This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005D0167
2005/167/EC: Commission Decision of 28 February 2005 concerning the financial contribution by the Community towards the publication in CD-ROM form of the proceedings of the OIE Global Conference on animal welfare held in February 2004
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 28 ta' Frar 2005 dwar il-kontribut finanzjarju tal-Komunità lejn il-pubblikazzjoni fuq CD-ROM tar-rapport tad-diskussjonijiet fil-Konferenza Dinjija ta' l-OIE dwar is-saħħa ta' l-annimali li saret fi Frar 2004
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 28 ta' Frar 2005 dwar il-kontribut finanzjarju tal-Komunità lejn il-pubblikazzjoni fuq CD-ROM tar-rapport tad-diskussjonijiet fil-Konferenza Dinjija ta' l-OIE dwar is-saħħa ta' l-annimali li saret fi Frar 2004
ĠU L 55, 1.3.2005, p. 92–92
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 272M, 18.10.2005, p. 107–107
(MT)
In force
18.10.2005 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
107 |
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-28 ta' Frar 2005
dwar il-kontribut finanzjarju tal-Komunità lejn il-pubblikazzjoni fuq CD-ROM tar-rapport tad-diskussjonijiet fil-Konferenza Dinjija ta' l-OIE dwar is-saħħa ta' l-annimali li saret fi Frar 2004
(2005/167/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-qasam tax-xjenza veterinarja (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu,
Billi:
(1) |
Skond id-Deċiżjoni 90/424/KEE il-Komunità għandha twettaq jew tgħin lill-Istati Membri sabiex iwettqu l-miżuri tekniċi u xjentifiċi meħtieġa għall-iżvilupp tal-leġiżlazzjoni veterinarja Komunitarja u għall-iżvilupp ta' l-edukazzjoni jew it-taħriġ veterinarju. |
(2) |
L-elaborazzjoni u t-tixrid mill-Komunità ta' materjal tekniku u xjentifiku marbut mal-Konferenza Dinjija ta' l-OIE għandu jagħmel parti mill-iżvilupp ulterjuri tal-leġiżlazzjoni veterinarja Komunitarja u l-edukazzjoni u t-taħriġ veterinarju. |
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/72/KE tal-5 ta' Diċembru 2003 dwar il-kontribut finanzjarju tal-Komunità lejn il-Konferenza Dinjija ta' l-OIE dwar is-saħħa ta' l-annimali fl-2004 (2) approvat l-azzjoni tal-pubblikazzjoni u t-tixrid tal-materjali tekniċi u xjentifiċi marbuta mal-Konferenza ta' l-OIE dwar is-saħħa ta' l-annimali fl-2004 u li għandu jkun iffinanzjat mil-linja tal-baġit B1-331 tal-baġit ta' l-Unjoni Ewropea għall-2003 sa ammont massimu ta' EUR 40 000. |
(4) |
Minkejja li saret u tqassmet verżjoni stampata tar-rapport tad-diskussjonijiet fil-konferenza f'Mejju 2004, il-verżjoni fuq CD-ROM mhijiex mistennija li tkun disponibbli u li ssir il-fatturazzjoni għaliha sa Frar 2005. |
(5) |
Il-krediti ta' ħlas mhux separat li kienu allokati għal din l-azzjoni skadew fil-31 ta' Diċembru 2004. |
(6) |
Huwa għalhekk xieraq li l-azzjoni ta' produzzjoni ta' verżjoni fuq CD-ROM tar-rapport tad-diskussjonijiet fil-konferenza tkun iffinanzjata mil-linja tal-baġit 17.04.02 tal-baġit ta' l-Unjoni Ewropea għall-2005 sa ammont massimu ta' EUR 25 000. |
(7) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu uniku
L-approprjazzjonijiet mil-linja tal-baġit 17.04.02 tal-baġit ta' l-Unjoni Ewropea għall-2005 jista' jintuża sa ammont massimu ta' EUR 25 000 sabiex isiru l-ħlasijiet finali fil-qafas ta' l-azzjoni “pubblikazzjoni u tixrid fuq CD-ROM tal-materjali tekniċi u xjentifiċi marbuta mal-Konferenza Dinjija ta' l-OIE dwar is-saħħa ta' l-annimali li saret fi Frar ta' l-2004”, approvata mill-Kummissjoni fil-5 ta' Diċembru 2003.
Magħmula fi Brussel, fit-28 ta' Frar 2005.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 19. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2003/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 2003 (ĠU L 325, tat-12.12.2003, p.31).
(2) ĠU L 16, tat-23.1.2004, p. 56.