata ma’ l-assesjar tar-riskju ta’ tali sustanzi, ċerti monomeri li ġew proviżorjament ammessi fuq livell nazzjonali kif ukoll monomeri ġodda għandhom jiġu inklużi fil-lista Komunitarja ta’ sustanzi permessi f’ dik id-Direttiva.

(2)

Id-Direttiva 2002/72/KE fiha wkoll lista mhux kompluta ta’ adittivi li jistgħu jintużaw fil-manifattura tal-materjali u ta’ l-oġġetti tal-plastik. Dik il-lista għandha tiġi emendata sabiex tinkludi adittivi oħrajn evalwati mill-Awtorità Ewropea bħala-Sigurtà ta’ l-Ikel (“l-Awtorità”).

(3)

Għal ċerti sustanzi, ir-restrizzjonijiet li huma diġà stabbiliti fuq livell Komunitarju għandhom jiġu emendati fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni ġdida disponibbli. B’ mod partikolari għaż-żejt tas-sojja epoksidizzat (ESBO) l-Awtorità rrakkomandat li jitnaqqas il-limitu ta’ migrazzjoni speċifika tiegħu (SML) għas-siġilli tal-PVC li fihom dik is-sustanza li jintużaw biex jissiġillaw ir-reċipjenti tal-ħġieġ għall-ikel tat-trabi (formula) u għall-ikel tat-trabi ta’ iktar minn sitt xhur jew li jkun fihom ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u ikel tat-trabi għat-trabi u għat-tfal żgħar. Fil-fatt l-Awtorità innotat li l-espożizzjoni għat-trabi li jieklu regolarment minn dan l-ikel tista’ taqbeż it-TDI. Għalhekk l-SML għall-ESBO huwa mnaqqas għal dawn l-applikazzjonijiet partikolari minn 60 sa 30 mg/kg ta’ ikel jew simolant ta’ l-ikel filwaqt li jibqa’ ma jinbidilx għall-applikazzjonijiet kollha l-oħra.

(4)

Perjodu ta’ transizzjoni għandu jiġi pprovdut fir-rigward tas-siġilli tal-PVC li fihom iż-żejt tas-sojja epoksizzat, li jintużaw biex jissiġillaw ir-reċipjenti tal-ħġieġ, li jiġu f’ kuntatt ma’ l-ikel qabel id-19 ta’ Novembru 2006.

(5)

Id-Direttiva 2002/72/KEE għandha, għalhekk, tiġi emendata skond dan.

(6)

Il-miżuri provduti f’din id-Direttiva huma f’konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi II, III, V u VI tad-Direttiva 2002/72/KE huma emendati skond l-Annessi I sa IV ma’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

Is-siġilli tal-PVC li fihom iż-żejt tas-sojja epoksizzat, bin-numru tar-referenza 88640 f’taqsima A ta’ l-Anness III tad-Direttiva 2002/72/KE, li jintużaw biex jissiġillaw ir-reċipjenti tal-ħġieġ li fihom l-ikel tat-trabi u ikel ta’ trabi ta’ iktar minn sitt xhur kif definit mid-Direttiva tal-Kummissjoni 91/321/KEE (3), jew li jkun fihom dwar ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u ikel tat-trabi għat-trabi u għat-tfal żgħar kif definit mid-Direttiva tal-Kummissjoni 96/5/KE (4)li mtlew qabel id-19 ta’ Novembru 2006, li huma f’konformità mar-restrizzjonijiet u/jew l-ispeċifikazzjonijiet stipolati fit-Taqsima A ta’ l-Anness III mad-Direttiva 2002/72/KE kif emendat mid-Direttiva 2004/19/KE (5), jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq bil-kondizzjoni li d-data ta’ meta ġew mimlija tidher fuq il-materjali u fuq l-artikoli.

