Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0858

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 858/2004 tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi r-rati u l-kondizzjonijiet tal-konċessjonijiet speċjali tal-flus ipprovvduti fl-Artikolu 56ċ tar-Regolament dwar il-Persunal li jistgħu jiġu konċessi għalbiex jikkumpensaw għal kondizzjonijiet tax-xogħol partikolarment diffiċli

    ĠU L 161, 30.4.2004, p. 14–22 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/858/oj

    32004R0858



    Official Journal L 161 , 30/04/2004 P. 0014 - 0022


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 858/2004

    tad-29 ta' April 2004

    li jistabbilixxi r-rati u l-kondizzjonijiet tal-konċessjonijiet speċjali tal-flus ipprovvduti fl-Artikolu 56ċ tar-Regolament dwar il-Persunal li jistgħu jiġu konċessi għalbiex jikkumpensaw għal kondizzjonijiet tax-xogħol partikolarment diffiċli

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra r-Regolamenti dwar il-Personal ta' l-uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tax-xogħol ta' ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej stabbiliti fir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 723/2004 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 56a tar-Regolamenti dwar il-Personal,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, issottomessa wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Regolamenti dwar il-Personal,

    Billi:

    Huwa għall-Kunsill, huwa u jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, li jistabbilixxi r-rati u l-kondizzjonijiet tal-konċessjonijiet speċjali tal-flus li jistgħu jiġu konċessi lil ċerti uffiċjali għalbiex jikkumpensaw għal kondizzjonijiet tax-xogħol partikolarment diffiċli,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-konċessjonijiet speċjali tal-flus stabbiliti skond l-Artikoli li ġejjin għandhom ikunu konċessi lill-uffiċjali imsejħa għalbiex jagħmlu kompiti partikolarment diffiċli.

    Artikolu 2

    The allowances shall be expressed in points. Il-konċessjonijiet għandhom jiġu espressi f'punti. Punt għandu jkun egwali għal 0,032 % tas-salarju bażiku ta' uffiċjal fil-grad 1, skaluna 1 [3]. Il-konċessjoni tal-flus għandha tiġi aġġustata bil-koeffiċjenti tal-korrezzjoni applikabbli għall-ħlas ta' l-uffiċjali.

    Il-konċessjoni tal-flus għandha titħallas bix-xahar.

    Artikolu 3

    1. It-tabella li ġejja telenka l-kondizzjonijiet speċjali tax-xogħol li fihom jistgħu jiġu konċessi l-konċessjonijiet tal-flus u n-numru tal-punti għal kull siegħa tax-xogħol attwali.

    Il-kondizzjonijiet speċjali tax-xogħol | In-numru tal-punti fis-siegħa tax-xogħol attwali għall-gruppi tal-funzjoni AD u AST |

    I.Is-sigurtà ta' l-individwu |

    a)Li jilbes ilbies partikolarment skomdu għall-protezzjoni kontra n-nar, il-kontaminazzjoni, ir-radjazzjoni jew is-sustanzi korrużivi: | |

    1.Ilbies tqil speċjali | 10 |

    2.Ilbies intier kontra n-nar protettiv minnu nnifsu | 50 |

    3.Ilbies intier ieħor protettiv minnu nnifsu | 34 |

    4.Ilbies ieħor protettiv b'apparat tat-teħid tan-nifs minnu nnifsu | 25 |

    5.Ilbies ieħor protettiv bl-apparat tat-teħid tan-nifs | 20 |

    b)Protezzjoni parzjali: | |

    1.L-apparat tat-teħid tan-nifs minnu nnifsu | 16 |

    2.Respiraturi kompleti | 10 |

    3.Respiraturi ta' kontra t-trab | 6 |

    4.Apparat protettiv ieħor kontra s-sustanzi tossiċi, asfissjanti, korrużivi, eċċ | 2 |

