Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0692

    2005/692/KE: Deċiżoni tal-Kummissjoni tas- 6 ta’ Ottubru 2005 li tikkonċerna miżura ta’ protezzjoni fir-rigward ta’ l-influwenza tat-tjur f’bosta pajjiżi terzi (innotifikata taħt dokument numru C(2005) 3704) Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 263, 8.10.2005, p. 20–21 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 349M, 12.12.2006, p. 424–425 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013: This act has been changed. Current consolidated version: 09/05/2012

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/692/oj

    12.12.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    424


    DEĊIŻONI TAL-KUMMISSJONI

    tas-6 ta’ Ottubru 2005

    li tikkonċerna miżura ta’ protezzjoni fir-rigward ta’ l-influwenza tat-tjur f’bosta pajjiżi terzi

    (innotifikata taħt dokument numru C(2005) 3704)

    (Test b’ rilevanza għaż-ŻEE)

    (2005/692/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-kontrolli veterinarji fuq l-annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 18(1) u (6) tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistipola l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-kontrolli veterinarji fuq prodotti li jkunu ser jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 22 (1), (5) u (6) tagħha,

    Billi:

    (1)

    L-influwenza tat-tjur hija marda virali li tittieħed fit-tjur u l-għasafar, li hija kawża ta’ mortalità u ta’ tfixkil li jistgħu jaslu sa proporzjonijiet epiżotiċi u li jistgħu jwasslu għall-perikolu serju għas-saħħa ta’ l-annimali u tal-pubbliku u b’ hekk inaqqsu b’ mod konsiderevoli l-profitti tal-biedja tat-tjur.

    (2)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/122/KEE tas-6 ta’ Frar 2004 li tikkonċerna ċerti miżuri ta’ protezzjoni relatati ma’ l-influwenza tat-tjur f’bosta pajjiżi terzi (3) tissospendi ċerti importazzjonijiet ta’ tjur u prodotti tat-tjur minn pajjiżi terzi li huma affettwati.

    (3)

    Il-Mongolja mhix koperta mid-Deċiżjoni 2004/122/KE iżda dak il-pajjiż terz rrapporta tfaqqigħa ta’ l-influwenza tat-tjur fl-għasfur salvaġġ. Għalhekk, l-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ għasafar li mhumiex tjur, inklużi l-għasafar li jinqabdu barra, minn dak il-pajjiż terz għandha tiġi sospiża.

    (4)

    Id-Deċiżjoni 2004/122/KEE hija applikabbli sat-30 ta’ Settembru 2005. Madanakollu, it-tfaqqigħ ta’ l-influwenza avjana għadu jseħħ fil-pajjiżi terzi li jissemmew fid-Deċiżjoni 2004/122/KEE u fil-Mongolja. Fid-dawl tas-sitwazzjoni inkwetanti f’ dawk il-pajjiżi terzi, il-miżuri ta’ protezzjoni għadhom meħtieġa għall-importazzjonijiet minn dawk il-pajjiżi terzi.

    (5)

    Huwa xieraq li jiġu stipolati regoli speċifiċi għall-importazzjoni ta’ għasafar li mhumiex tjur, għasafar domestiċi jew pets u rix mhux trattat mir-Russja permezz ta’ att separat.

    (6)

    Id-Deċiżjoni 2004/122/KE ġiet emendata bosta drabi sabiex tieħu in konsiderazzjoni is-sitwazzjoni evoluta fir-rigward ta’ l-influwenza tat-tjur f’ pajjiżi terzi.

    (7)

    Għar-raġunijiet ta’ ċarezza u trasparenza, d-Deċiżjoni 2004/122/KEE għandha tiġi rrevokata u sostitwita minn din id-Deċiżjoni.

    (8)

    Il-miżuri stipolati f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    1.   L-Istati Membri għandhom jissospendu l-importazzjoni mit-Tajlandja ta’:

    a)

    laħam frisk tat-tjur, ta’ għasafar li ma jtirux u għasafar salvaġġ li għandu r-rix;

    b)

    preparazzjonijiet ta’ laħam u ta’ prodotti tal-laħam li jikkonsistu minn, jew li fihom laħam ta’ l-ispeċi li jisemmew fil-punt (a);

    c)

    ikel tal-pets nej u materjal ta’ għalf mhux ipproċessat li fihom kull parti ta’ dawn l-ispeċi;

    d)

    bajd li huwa intenzjonat għall-konsum mill-bniedem; kif ukoll

    e)

    laħam minn tjur tal-kaċċa minn kwalunkwe għasfur.

    2.   Permezz tad-deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni tal-prodotti li huma koperti minn dan l-Artikolu li nkisbu minn għasafar li inqatlu qabel l-1 ta’ Jannar 2004.