Id-data ta’ meta ntlew tista’ tinbidel b’indikazzjoni oħra, bil-kondizzjoni li l-indikazzjoni tippermetti l-identifikazzjoni tad-data ta’ meta intlew. Id-data ta’ meta mtlew tista’ tingħata fuq talba ta’ l-awtoritajiet kompetenti u kull persuna li tinforza l-kondizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

L-ewwel u t-tieni subparagrafi għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2000/13/KE.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mid-19 ta’ Novembru 2006, il-liġijiet, ir-regolamenti, u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Għandhom minnufih jipprovdu lill-Kummissjoni bit-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u d-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet b’tali mod li:

(a)

jippermettu l-kummerċ u l-użu tal-materjali u l-oġġetti tal-plastik maħsuba sabiex jiġu f’ kuntatt ma’ oġġetti ta’ l-ikel u jikkonformaw ma’ din id-Direttiva, mid-19 ta’ Novembru 2006;

(b)

jipprojbixxu l-manifattura u l-importazzjoni fil-Komunità tal-materjali u l-artikoli tal-plastik maħsuba sabiex jiġu f’ kuntatt ma’ oġġetti ta’ l-ikel u li ma jikkonformawx ma’ din id-Direttiva, mid-19 ta’ Novembru 2007.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-disposizzjonijiet, għandha ssir referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jiġu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenija tal-liġijiet nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, nhar it-18 ta’ Novembru 2005.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 338, tat-13.11.2004, p. 4.

(2)  ĠU L 220, tal-15.8.2002, p. 18. Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 2004/19/KE ta’ l-1 ta’ Marzu 2004 li temenda d-Direttiva 2002/72/KE dwar materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba sabiex jiġu f’ kuntatt ma’ oġġetti ta’ l-ikel.(ĠU L 71, 10.3.2004, p. 8).

(3)  ĠU L 175, ta’ l-4.7.1991, p. 35. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2003/14/KE (ĠU L 41, ta’ l-14.2.2003, p. 37).

(4)  ĠU L 49, tat-28.2.1996, p. 17. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2003/13/KE (ĠU L 41, ta’ l-14.2.2003, p. 33).

(5)  ĠU L 71, ta’ l-10.3.2004, p. 8. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2003/89/KE (ĠU L 308, tal-25.11.2003, p. 15).


ANNESS I

L-Anness II tad-Direttiva 2002/72/KE hu emendat kif ġej:

(1)

Il-Punt 2 ta’ l-introduzzjoni ġenerali jiġi ssostitwit minn dan li ġej:

“2.

Is-sustanzi li ġejjin mhumiex inklużi anke jekk huma użati intenzjonalment u huma awtorizzati:

(a)

mluħa (inklużi mluħa doppji u mluħa ta’ l-aċdi) ta’ l-aluminju, l-ammonju, il-kalċju, il-ħadid, il-manjeżju, il-potassju, is-sodju jew aċdi awtorizzati, il-fenols jew l-alkoħols. Madankollu, ismijiet li fihom ‘… aċdu(i), mluħa’ jidhru fil-listi, jekk l-aċdi ħielsa korrispondenti ma jkunux imsemmija;

(b)

mluħa (inklużi mluħa doppji u mluħa ta’ l-aċdi) taż-żingu ta’ aċdi awtorizzati, fenols jew alkoħols. Għal dawn l-imluħa Grupp SML = 25 mg/kg (li jingħata bħala Zn) japplika. L-istess restrizzjoni għaż-Zn japplika għal:

(i)

sustanzi li l-ismijiet tagħhom fihom ‘… aċdu(i), mluħa’ li jidhru fil-listi, jekk l-aċdu(i) ħielsa korrispondenti ma jkunux imsemmija,

(ii)

sustanzi li jissemmew fin-nota 38 ta’ l-Anness VI.”

(2)

It-Taqsima A hija emendata kif ġej:

(a)

Il-linji li ġejjin huma mehmuża fit-tabella b’ ordni numeriku:

Nru. Ref

CAS Nru

Isem

Restrizzjonijiet u/jew speċifikazzjonijiet

(1)

(2)

(3)

(4)

“11 005

012542-30-2

Aċdu akriliku, dicyclopentenyl ester

QMA = 0.05 mg/6 dm2

11 500

000103-11-7

Aċdu akriliku, 2-ethylhexyl ester

SML = 0.05 mg/kg

12 786

000919-30-2

3-Aminopropyltriethoxysilane

Kontenut residwu li jista’ jiġi estratt ta’ 3-aminopropyltriethoxysilane li għandu jkun inqas minn 3 mg/kg ta’ filler. Għandu jintuża biss għal trattament tal-wiċċ reattiv tal-fillers inorganiċi

13 317

132459-54-2

N, N’-Bis[4-(ethoxycarbonyl)phenyl]-1,4,5,8-naphthalenetetracarboxydiimide

SML = 0.05 mg/kg. Purezza > 98,1 % (w/w). Għandu jintuża biss bħala co-monomer (massimu 4 %) għall- polyesters (PET, PBT)