    5.Kaxxi ta' l-ingwanti u mezzi oħra ta' tqandil mill-bogħod | 2 |

    II.Il-Post tax-Xogħol |

    a)Ikkonfinat | |

    Xogħol fi spazji kkonfinati, mingħajr dawl tax-xemx, li huma nkroċjati bil-kejblijiet ta' tensjoni għolja jew pajpijiet ta' temperatura għolja u li huma hekk ingombrati li jagħmluha diffiċli li tiċċaqlaq fihom | 2 |

    b)Storbjużi | |

    Xogħol fi spazji b'volum medju tal-ħsejjes li jaqbeż il-85 deċibel | 2 |

    c)Siti perikolużi li jeħtieġu l-użu ta' tagħmir tqil tal-protezzjoni | |

    1.Il-passaġġi taħt l-art | 2 |

    2.Postijiet fejn ix-xogħol jitwettaq f' iktar minn 6 metri l-fuq mill-art li jinvolvi riskji eċċezzjonali | 5 |

    F'dawn il-każijiet, il-konċessjoni tal-flus għandha tiġi konċess bid-deċiżjoni ta' l-awtorità tal-ħatra wara li tikkonsulta, meta approprjat, kumitat konġunt. | |

    III.In-natura tax-xogħol |

    a)It-tqandil jew ix-xogħol b'ċerti sustanzi f'kondizzjonjiet li jagħmlu x-xogħol diffiċli (ara l-lista fl-Anness) | 2 |

    b)Ix-xogħol bl-isplussivi bħala espert iċċertifikat ta' l-isplussivi | 5 |

    2. Sabiex is-sorveljanza kostanti tintgħamel possibbli, ix-xogħol imwettaq taħt il-kondizzjonijiet iddefiniti fil-paragrafu 1 irid jiġi rreġistrat minnufih u f'ordni kronoloġiku. Ir-reġistru jrid jiddettalja x-xogħol imwettaq b'riferiment għat-tabella ta' hawn fuq.

    L-awtorità tal-ħatra għandha tistabbilixxi l-proċedura għalbiex titwettaq is-sorveljanza; meta n-numru tas-sigħat tax-xogħol fil-kwistjoni jista' jittieħed bħala li jkun l-istess kull xahar l-awtorità tal-ħatra tista' tiddisponi mir-reġistru.

    Artikolu 4

    Il-konċessjonijiet tal-flus għax-xogħol imwettaq skond il-kondizzjonijiet iddefiniti fl-intestatura I tat-tabella fl-Artikolu 3 ma tistax tiġi aggregata; lanqas ma jistgħu dawk ipprovvduti fl-intestaturi II u III ta' din it-tabella.

    Il-konċessjonijiet tal-flus għax-xogħol imwettaq skond il-kondizzjonijiet iddefiniti fl-intestaturi I u II ta' din it-tabella ma jistgħux jiġu aggregati wkoll.

    Għall-għanijiet li jiġu applikati l-paragrafi ta' hawn fuq, meta tkun mistħoqqa iktar minn konċessjoni waħda tal-flus fl-istess waqt għandha titħallas biss l-ogħla konċessjoni tal-flus.

    Artikolu 5

    Bla ħsara għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 2 tar-Regolament (KEFA, KEE, Euratom) Nru 300/76 li tistabbilixxi l-kategoriji ta' l-uffiċjali intitolati għall-konċessjonijiet tal-flus għax-xogħol bix-shift, u r-rati u l-kondizzjonijiet tiegħu [5], il-konċessjonijiet tal-flus imħallsa skond dan ir-Regolament ma għandhomx jaqbżu l-1500 punt għal kull uffiċjal kull xahar.

    Artikolu 6

    Dan ir-Regolament għandu japplika b'analoġija għall-personal temporanju, awżiljari u fuq kuntratt.

    Artikolu 7

    F'April ta' kull sena, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Kunsill rapport dwar:

    - in-numru ta' l-uffiċjali u tal-ħaddiema f'kull kategorija li rċevew il-konċessjonijiet tal-flus riferiti f'dan ir-Regolament, imqassma waħda waħda skond l-istituzzjoni u l-lokazzjoni, u n-numru tas-sigħat maħduma skond il-kondizzjonijiet varji iddikjarati fit-tabella fl-Artikolu 3,

    - in-nefqa totali li jkollha x'taqsam ma' dawn il-konċessjonijiet ta' flus.

    Artikolu 8

    Ir-Regolament (KEE) Nru 1799/72 [6] jiġi hawnhekk imħassar fil-jum li fih dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ.

