EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0303

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 31 ta' Marzu 2005 dwar in-nuqqas ta' inklużjoni ta' aċtu kresiliku, dichlorophen, imazamethabenz, kasugamycin u polyoxin f'Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta' l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li għandhom fihom dawn is-sustanzi (innotifikata taħt in-numru tad-dokument C(2005) 975) Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 97, 15.4.2005, p. 38–40 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 272M, 18.10.2005, p. 261–263 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 20/08/2005

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/303(1)/oj

18.10.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

261


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-31 ta' Marzu 2005

dwar in-nuqqas ta' inklużjoni ta' aċtu kresiliku, dichlorophen, imazamethabenz, kasugamycin u polyoxin f'Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta' l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li għandhom fihom dawn is-sustanzi

(innotifikata taħt in-numru tad-dokument C(2005) 975)

(Test b'rilevenza għaż-ŻEE)

(2005/303/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 dwar it-tqegħid tal-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti fuq is-suq (1), u b'mod partikolari r-raba' subparagrafu ta' l-Artikolu 8(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE jipprovdi li Stat Membru jista', matul perjodu ta' 12-il sena wara l-avviż ta' dik id-Direttiva, jawtorizza t-tqegħid fuq is-suq tal-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom sustanzi attivi mhux imniżżla f'Anness I ta' dik id-Direttiva li huma diġà fuq is-suq sentejn wara d-data ta' l-avviż, filwaqt li dawk is-sustanzi huma eżaminati gradwalment fi ħdan l-istruttura tal-programm tax-xogħol.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 451/2000 (2) u r-Regolament (KE) Nru 1490/2002 (3) jistabilixxu r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tat-tieni u t-tielet stadji tal-programm tax-xogħol imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE. Għall-sustanzi attivi li għalihom in-notifikatur ma għarafx jaqdi l-obligazzjonijiet tiegħu taħt dawn ir-Regolamenti ma jsir l-ebda kontroll dwar il-kompletezza jew il-valutazzjoni ta' l-inkartament. Għall-aċtu kresiliku, dichlorophen, imazamethabenz, kasugamycin u polyoxin, jew l-ebda inkartament komplut ma ġie mressaq jew in-notifikatur iddikjara li l-ebda inkartament mhu ser jiġi mressaq sal-limitu ta' żmien preskritt. B' konsegwenza ta' dan, dawn is-sustanzi attivi m'għandhomx ikunu inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE u l-Istati Membri għandhom jirtiraw kull awtorizzazzjoni għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi.

(3)

Għas-sustanzi attivi li għalihom hemm biss żmien qasir ta' avviż bil-quddiem għall-irtirar tal-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi, huwa raġonevoli li jingħata perjodu fuq ir-riħ għar-rimi, ħażna, tqegħid fuq is-suq u l-użu ta' stokk eżistenti għall-perjodu mhux aktar minn tnax-il xahar biex jitħalla l-istokk eżistenti biex jintuża f'mhux aktar minn tkabbira waħda. F'każijiet fejn l-avviż jingħata sew bil-quddiem, dan il-perjodu jista' jitqassar biex jiskadi fl-aħħar ta' l-istaġun tat-tkabbir.

(4)

Għall-dichlorophen, imazamethabenz, kasugamycin u polyoxin, l-informazzjoni ġiet ppreżentata u vvalutata mill-Kummissjoni flimkien ma' esperti ta' l-Istati Membri, li wriet il-bżonn li jitkompla l-użu ta' dawn is-sustanzi. F'dawn il-każijiet, miżuri temporanji għandhom jiġu fornuti sabiex ikun possibli l-iżvilupp ta' alternattivi.

(5)

Il-miżuri pprovduti f'din id-Deċiżjoni huma skond il-fehma tal-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u tas-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Aċtu Kresiliku, dichlorophen, imazamethabenz, kasugamycin u polyoxin mhux ser jiġu nklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

Artikolu 2

L-Istati Membri jridu jassiguraw li:

1.

L-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom aċtu kresiliku, dichlorophen, imazamethabenz, kasugamycin jew polyoxin huma rtirati sat-30 ta' Settembru 2005;

2.

Mill-15 ta' April 2005 ma tingħata jew tiġġedded l-ebda awtorizzazzjoni taħt id-deroga prevista fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE għall-prodotti ta' protezzjoni tal-pjanti li fihom aċtu kresiliku, dichlorophen, imazamethabenz, kasugamycin jew polyoxin.

3.