14 260

000502-44-3

Caprolactone

SML = 0.05 mg/kg (li huwa espressi bħala s-somma ta’ caprolactone u 6-hydroxyhexanoic acid)

16 955

000096-49-1

Karbonat ta' l-etilina

Kontenut residwu = 5 mg/kg ta’ idroġel b’ratio massimu ta’ 10g ta’ idroġel għal 1kg ta’ ikel. L-idrosilat li fih l-ethyleneglycol għandu SML = 30 mg/kg

21 370

010595-80-9

Metaċdu akriliku, 2-sulphoethyl ester

QMA = ND (DL = 0.02 mg/6 dm2)

22 210

000098-83-9

alpha-Methylstyrene

SML = 0.05 mg/kg

22 932

001187-93-5

Perfluoromethyl perfluorovinyl ether

SML = 0.05 mg/kg. Li għandu jintuża għal-lega li ma twaħħalx.

24 903

068425-17-2

Syrups, hydrolysed starch, hydrogenated

F’konformità ma’ l-ispeċifikazzjonijiet stipolati fl-Anness V

25 540

000528-44-9

Trimellitic acid

SML(T) = 5 mg/kg (35)

25 550

000552-30-7

Trimellitic anhydride

SML(T) = 5mg/kg (35) (li huwa espress bħala aċdu trimetalliku)”

(b)

Fil-linji li ġejjin il-kontenut tal-kolonni “Nru CAS” jew “Restrizzjonijiet u/jew speċifikazzjonijiet” huma mibdula b’ li ġej:

Nru. Ref

CAS Nru

Isem

Restrizzjonijiet u/jew speċifikazzjonijiet

(1)

(2)

(3)

(4)

“10 690

000079-10-7

Aċdu akriliku

SML(T) = 6 mg/kg (36)

10 750

002495-35-4

Aċdu akriliku, benzyl ester

SML(T) = 6 mg/kg (36)

10 780

000141-32-2

Aċdu akriliku, n-butyl Ester

SML(T) = 6 mg/kg (36)

10 810

002998-08-5

Aċdu akriliku, sec-butyl ester

SML(T) = 6 mg/kg (36)

10 840

001663-39-4

Aċdu akriliku, tert-butyl ester

SML(T) = 6 mg/kg (36)

11 470

000140-88-5

Aċdu akriliku, ethyl ester

SML(T) = 6 mg/kg (36)

11 590

000106-63-8

Aċdu akriliku, isobutyl ester

SML(T) = 6 mg/kg (36)

11 680

000689-12-3

Aċdu akriliku, isopropyl ester

SML(T) = 6 mg/kg (36)

11 710

000096-33-3

Aċdu akriliku, methyl ester

SML(T) = 6 mg/kg (36)

11 830

000818-61-1

Aċdu akriliku, monoester bl- ethyleneglycol

SML(T) = 6 mg/kg (36)

11 890

002499-59-4

Aċdu akriliku, n-octyl ester

SML(T) = 6 mg/kg (36)

11 980

000925-60-0

Aċdu akriliku, propyl ester

SML(T) = 6 mg/kg (36)

13 720

000110-63-4

1,4-Butanediol

SML(T) = 5 mg/kg (24)

20 020

000079-41-4

Metaċdu akriliku

SML(T) = 6 mg/kg (37)

20 080

002495-37-6

Metaċdu akriliku, benzyl ester

SML(T) = 6 mg/kg (37)

20 110

000097-88-1

Metaċdu akriliku, butyl ester

SML(T) = 6 mg/kg (37)

20 140

002998-18-7

Metaċdu akriliku, sec-butyl ester

SML(T) = 6 mg/kg (37)

20 170

000585-07-9

Metaċdu akriliku, tert-butyl ester

SML(T) = 6 mg/kg (37)

20 890

000097-63-2

Metaċdu akriliku, ethyl ester

SML(T) = 6 mg/kg (37)

21 010

000097-86-9

Metaċdu akriliku, isobutyl ester

SML(T) = 6 mg/kg (37)

21 100

004655-34-9

Metaċdu akriliku, isopropyl ester

SML(T) = 6 mg/kg (37)

21 130

000080-62-6

Metaċdu akriliku, methyl ester

SML(T) = 6 mg/kg (37)