    Artikolu 9

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 2004.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, fid-29 ta' April 2004.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. McDowell

    [1] ĠU L 56, ta' l-4.3.1968, p. 1.

    [2] ĠU L 124, tas-27.4.2004, p. 1.

    [3] Għall-perjodu taż-żmien mill-1 ta' Mejju 2004 sat-30 ta' Ġunju 2006: il-grad D*1, l-iskaluna 1.

    [5] ĠU L 38, tat-13.2.1976, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, KEFA, Euratom) Nru 2461/98 (ĠU L 307, tas-17.11.1998, p. 5).

    [6] ĠU L 192, tat-22.8.1972, p. 1.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    Il-Lista riferita fl-Artikolu 3

    A. Is-sustanzi korrużivi u asfissjanti

    1. Fit-tqandil:

    L-aloġeni, l-aċidi idro-aloġeni (l-aċidi idro-kloriċi u idro-fluworokloriċi), il-fluworuri ta' l-aloġen, l-aċidu sulkfuriku, il-klorur tal-kubrit, is-soder u l-potassju tas-soder, l-ammonja

    2. Fil-proċessi tekniċi:

    Il-għorik u l-passivazzjoni ta' tipi ta' azzar stainless u l-illigi ħfief bis-sommersjoni ġo l-aġenti tal-għorik jew ta' l-osidazzjoni jew fil-kuntatt magħhom.

    B. Is-Sustanzi tossiċi

    1. Fit-tqandil:

    Il-għamliet tossiċi tas-sustanzi radju-attivi; il-berillju u l-komposti tiegħu; l-arseniku u l-komposti tiegħu; il-merkurju, il-komposti u l-amalgami tiegħu; iċ-ċomb tetra-etil; l-aċidu idro-ċjanit; iċ-ċjanuri u l-akronitril; l-ossidu tan-nitroġenu u n-nitroġenu diossidu; il-fosfru u l-eteri fosforiċi; is-selenju; l-ossidu tad-dewteronju.

    2. Fil-proċessi tekniċi:

    Il-fabbrikazzjoni, il-konċentrazzjoni u l-magazzinaġġ tal-għamliet ossidi tas-sustanzi radju-attivi; il-fondut, il-welding u x-xogħol taċ-ċomb u l-illigi jew l-antimonju taċ-ċomb u l-antimonju tal-kadmju.

    Ċ. Is-sustanzi li jaqbdu bil-qawwi u/jew splussivi

    1. Fit-tqandil:

    Compressed gases:Il-gassijiet ikkompressati: l-aċetilena, l-ossiġenu, il-metane, l-etane, l-etilene u l-gassijiet rari; is-solventi organiċi volatili bħall-alkol tal-metil, l-alkol ta' l-etil, l-etere dietil, l-aċetone, il-benżina, it-tolwene; il-metalli likwidi bħas-sodju u l-potassju; il-kubrit.

    2. Fil-proċessi tekniċi:

    Il-welding bl-argon; it-tindif u t-tneħħija tal-grass ta' partijiet maħmuġa ħafna bis-solventi bħat-trikloroetane; l-użu ta' likwidi organiċi bħad-difenil, it-trifenil, il-polifenil, id-Dowtherm, ir-residwi tal-bajli qawwija f'ċirkwiti; it-tferrigħ tal-paraffina jew il-bitumen.

    D. Il-prodotti maħmuġa

    1. Fit-tqandil:

    Il-komposti tal-kadmju, tal-kromju, tan-nijkil, tal-biżmut, tal-barju, tal-vanadju u tal-manjeżju fil-għamla ta' trab; l-ossidu tal-ħadid magħmul trab.

    2. Fil-proċessi tekniċi:

    Il-proċessar tal-grafit, il-għoti tal-grass u t-tisfija tal-pompi u tal-muturi bħall-pompi tal-vakwu, il-pompi taċ-ċirkolazzjoni tal-fluwidi, il-pompi tad-dekompressjoni, il-ġeneraturi ta' l-arja kkompressata; il-lostru b'sustanzi speċjali; it-tqandil tal-gagazza metallika.

    Dan l-Anness għandu jiġi emendat mill-Kunsill fuq proposta mill-Kummissjoni fid-dawl ta' l-iżviluppi xjentifiċi u tekniċi.

    --------------------------------------------------

    Top