    3.   Fiċ-ċertifikati veterinarji/fid-dokumenti kummerċjali li jakkumpanjaw il-konsenji tal-prodotti li jissemmew fil-paragrafu 2 il-kliem li ġej kif japplikaw b’ mod xieraq għall-ispeċi għandhom jiġu inklużi:

    “Laħam frisk tat-tjur/laħam frisk ta’ tjur li ma jtirux/laħam frisk ta’ tjur salvaġġ bir-rix/laħam frisk ta’ tjur salvaġġ tal-biedja/prodotti tal-laħam li fihom, jew li fihom laħam tat-tjur, ta’ għasafar li ma jtirux, laħam ta’ tjur salvaġġ tar-rix/preparazzjonijiet ta’ laħam li jikkonsistu minn, jew li fihom laħam tat-tjur, ta’ għasafar li ma jtirux, ta’ tjur salvaġġ jew imrobbi mill-biedja/ikel nej tal-pets u materjal għall-għalf mhux ipproċessat li jkun fih kull parti ta’ tjur, ta’ għasafar li ma jtirux, tjur salvaġġ bir-rix imrobbi jew salvaġġ (1) li jittieħed minn għasafar li jkunu nqatlu qabel l- 1 ta’ Jannar 2004 u skond l-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni 2005/432/KE (din id-Deċiożjoni).

    4.   Permezz tad-deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ prodotti tal-laħam li jikkonsistu minn, jew li fihom laħam ta’ tjur, ta’ għasafar li ma jtirux u ta’ tjur salvaġġ bir-rix imrobbi mill-biedja jew salvaġġ, meta l-laħam minn dawn l-ispeċi ikun għadda minn wieħed mi-trattamenti speċifiċi li jisemma fil-punti B, C, jew D tal-Parti 4 ta’ l-Anness II mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/432/KE (4).

    Artikolu 2

    L-Istati Membri għandhom jissospendu l-importazzjoni miċ-Ċina ta’:

    a)

    laħam frisk tat-tjur;

    b)

    preparazzjonijiet tal-laħam u tal-prodotti tal-laħam li jikkonsistu minn, jew li fihom laħam tat-tjur;

    c)

    ikel nej ta’ annimali domestiċi u materjal ta’ l-għalf mhux ipproċessat li jkun fihom kull parti ta’ tjur;

    d)

    bajd li huwa intenzjonat għall-konsum mill-bniedem; kif ukoll

    e)

    laħam minn tjur tal-kaċċa mhux ttrattat minn kwalunkwe għasfur.

    Artikolu 3

    L-Istati Membri għandhom jissospendu l-importazzjoni mill-Malażja ta’:

    a)

    ikel nej ta’ annimali domestiċi u materjal ta’ l-għalf mhux ipproċessat li jkun fihom kull parti ta’ tjur;

    b)

    bajd li huwa intenzjonat għall-konsum mill-bniedem; u

    c)

    laħam minn tjur tal-kaċċa mhux ttrattat minn kwalunkwe’ għasfur.

    Artikolu 4

    1.   L-Istati Membri għandhom jissospendu l-importazzjoni mill-Kambodja, miċ-Ċina inkluż Ħong Kong, mill-Indonesja, mill-Każakstan, mil-Laos, mill-Malażja, mill-Mongolja, mill-Korea ta’ Fuq, mill-Pakistan, mit-Tajlandja u mill-Vjetnam ta’:

    a)

    rix u partijiet minn rix mhux ipproċessati; u

    b)

    għasafar ħajjin ħlief tjur tad-dar kif iddefinit mill-Artikolu 1, fit-tielet inċiż mid-Deċiżjoni 2000/666/KE (5), inklużi għasafar li huma akkumpajati minn sidhom (għasafar domestiċi).

    2.   Permezz tad-deroga mill-punt (a) tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ rix u partijiet ta’ rix mhux ipproċessat mill-Mongolja.

    3.   L-Istati Membri għandhom jaċċertaw li għall-importazzjoni ta’ rix ipproċessat jew ta’ partijiet ta’ rix ipproċessati, għandhom jiġu akkumpanjati minn dokument li jgħid li r-rix ipproċessat jew partijiet tagħhom għaddew minn kurrent ta’ fwar jew minn xi proċess ieħor li jiżgura li ma jkun hemm ebda trażmissjoni ta’ organiżmi patoġeniċi.

    Madanakollu dak id-dokument kummerċjali m’ għandux jinħtieġ għar-rix dekorattiv ipproċessat, għar-rix ipproċessat li jiġu trasportati minn persuni li jivjaġġaw għall-użu personali tagħhom jew għall-konsenji ta’ rix mhux ipproċessat għall-individwi privati għall-raġunijiet mhux industrijali.

    Artikolu 5

    Id-Deċiżjoni 2004/122/KE hi rrevokata.

    Artikolu 6

    L-Istati Membri għandhom jemendaw il-miżuri li japplikaw għall-importazzjoni sabiex jikkonformawhom ma’ din id-Deliżjoni u għandhom jippubblilizzaw il-miżuri adottati b’mod xieraq u immedjat. Huma għandhom jinfurmaw immedjatament lill-Kummissjoni bihom.

    Artikolu 7

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Ottubru ta’ l-2005 sat-30 ta’ Settembru ta’ l-2006.

    Artikolu 8

    Din id-Deċiżoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, nhar is-6 ta’ Ottubru 2005.

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56. Direttiva kif l-aħħar emendata mill-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2003.

    (2)  ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9. Direttiva kif l-aħħar emendata mir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1. Verżjoni kkoreġuta ĠU L 191, 28.5.2004, p. 1).

    (3)  ĠU L 36, 7.2.2004, p. 59. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament Nru 2005/619/KE (ĠU L 214, 19.8.2005, p. 66).

    (4)  ĠU L 151, 14.6.2005, p. 3.

    (5)  ĠU L 278, 31.10.2000, p. 26


    Top