21 190

000868-77-9

Metaċdu akriliku, monoester bl- ethyleneglycol

SML(T) = 6 mg/kg (37)

21 280

002177-70-0

Metaċdu akriliku, phenyl ester

SML(T) = 6 mg/kg (37)

21 340

002210-28-8

Metaċdu akriliku, propyl ester

SML(T) = 6 mg/kg (37)

21 460

000760-93-0

Methacrylic anhydride

SML(T) = 6 mg/kg (37)

24 190

008050-09-7

Injam Rosin

Ara ‘Rosin’ (Ref. No 24100)”

(c)

il-linja li ġejja hija mħassra:

Nru. Ref

CAS Nru

Isem

Restrizzjonijiet u/jew speċifikazzjonijiet

(1)

(2)

(3)

(4)

“11 000

050976-02-8

Aċdu akriliku, dicyclopentadienyl ester

QMA = 0.05 mg/6 dm2

(3)

F’ Taqsima B il-linji li ġejjin huma mħassra:

Nru. Ref

CAS Nru

Isem

Restrizzjonijiet u/jew speċifikazzjonijiet

(1)

(2)

(3)

(4)

“11 500

000103-11-7

Aċdu akriliku, 2-ethylhexyl ester

 

14 260

000502-44-3

Caprolactone

 

21 370

010595-80-9

Metaċdu akriliku, 2-sulphoethyl ester

 

22 210

000098-83-9

alpha-Methylstyrene

 

25 540

000528-44-9

Aċdu Trimellitiku

QM(T) = 5 mg/kg fi FP

25 550

000552-30-7

Trimellitiku anidride

QM(T) = 5mg/kg fi FP (espress bħala aċdu trimetalliku)”


ANNESS II

L-Anness III tad-Direttiva 2002/72/KE hu emendat kif ġej:

(1)

Il-Punt 2 jinbidel b’ dan li ġej:

“2.

Is-sustanzi li ġejjin mhumiex inklużi anke jekk huma użati intenzjonalment u huma awtorizzati:

(a)

mluħa (inklużi mluħa doppji u mluħa ta’ l-aċdi) ta’ l-aluminju, l-ammonju, il-kalċju, il-ħadid, il-manjeżju, il-potbħalasju, is-sodju jew aċdi awtorizzati, il-fenols jew l-alkoħols. Madankollu, ismijiet li fihom ‘… aċdu(i), mluħa’ jidhru fil-listi, jekk l-aċdi ħielsa korrispondenti ma jkunux imsemmija;

(b)

mluħa (inklużi mluħa doppji u mluħa ta’ l-aċdi) taż-żingu ta’ aċdi awtorizzati, fenols jew alkoħols. Għal dawn l-imluħ Grupp SML = 25 mg/kg (li jingħata bħala Zn) japplika. L-istess restrizzjoni għaż-Zn japplika għal:

(i)

sustanzi li l-ismijiet tagħhom fihom ‘… aċdu(i), mluħ’ li jidhru fil-listi, jekk l-aċdu(i) ħielsa korrispondenti ma jkunx (jkunux) imsemmija,

(ii)

sustanza li tissemma fin-nota 38 ta’ l-Anness VI.”

(2)

It-Taqsima A hija emendata kif ġej:

(a)

Il-linji li ġejjin huma meħmuża b’ ordni numeriku:

Nru. Ref

CAS Nru

Isem

Restrizzjonijiet u/jew speċifikazzjonijiet

(1)

(2)

(3)

(4)

“30340

330198-91-9

Aċdu 12-(Acetoxy)stearic, 2,3-bis(acetoxy)propyl ester

 

30401

Acetylated mono- and digliċeridi ta’ aċdi grassi

 

31542

174254-23-0

Aċdu akriliku, methyl ester, telomer bil-1-dodecanethiol, C16-C18 alkyl esteri

QM = 0.5 % (w/w) fi FP

43480

064365-11-3

Faħam attivat

F’konformità ma’ l-ispeċifikazzjonijiet stipolati fl-Anness V, Parti B

62245

012751-22-3

Iron phosphide

Għal polimeri u copolimeri PET biss.

64990

025736-61-2

Maleic anhydride-styrene, copolymer, melħ tas-sodju

F’konformità ma’ l-ispeċifikazzjonijiet stipolati fl-Anness V.

