Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R1449

    1449/2004/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1449/2004 tat- 13 ta' Awwissu 2004 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1609/88 tad- 9 ta’ Ġunju 1988 li jesiġi l-aktar żmien tard tad-dħul fil-ħażna ta’ butir mibjugħ permezz tar-Regolamenti (KEE) Nru 3143/85 u (KE) Nru 2571/97

    ĠU L 267, 14.8.2004, p. 31–31 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 330M, 9.12.2008, p. 17–17 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 14/12/2005; Impliċitament imħassar minn 32005R1898

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/1449/oj

    9.12.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    17


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1449/2004

    tat-13 ta' Awwissu 2004

    li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1609/88 tad-9 ta’ Ġunju 1988 li jesiġi l-aktar żmien tard tad-dħul fil-ħażna ta’ butir mibjugħ permezz tar-Regolamenti (KEE) Nru 3143/85 u (KE) Nru 2571/97

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Skont l-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2571/97 tal-15 ta’ Diċembru 1997 dwar il-bejgħ ta’ butir bi prezzijiet imnaqqsa u l-konċessjoni ta’ għajnuna għall-krema, il-butir u l-butir konċentrat sabiex jintużaw fil-fabbrikazzjoni tal-prodotti tal-pastiċċiera, il-ġelat u oġġetti oħra ta’ ikel (2), il-butir maħruġ għall-bejgħ irid ikun inħażen qabel data li trid tiġi ddeterminata.

    (2)

    Fid-dawl tax-xejriet fis-suq tal-butir u l-kwantitajiet tal-inventarji disponibbli, għandha tiġi emendata d-data fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1609/88 (3), b'rabta mal-butir imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 2571/97.

    (3)

    [Il-miżuri provduti għal dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Ħalib u Prodotti tal-Ħalib].

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 1609/88, it-tieni subparagrafu qiegħed b'dan jinbidel b'li ġej:

    “Il-butir imsemmi fl-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 2571/97 irid ikun iddaħħal fil-ħażna qabel l-1 ta' Ġunju 2002.”

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 13 ta' Awwissu 2004.

    Għall-Kummissjoni

    Franz FISCHLER

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 186/2004 (ĠU L 29, 3.2.2004, p. 6).

    (2)  ĠU L 350, 20.12.1997, p. 3. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 921/2004 (ĠU L 163, 30.4.2004, p. 94).

    (3)  ĠU L 143, 10.6.1988, p. 23. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1449/2004 (ĠU L 267, 14.8.2004, p. 31).


    Top