This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004R2150
Commission Regulation (EC) No 2150/2004 of 16 December 2004 opening a tariff quota for the year 2005 for imports into the European Community of certain goods from Turkey
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2150/2004 tas- 16 ta' Diċembru 2004 li jiftaħ kwota tariffarja għas-sena 2005 għall-importazzjoni fil-Komunità Ewropea ta’ xi oġġetti mit-Turkija
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2150/2004 tas- 16 ta' Diċembru 2004 li jiftaħ kwota tariffarja għas-sena 2005 għall-importazzjoni fil-Komunità Ewropea ta’ xi oġġetti mit-Turkija
ĠU L 370, 17.12.2004, p. 36–37
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 183M, 5.7.2006, p. 371–372
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2005
5.7.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea |
371 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2150/2004
tas-16 ta' Diċembru 2004
li jiftaħ kwota tariffarja għas-sena 2005 għall-importazzjoni fil-Komunità Ewropea ta’ xi oġġetti mit-Turkija
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 tas-6 ta’ Diċembru 1993 li jistabbilixxi l-arranġamenti għall-kummerċ applikabbli għal xi oġġetti li jiġu minn prodotti agrikoli pproċessati (1), b’mod partikolari, l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni 1/97 tal-Kunsill ta’ l-Assoċjazzjoni KE-Turkija tad-29 ta’ April 1997 dwar l-arranġamenti applikabbli għal xi prodotti agrikoli pproċessati (2) u, b’mod partikolari, l-Artikolu 1 tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni (KE) Nru 1/97 tal-Kunsill ta’ l-Assoċjazzjoni jistabbilixxi, sabiex jinkoraġġixxi l-iżvilupp tal-kummerċ fi qbil ma’ l-għanijiet ta’ l-Unjoni Doganali, kwota annwali għal dak li hu l-valur ta’ xi prodotti ta’ l-għaġin importati fil-Komunità mit-Turkija. Din il-kwota għandha tinfetaħ għall-2005 u d-dħul tagħha għandha tkun soġġetta għaċ-ċertifikat taċ-ċirkolazzjoni A.TR kif imniżżel fid-Deċiżjoni Nru 1/2001 tal-Kumitat għall-Kooperazzjoni Doganali KE-Turkija tat-28 ta’ Marzu 2001 li temenda d-Deċiżjoni Nru 1/96 li tistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 1/95 tal-Kunsill ta’ l-Assoċjazzjoni KE-Turkija (3). |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komuni (4), jistabbilixxi r-regoli għat-tmexxija tal-kwoti tariffarji. Huwa xieraq li jingħad li l-kwota tariffarja miftuħa minn dan ir-Regolament għandha titmexxa fi qbil ma’ dawn ir-regoli. |
(3) |
Il-miżuri mniżżla f’dan ir-Regolament huma fi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Tmexxija għall-kwistjonijiet orizzontali dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli pproċessati li mhumiex imniżżla fl-Anness I, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-kwota tariffarja tal-Komunità speċifikata fl-Anness għandha tkun miftuħa mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2005 għall-oġġetti importati mit-Turkija msemmija f’dak l-Anness.
L-ibbenefiċjar ta’ din il-kwota tariffarja għandha tkun soġġetta għall-preżentazzjoni ta’ ċertifikat ta’ ċirkolazzjoni A.TR fi qbil mad-Deċiżjoni Nru 1/2001 tal-Kumitat għall-Kooperazzjoni Doganali KE-Turkija.
Artikolu 2
Il-kwota tariffarja tal-Komunità msemmija fl-Artikolu 1 se titmexxa mill-Kummissjoni fi qbil ma’ l-Artikoli 308a, 308b u 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament se jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Għandu jkun applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2005.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, nhar is-16 ta' Diċembru 2004.
Għall-Kummissjoni
Gunter VERHEUGEN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 318, ta’ l-20.12.1993, p. 18. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2580/2000 (ĠU L 298, tal-25.11.2000, p. 5).
(2) ĠU L 126, tas-17.5.1997, p. 26.
(3) ĠU L 98, tas-7.4.2001, p. 31.
(4) ĠU L 253, tal-11.10.1993, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2286/2003 (ĠU L 343, tal-31.12.2003, p. 1).
L-ANNESS
Numru ta’ l-ordni |
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwota |
Rata tad-dazju applikabbli |
09.0205 |
1902 11 00 1902 19 |
Għaġin mhux imsajjar, mhux mimli u mhux ippreparat b’xi mod ieħor |
€2.5 miljuni |
€10.67/100 kg netti |