66905

000872-50-4

N-Methylpyrrolidone

 

66930

068554-70-1

Methylsilsesquioxane

Monomeru residwu fi methylsilsesquioxane: < 1 mg methyltrimethoxysilane/kg ta’ methylsilsesquioxane

67155

Taħlita ta’ 4-(2-Benzoxazolyl)-4’-(5-methyl-2-benzoxazolyl)stilbene, 4,4’-bis(2-benzoxazolyl) stilbene u 4,4’-bis(5-methyl-2-benzoxazolyl)stilbene)

Mhux iktar minn 0.05 % w/w (kwantità ta’ sustanza użata/kwantità tal-formulazzjoni). F’konformità ma’ l-ispeċifikazzjonijiet stipolati fl-Anness V.

76415

019455-79-9

Aċdu Pimeliku, melħ bħala kalċju

 

76815

Polyester ta’ l-aċdu adipiku bil-glycerol jew bil-pentaerythritol, esters li fih numru parri ta’ aċdi grassi C12-C22 mingħajr fergħat

F’konformità ma’ l-ispeċifikazzjonijiet stipolati fl-Anness V.

76845

031831-53-5

Polyester of 1,4-butanediol bil-caprolactone

F’konformità ma’ l-ispeċifikazzjonijiet stipolati fl-Anness V.

77370

070142-34-6

Polyethyleneglycol-30 dipolyhydroxystearate

 

79600

009046-01-9

Polyethyleneglycol tridecyl ether phosphate

SML = 5 mg/kg. Għall- materjali u artikoli li huma intenzjonati għall-kuntatt ma’ l-ikel akkweju biss. F’konformità ma’ l-ispeċifikazzjonijiet stipolati fl-Anness V.

80000

009002-88-4

Xemgħa tal-Polyethylene

 

81060

009003-07-0

Xemgħa tal-Polypropylene”

 

(b)

Fil-linji li ġejjin il-kontenut tal-kolonni “Isem” u “Restrizzjonijiet u/jew speċifikazzjonijiet” huma mibdula b’ li ġej:

Nru. Ref

CAS Nru

Isem

Restrizzjonijiet u/jew speċifikazzjonijiet

(1)

(2)

(3)

(4)

“30080

004180-12-5

Aċdu aċetiku, melħ tar-

SML(T) = 5 mg/kg (7) (li huwa espress bħala huwa espress bħala Ram)

35760

001309-64-4

Antimonju trijossidu

SML = 0.04 mg/kg (39) (li huwa espress bħala huwa espress bħala Antimonju)

40580

000110-63-4

1,4-Butanediol

SML(T) = 5 mg/kg (24)

42320

007492-68-4

Aċdu karboniku, melħ tar-ram

SML(T) = 5 mg/kg (7) (li huwa espress bħala Ram)

45195

007787-70-4

Bromidu tar-Ram

SML(T) = 5 mg/kg (7) (li huwa espress bħala Ram)

45200

001335-23-5

Jodidu tar-Ram

SML(T) = 5 mg/kg (7) (li huwa espress bħala Ram)

53610

054453-03-1

Ethylenediaminetetra aċdu aċetiku, melħ tar-ram

SML(T) = 5 mg/kg (7) (li huwa espress bħala Ram)

81515

087189-25-1

Poly(Żingu glycerolate)

SML(T) = 25 mg/kg (38) (bħala Żingu)

81760

Trab, troffi u fibri tal-brass, tal-bronż, ram, stainless steel, landa u alloys tar-ram, tal-landa u tal-ħadid

SML(T) = 5 mg/kg (7) (li huwa espress bħala Ram)

88640

008013-07-08

Żejt tas-sojja, epoksiżżat

SML = 60 mg/kg. Iżda fil-każ tas-siġilli tal-PVC li jintużaw bies jissiġillaw il-kontenituri tal-ħġieġ li jintużaw għall-ikel tat-trabi u ikel tat-trabi ta’ iktar minn sitt xhur kid definit mid-Direttiva tal-Kummissjoni 91/321/KEE jew li jkun fihom dwar ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u ikel tat-trabi għat-trabi u għat-tfal żgħar kif definit mid-Direttiva tal-Kummissjoni 96/5/KE l-SML huwa iktar baxx valur ta’ 30 mg/kg.

