Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0814

    2005/814/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 18 ta’ Novembru 2005 li tadatta deċiżjonijiet Komunitarji dwar l-importazzjoni għal xi kimiċi skond ir-Regolament (KE) Nru 304/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li temenda d-Deċiżjoni 2000/657/KE Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 304, 23.11.2005, p. 46–59 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 306M, 15.11.2008, p. 402–415 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/07/2013

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/814/oj

    15.11.2008   

    MT EN EN EN

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    402


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-18 ta’ Novembru 2005

    li tadatta deċiżjonijiet Komunitarji dwar l-importazzjoni għal xi kimiċi skond ir-Regolament (KE) Nru 304/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li temenda d-Deċiżjoni 2000/657/KE

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    (2005/814/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 304/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni tal-kimiċi perikolużi (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 12(1) tiegħu,

    Wara li kkonsultat lill-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE (2),

    Billi:

    (1)

    Skond ir-Regolament (KE) Nru 304/2003 l-Kummissjoni għandha tiddeċiedi f’isem il-Komunità, jekk tippermettix jew le l-importazzjoni lejn il-Komunità ta’ kull kimika soġġetta għall-proċedura tal-“kunsens infurmat minn-qabel” (PIC).

    (2)

    Il-Programm għall-Ambjent tan-Nazzjonijiet Uniti (UNEP) u l-Organizzazzjoni ta’ l-Ikel u ta’ l-Agrikoltura (FAO) ġew maħtura sabiex jipprovdu servizzi ta’ segretarjat għall-operat tal-proċedura PIC stabbilita bil-Konvenzjoni ta’ Rotterdam dwar il-proċedura tal-kunsens infurmat minn qabel (PIC) għal xi kimiċi u pestiċidi perikolużi fil-kummerċ internazzjonali, approvata mill-Komunità permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/106/KE tad-19 ta’ Diċembru 2002 li tikkonċerna l-approvazzjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni ta' Rotterdam dwar il-Proċedura għall-Kunsens Infurmat bil-Quddiem għal ċerti kemikali u pestiċidi perikolużi fil-kummerċ internazzjonali (3).

    (3)

    Il-Kummissjoni, li taġixxi bħala l-awtorità komuni li ġiet maħtura, jeħtieġ li tibgħat id-deċiżjonijiet dwar il-kimiċi lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni, f’isem il-Komunità u l-Istati Membri tagħha.

    (4)

    Il-kimiċi ċomb tetraetile u ċomb tetrametile żdiedu mal-proċedura PIC, bħala kimiċi industrijali. Il-Kummissjoni rċeviet informazzjoni dwar iż-żewġ kimiċi fil-forma ta’ dokument uniku ta’ gwida għad-deċiżjonijiet. Iż-żewġ kimiċi huma ristretti strettament fuq livell Komunitarju ladarba l-użu tagħhom bħala aġenti antiknock fil-petrol huwa effettivament projbit ħlief għal eżenzjonijiet minuri mid-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 1998 dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/12/KEE (4). Għalhekk għandha tittieħed deċiżjoni dwar importazzjoni f’dan is-sens.

    (5)

    Il-kimika paratijon ukoll żdiedet mal-proċedura PIC, bħala pestiċida, li għaliha l-Kummissjoni rċeviet informazzjoni mis-Segretarjat fil-forma ta’ dokument ta’ gwida ta’ deċiżjoni.

    (6)

    Il-paratijon jaqa’ fl-ambitu tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (5). Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/520/KE tad-9 ta’ Lulju 2001 dwar in-nuqqas ta’ inklużjoni tal-paratijon fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom din is-sustanza (6), il-paratijon ġie eskluż mill-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom din is-sustanza kellhom jiġu rtirati sat-8 ta’ Jannar 2002. Il-paratijon qabel kien inkluż fil-proċedura interim PIC sal-punt li xi formulazzjonijiet ta’ pestiċidi li kienu serjament perikolużi u li kien fihom il-paratijon kienu elenkati fl-Anness III tal-Konvenzjoni, li kien rifless fil-formola ta’ tweġiba stabbilita fl-Anness tad-Deċiżjoni 2000/657/KE tas-16 ta’ Ottubru 2000 li tadotta deċiżjonijiet Komunitarji ta’ importazzjoni għal xi kimiċi skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2455/92 dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta’ xi kimiċi perikolużi (7). L-annotazzjoni tal-paratijon fl-Anness III tal-Konvenzjoni għandha tiġi sostitwita minn waħda li tkopri l-paratijon fil-forom kollha tiegħu. Għalhekk għandha tittieħed deċiżjoni ġdida dwar importazzjoni f’dan is-sens.

    (7)

    Id-Deċiżjoni 2000/657/KE għalhekk għandha tiġi emendata skond dan,

    IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    1.   Id-deċiżjoni dwar l-importazzjoni tal-kimika ċomb tetraeile, kif stabbilit fuq il-formola għat-tweġiba tal-pajjiżi li jimportaw fl-Anness I, hija adottata.

    2.   Id-deċiżjoni dwar l-importazzjoni tal-kimika ċomb tetrametile, kif stabbilit fuq il-formola għat-tweġiba tal-pajjiżi li jimportaw fl-Anness II, hija adottata.

    Artikolu 2

    Id-deċiżjoni dwar l-importazzjoni tal-paratijon kif stabbilit fl-Anness tad-Deċiżjoni 2000/657/KE hija sostitwita mid-deċiżjoni dwar l-importazzjoni stabbilita fuq il-formola għat-tweġiba tal-pajjiżi li jimportaw fl-Anness III ta’ din id-Deċiżjoni.

    Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Novembru 2005.

    Għall-Kummissjoni

    Stavros DIMAS

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 63, 6.3.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 775/2004 (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 27).

    (2)  ĠU 196, 16.8.1967, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/73/KE (ĠU L 152, 30.4.2004, p. 1).

    (3)  ĠU L 63, 6.3.2003, p. 27.

    (4)  ĠU L 350, 28.12.1998, p. 58. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

    (5)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/34/KE (ĠU L 125, 18.5.2005, p. 5).

    (6)  ĠU L 187, 10.7.2001, p. 47.

    (7)  ĠU L 275, 27.10.2000, p. 44. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2005/416/KE (ĠU L 147, 10.6.2005, p. 1).


    ANNEX I

    IMPORT DECISION FOR THE CHEMICAL SUBSTANCE TETRAETHYL LEAD

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    ANNEX II

    IMPORT DECISION FOR THE CHEMICAL SUBSTANCE TETRAMETHYL LEAD

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    ANNEX III

    IMPORT DECISION FOR THE CHEMICAL SUBSTANCE PARATHION

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Top