Bid-deroga minn paragrafu 1, l-Istati Membri mniżżla f'kolonna B ta' l-Anness jistgħu jżommu l-awtorizzazjoni għall-prodotti ta' protezzoni tal-pjanti li fihom sustanzi mniżżla f'kolonna A għall-użu mniżżel f'kolonna C ta' dak l-Anness sat-30 ta' Ġunju 2007 l-aktar tard, biex jitħalla l-iżvilupp ta' alternattiva effiċenti għas-sustanza konċernata.

L-Istati Membri li qedgħin jagħmlu użu mid-deroga prevista fl-ewwel subparagrafu jiżguraw il-konformità ma' dawn il-kundizzjonijiet:

(a)

l-użu kontinwu huwa aċċettat biss sakemm ma jkunx hemm effetti ta' ħsara fuq is-saħħa tal-bnedmin jew ta' l-annimali u ma jkun hemm l-ebda effett mhux aċċettabli fuq l-ambjent;

(b)

il-prodotti ta' protezzjoni tal-pjanti li jibqgħu fuq is-suq wara t-30 ta' Settembru 2005 huma ilejbiljati mill-ġdid biex jaqblu mal-kundizzjonjiet ta' l-użu ristrett;

(c)

il-miżuri xierqa li jtaffu r-riskju huma imposti biex inaqqsu kull problema ta' riskju;

(d)

alternattivi għal dan l-użu huma mfittxija serjament.

4.

L-Istat Membru konċernat jinforma l-Kummissjoni dwar il-miżuri meħuda fl-applikazzjoni ta' paragrafu 3, u b'mod partikolari dwar l-azzjonijiet in segwitu tal-punti (a) sa (d), sal-31 ta' Marzu 2005 l-aktar tard.

Artikolu 3

Kull perjodu fuq ir-riħ li jingħata mill-Istati Membri skond l-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 91/414/KEE, jkun l-aktar qasir possibli.

Fejn l-awtorizzazzjonijiet huma rtirati skond l-Artikolu 2(1) sat-30 ta' Settembru 2005 l-aktar tard, il-perjodu jiskadi nhar it-30 ta' Settembru 2006 l-aktar tard.

Fejn l-awtorizzazzjonijiet huma rtirati skond l-Artikolu 2(3) sat-30 ta' Ġunju 2007 l-aktar tard, il-perjodu jiskadi nhar il-31 ta' Diċembru 2007 l-aktar tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, nhar fil-31 ta' Marzu 2005.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 230, tad-19.8.1991, p. 1. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2004/58/KE (ĠU L 120, ta' l-24.4.2004, p. 26).

(2)  ĠU L 55, tad-29.2.2000, p. 25, emendata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1044/2003 tat-18 ta’ Ġunju 2003 (ĠU L 151, tad-19.6.2003, p. 32.)

(3)  ĠU L 224, 21.8.2002, p. 23., mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 144/2004 (ĠU L 311, tat-8.10.2004, p. 23).


ANNESS

LISTA TA' L-AWTORIZZAZZJONIJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2(2)

Kolonna A

Kolonna B

Kolonna C

Sustanza Attiva

Stat Membru

Użu

Dichlorophen

L-Irlanda

Kontroll tal-ħażiż fuq superfiċji rikreattivi bil-ħaxix u fil-greental-korsa tal-golf

Ir-Renju Unit

Markanzja u ħażiż fuq pjanti ornamentali;

Kontroll tal-fungi u patoġeni oħra tal-pjanti fuq l-uċuħ tas-serer u fuq l-uċuħ tar-raba' tal-mixtliet

Kontroll tal-ħażiż fuq superfiċji rikreattivi bil-ħaxix u fuq uċuħ iebsa

Imazamethabenz

Il-Greċja

Ċereali

Spanja

Ċereali

Kasugamycin

Il-Greċja

Prevenzjoni ta' mard tal-batterji fuq it-tabakk, tadam, ħjar, ċitru, fażola u pjanti ornamentali

L-Ungerija

Frott tal-granella (tuffieħ, lanġas, sfraġel), bżar ħelu, bżar jaħraq, tadam, ħjar

Spanja

Prevenzjoni ta' mard batterjali fuq it-tadam, ħjar, siġar tat-tuffieħ u tal-lanġas (anke ta' mard fungali), frawli u fazola.

Polyoxin

Il-Greċja

Prevenzjoni ta' mard fungali fuq il-frawli

Spanja

Prevenzjoni ta' mard fungali u batterjali fuq tadam, qarabagħli u ħjar, arbuxelli u pjanti erbaċew ornamentali, qoton u siġar tal-lampun


Top