89200

007617-31-4

Aċdu stejariku, melħ tar-ram

SML(T) = 5 mg/kg (7) (li huwa espress bħala Ram)

92030

010124-44-4

Aċdu sulfuriku, melħ tar-ram

SML(T) = 5 mg/kg (7) (li huwa espress bħala Ram)

96190

020427-58-1

Idrossidu taż-żingu hydroxide

SML(T) = 25 mg/kg (38) (bħala Żingu)

96240

001314-13-2

Ossidu taż-żingu

SML(T) = 25 mg/kg (38) (bħala Żingu)

96320

001314-98-3

Sulfidu taż-żingu

SML(T) = 25 mg/kg (38) (bħala Żingu)”

(c)

Il-linji li ġejjin huma mħassra:

Nru. Ref

CAS Nru

Isem

Restrizzjonijiet u/jew speċifikazzjonijiet

(1)

(2)

(3)

(4)

“30400

Acetylated glycerides

 

38320

005242-49-9

4-(2-Benzoxazolyl)-4’-(5-methyl-2-benzoxazolyl)stilbene

F’konformità ma’ l-ispeċifikazzjonijiet stipolati fl-Anness V”

(3)

It-Taqsima B hija emendata kif ġej:

(a)

Il-linji li ġejjin huma meħmuża b’ ordni numeriku:

Nru. Ref

CAS Nru

Isem

Restrizzjonijiet u/jew speċifikazzjonijiet

(1)

(2)

(3)

(4)

“31500

025134-51-4

Aċdu akriliku, Aċdu akriliku, 2-ethylhexyl ester, copolymer

SML(T) = 6 mg/kg (36)(li huwa espress bħala Aċdu akriliku) u SML = 0.05 mg/kg (li huwa espress bħala Aċdu akriliku, 2-ethylhexyl ester)

38505

351870-33-2

cis-endo-Bicyclo[2.2.1]heptane-2,3-dicarboxylic acid, melħ bħala disodju

SML = 5 mg/kg. m’ għandux jintuża fil-propyethelene li jiġi f’ kuntatt ma’ l-ikel aċidiku. Purezza ≥96 %

38940

110675-26-8

2,4-Bis(dodecylthiomethyl)-6-methylphenol

SML(T) = 5 mg/kg (40)

49595

057583-35-4

Dimethyltin tal-Landa bis(ethylhexyl mercaptoacetate)

SML(T) = 0.18 mg/kg (16) (li huwa espress bħala Landa)

63940

008062-15-5

Aċdu lignosulfoniku

SML = 0.24 mg/kg u għandu jintuża biss bħala dispersant għald-dispersjonijiet tal-plastik

66350

085209-93-4

2,2’-Methylenebis(4,6-di-tert-butylphenyl) fosfat tal-litjum

SML = 5 mg/kg u SML(T)= 0.6 (8) (li huwa espress bħala Litjum)

67515

057583-34-3

Monomethyltin Landa tris(ethylhexyl mercaptoacetate)

SML(T) = 0.18 mg/kg (16) (li huwa espress bħala Landa)

69160

014666-94-5

Aċdu olejku, melħ tal-kobalt

SML(T) = 0.05 mg/kg (14) (li huwa espress bħala kobalt).

76681

Polycyclopentadiene, idroġenat

SML = 5 mg/kg (1)

85950

037296-97-2

Aċdu siliċiku, melħ tal-manjeżju-sodju-floridu

SML = 0.15 mg/kg (li huwa espress bħala floridu). li għandu jintuża biss f’ legi ta' materjali magħmulin minn ħafna legi li ma jiġux f’ kuntatt ma’ l-ikel

95265

227099-60-7

1,3,5-Tris(4-benzoylphenyl) benzene

SML = 0.05 mg/kg”

(b)

Fil-linji li ġejjin il-kontenut tal-kolonni “Isem” u “Restrizzjonijiet u/jew speċifikazzjonijiet” huma mibdula b’ li ġej:

Nru. Ref

CAS Nru

Isem

Restrizzjonijiet u/jew speċifikazzjonijiet

(1)

(2)

(3)

(4)

“40020

110553-27-0

2,4-Bis(octylthiomethyl)-6-methylphenol

SML(T) = 5 mg/kg (40)

50160

Di-n-octyltin bis(n-alkyl(C10-C16) mercaptoacetate)

SML(T) = 0.006 mg/kg (17) (li huwa huwa espress bħala Landa)

50240

010039-33-5

Di-n-octyltin bis(2-ethylhexyl maleate)

SML(T) = 0.006 mg/kg (17) (li huwa espress bħala Landa)

