Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0288

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 18 ta' Marzu 2005 li temenda d-Deċiżjoni 97/80/KE dwar id-dispożizzjonijiet ta' applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 96/16/KE dwar l-istħarriġ statistiku li għandu jsir fil-qasam tal-ħalib u prodotti magħmulin mill-ħalib (innotifikata taħt in-numru tad-dokument C(2005) 754) Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 88, 7.4.2005, p. 10–20 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 272M, 18.10.2005, p. 222–232 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/288/oj

    18.10.2005   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    222


    ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-18 ta' Marzu 2005

    li temenda d-Deċiżjoni 97/80/KE dwar id-dispożizzjonijiet ta' applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 96/16/KE dwar l-istħarriġ statistiku li għandu jsir fil-qasam tal-ħalib u prodotti magħmulin mill-ħalib

    (innotifikata taħt in-numru tad-dokument C(2005) 754)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2005/288/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/16/KE tad-19 ta' Marzu 1996, dwar l-istħarriġ statistiku li għandu jseħħ fil-qasam tal-ħalib u tal-prodotti magħmulin mill-ħalib (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(2), u l-Artikolu 6(1) tagħha,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 96/16/KE jistipula li l-Istati Membri jgħarfu kull sena lill-Kummissjoni t-tagħrif metodoloġiku skond kwestjonarju standard stabbilit mill-Kummissjoni.

    (2)

    Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1059/2003 tas-26 ta' Mejju 2003 dwar it-twaqqif ta' nomenklatura komuni ta' l-unitajiet territorjali statistiċi (NUTS) (2) jistabbilixxi l-qafas ġuridiku għall-istatistiċi Komunitarji maqsumin skond l-unitajiet territorjali; għaldaqstant, in-nomenklatura l-ġdida (NUTS) tista' tintuża għall-komunikazzjoni ta' tagħrif relatat mal-kwantità ta' ħalib tal-baqra prodott mill- impriżi agrikoli fuq bażi reġjonali.

    (3)

    B'kunsiderazzjoni ta' l-importanza ekonomika li dejjem qiegħda tikber ta' l-ammont ta' proteini fil-ħalib, huwa aktar u aktar importanti li jkun hemm tagħrif statistiku dwar il-kontenut ta'proteini fil-prodotti prinċipali magħmulin mill-ħalib. .

    (4)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/80/KE tat-18 ta' Diċembru 1996 (3) dwar id-dispożizzjonijiet ta' applikazzjoni tad-Direttiva 96/16/KE dwar l-istħarriġ statistiku li għandu jsir fil-qasam tal-ħalib u prodotti magħmulin mill-ħalib għandha tiġi emendata u miżjuda.

    (5)

    Il-miżuri stipulati f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti ta' l-Istatistika Agrikola,

    ADOTTAT DIN ID-DECIZJONI:

    Artikolu 1

    Id-Direttiva 97/80/KE hija emendata kif ġej:

    1.

    Fl-Anness II, jiżdiedu t-tabelli H u I li jidhru fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni.

    2.

    L-Anness għandu jinbidel bl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussell, fit-18 ta' Marzu 2005.

    Għall-Kummissjoni

    Joaquin ALMUNIA

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 78 tat-28.3.1996, p. 27. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/107/KE (ĠU L 7, tat-13.1.2004, p. 40).

    (2)  ĠU L 154 tal-21.6.2003, p. 1.

    (3)  ĠU L 24 tal-25.1.1997, p. 26. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/582/KE (ĠU L 281, tas-17.10.1998, p. 36).


    ANNESS I

    Fl-Anness II tad-Deċiżjoni 97/80/KE, jiżdiedu t-tabelli H u I li ġejjin:

    “TABBELLA H:

    Attivitajiet ta' l-industrija tal-halib

    Proteini tal-halib tal-baqra fil-prodotti tal-halib ewlenin

    Pajjiż: … Sena: …

    Kodici

    Prodotti

    Kwantità (1)

    (1000 t)

    Kontenut f'proteini

    (t)

     

     

    1

    2

    1

    Prodotti friski

     

     

    11

    Halib ghax-xorb

     

     

    112

    Halib shih

     

     

    113

    Halib nofsu xkumat

     

     

    114

    Halib xkumat

     

     

    12

    Xorrox tal-butir

     

     

    13

    Krema

     

     

    2

    Prodotti manifatturati

     

     

    21

    Halib ikkoncentrat

     

     

    221

    Trab tal-halib

     

     

    222

    Trab tal-halib shih

     

     

    223

    Trab tal-halib nofsu xkumat

     

     

    224

    Trab tal-halib xkumat

     

     

    225

    Trab tax-xorrox tal-butir

     

     

    23

    Butir u prodotti ohra sofor maghmulin mix-xaham tal-halib

     

     

    2411

    Gobon maghmul mill-halib tal-baqra

     

     

    25

    Gobon ipprocessat

     

     

    26

    Kaseina u l-kaseinati

     

     

    27

    Kaseina u l-kaseinati

     

     


    TABBELLA I:

    Taghrif regjonali tal-produzzjoni tal-halib tal-baqra

    Pajjiż: … Sena: …

    Regjun

    Kodici NUTS 2

    Produzzjoni annwali tal-halib tal-baqra

    (1000 t) (*)

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    L-AMMONT TOTALI GHALL-PAJJIŻI

     

     


    (1)  L-ewwel Kolonna: kwantitajiet prodotti f'eluf ta' tunnellatti tul il-perjodi meqjus (sena). Definizzjoni: ara l-Anness II tad-Deciżjoni 97/80/KE, tabbella B, kolonna 1.

    (*)  Tikkoncerna l-halib tal-baqra kollu, minbarra l-halib imredda' direttament, imma wkoll dak li jipprovjeni mill-hlib (inkluż il-kolostru) użat ghall-ghalf ta' l-annimali (per eżempju gol-bramel jew mezzi ohra)”  


    ANNESS II

    L-Anness III tad-Deċiżjoni 97/80/KE hu ssostitwit bl-Anness li jmiss:

    “ANNESS III

    KWESTJONARJU METODOLOGIKU(*) DWAR IL-GBIR TA' STATISTIKA DWAR IL-HALIB

    Qafas tal-kwestjonarju

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Top