50320

015571-58-1

Di-n-octyltin bis(2-ethylhexyl mercaptoacetate)

SML(T) = 0.006 mg/kg (17) (li huwa espress bħala Landa)

50360

Di-n-octyltin bis(ethyl maleate)

SML(T) = 0.006 mg/kg (17) (bħalali huwa espress bħalali huwa espress bħala Landa)

50400

033568-99-9

Di-n-octyltin bis(isooctyl maleate)

SML(T) = 0.006 mg/kg (17) (li huwa espress bħala Landa)

50480

026401-97-8

Di-n-octyltin bis(isooctyl mercaptoacetate)

SML(T) = 0.006 mg/kg (17) (li huwa espress bħala Landa)

50560

Di-n-octyltin 1,4-butanediol bis(mercaptoacetate)

SML(T) = 0.006 mg/kg (17) (li huwa espress bħala Landa)

50640

003648-18-8

Di-n-octyltin dilaurate

SML(T) = 0.006 mg/kg (17) (li huwa espress bħala Landa)

50720

015571-60-5

Di-n-octyltin dimaleate

SML(T) = 0.006 mg/kg (17) (li huwa espress bħala Landa)

50800

Di-n-octyltin dimaleate, esterified

SML(T) = 0.006 mg/kg (17) (li huwa espress bħala Landa)

50880

Di-n-octyltin dimaleate, polymers (n =2-4)

SML(T) = 0.006 mg/kg (17) (li huwa espress bħala Landa)

50960

069226-44-4

Di-n-octyltin ethyleneglycol bis(mercaptoacetate)

SML(T) = 0.006 mg/kg (17) (li huwa espress bħala Landa)

51040

015535-79-2

Di-n-octyltin mercaptoacetate

SML(T) = 0.006 mg/kg (17) (li huwa espress bħala Landa)

51120

Di-n-octyltin thiobenzoate 2-ethylhexyl mercaptoacetate

SML(T) = 0.006 mg/kg (17) (li huwa espress bħala Landa)

67180

Taħlit ta’ (50 % w/w) phthalic acid n-decyl n-octyl ester, (25 % w/w) phthalic aċdu di-n-decyl ester, (25 % w/w) aċdu phthalic di-n- octyl ester.

SML = 5 mg/kg (1)”

(c)

Il-linja li ġejja hija mħassra:

Nru. Ref

CAS Nru

Isem

Restrizzjonijiet u/jew speċifikazzjonijiet

(1)

(2)

(3)

(4)

“76680

068132-00-3

Polycyclopentadiene, idroġenat

SML = 5 mg/kg (1)”


ANNESS III

Fil-Parti B ta’ l-Anness V, il-linji li ġejjin huma mehmuża f’ ordni numeriku:

Nru. Ref

SPEĊIFIKAZZJONIJIET OĦRAJN

“24 903

Ġuleppi, lamtu idroliżżat, idroġenat

F’ konformità mal-kriterji ta’ purezza għall-ġulepp tal-maltitol E 965(ii) (Direttiva tal-Kummissjoni 95/31/KE tal-5 ta’ Lulju 1995 (ĠU L 178, tat-28.7.1995, p. 1 kif l-aħħar emendat minn 2004/46/KE tas-16 ta’ April 2004 (ĠU L 114, 21.4.2004, p. 15))

43 480

Faħam attivat

Għandu jintuża biss fil-PET f’ massimu ta’ 10mg/kg ta’ polimeru L-istess kondizzjonijiet ta’ purezza bħalma huwa l-Karbon Veġetali (E 153) stipolat mid-Direttiva tal-Kummissjoni 95/45/KE li jistipola kriterji ta’ purezza speċifiċi li jikkonċernaw kuluri għall-użu fl-oġġetti ta’ l-ikel ((ĠU L 226, tat-22.9.1995, p. 1). Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2004/47/KE (ĠU L 113, 20.4.2004, p. 24)) bl-eċċezzjoni tal-kontenut ta’ rmied li jista’ jkun ta’ sa 10 % (w/w).

64 990

Maleic anhydride-styrene, copolymer, melħ tas-sodju

MW fraction < 1 000 huwa inqas minn 0,05 % (w/w)

67 155

Taħlita ta’ 4-(2-Benzoxazolyl)-4’-(5-methyl-2-benzoxazolyl)stilbene, 4,4’-bis(2-benzoxazolyl) stilbene u 4,4’-bis(5-methyl-2-benzoxazolyl)stilbene)

Taħlita miksuba mill-proċess ta’ manufattura fil-proporzjon tipiku ta’ (58-62 %):(23-27 %):13-17 %).

76 845

Polyester of 1,4-butanediol bil-caprolactone

MW fraction < 1 000 huwa inqas minn 0,05 % (w/w)

76 815

Polyester ta’ l-aċdu adipiku bil-glycerol jew bil-pentaerythritol, esters li fih numru parri ta’ aċdi grassi C12-C22 mingħajr fergħat

MW fraction < 1 000 huwa inqas minn 5 % (w/w)

79 600

Polyethyleneglycol tridecyl ether phosphate

Polyethyleneglycol (EO ≤ 11) tridecyl ether phosphate (mono- u dialkyl ester) b’ kontenut massimu ta’ 10 % ta’ polyethyleneglycol (EO ≤ 11) tridecylether”


ANNESS IV

L-Anness VI huwa emendat kif se jingħad:

1.

In-noti (8), (14) u (16) huma mibdula minn dan li ġej:

“(8)

SML(T) f’ dan il-każ speċifiku jfisser li r-restrizzjoni ma tinqabiżx mis-somma ta’ livelli ta’ migrazzjoni tas-sustanzi li ġejjin li jissemmew bħala Nri ta’ Ref: 38000, 42400, 64320, 66350, 67896, 73040, 85760, 85840, 85920 u 95725.

(14)

SML(T) f’ dan il-każ speċifiku jfisser li r-restrizzjoni ma tinqabiżx mis-somma ta’ livelli ta’ migrazzjoni tas-sustanzi li ġejjin li jissemmew bħala Nri ta’ Ref: 44960, 68078, 69160, 82020 and 89170.

(16)

SML(T) f’ dan il-każ speċifiku jfisser li r-restrizzjoni ma tinqabiżx mis-somma ta’ livelli ta’ migrazzjoni t-sustanzi li ġejjin li jissemmew bħala Nri ta’ Ref: 49595, 49600, 67520, 67515 and 83599.”

2.

Is-sustanzi li ġejjin qed jiġu miżjuda:

“(35)

SML(T) f’ dan il-każ speċifiku jfisser li r-restrizzjoni ma tinqabiżx mis-somma ta’ livelli ta’ migrazzjoni tas-sustanzi li ġejjin li jissemmew bħala Nri ta’ Ref: 25540 u 25550.

(36)

SML(T) f’ dan il-każ speċifiku jfisser li r-restrizzjoni ma tinqabiżx mis-somma ta’ livelli ta’ migrazzjoni tas-sustanzi li ġejjin li jissemmew bħala Nri ta’ Ref: 10690, 10750, 10780, 10810, 10840, 11470, 11590, 11680, 11710, 11830, 11890, 11980 and 31500.

(37)

SML(T) f’ dan il-każ speċifiku jfisser li r-restrizzjoni ma tinqabiżx mis-somma ta’ livelli ta’ migrazzjoni tas-sustanzi li ġejjin li jissemmew bħala Nri ta’ Ref: 20020, 20080, 20110, 20140, 20170, 20890, 21010, 21100, 21130, 21190, 21280, 21340 and 21460.

(38)

SML(T) f’ dan il-każ speċifiku jfisser li r-restrizzjoni ma tinqabiżx mis-somma tal-livelli ta’ migrazzjoni tas-sustanzi li ġejjin li jissemmew bħala Nri ta’ Ref: 81515, 96190, 96240 u 96320 kif ukoll ta’ l-imluħ (inklużi l-imluħ doppji u l-imluħ ta’ l-aċdi) taż-żingu u ta’ l-aċdi awtorizzati, l-fenols jew l-alkoħols. L-istess restrizzjoni għaż-Zn tapplika għall-ismijiet li fihom’…melħ (mluħ) ta’ l-aċdu(i) li jidhru fil-listi, jekk l-aċdu(i) ħielsa korrispondenti ma jkunx (jkunux) imsemmija,

(39)

Limitu ta’ migrazzjoni jista’ jinqabeż f’ temperatura għolja.

(40)

SML(T) f’ dan il-każ speċifiku jfisser li r-restrizzjoni ma tinqabiżx mis-somma ta’ livelli ta’ migrazzjoni tas-sustanzi li ġejjin li jissemmew bħala Nri ta’ Ref: 38940 u 40020.”


Top