Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0822

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 822/2004 tas-26 ta' April 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2603/2000 li jistabilixxi kumpens definit fuq id-dazju li hemm fuq l-importazzjoni ta' ċertu polyethylene terephtalate li joriġina, fost l-oħrajn, mit-Tajlandja

    ĠU L 127, 29.4.2004, p. 3–6 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 01/12/2005

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/822/oj

    32004R0822



    Official Journal L 127 , 29/04/2004 P. 0003 - 0006


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 822/2004

    tas-26 ta' April 2004

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2603/2000 li jistabilixxi kumpens definit fuq id-dazju li hemm fuq l-importazzjoni ta' ċertu polyethylene terephtalate li joriġina, fost l-oħrajn, mit-Tajlandja

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2026/97 tas-6 ta' Ottubru 1997 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjoni sussidjata minn pajjiżi mhux Membri tal-Komunità Ewropea [1] (minn hawn ‘l isfel msemmi bħala "ir-Regolament bażiku"), u b'mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta ppreżentata mill-Kummissjoni wara li kkonsulta l-Kumitat ta' Konsultazzjoni,

    Billi:

    A. IL-MIŻURI FIS-SEĦĦ BĦALISSA

    (1) Il-miżuri li huma fis-seħħ bħalissa huma kumpens determinat fuq id-dazju, impost bir-Regolament (KE) Nru 2603/2000 [2] li taħtu jaqa' l-importazzjoni ta' ċertu polyethylene terephtalate (hawn ‘l isfel imsemmi bħala "il-prodott konċernat"), lejn il-Komunità Ewropea, li joriġina mit-Tajlandja u li huwa suġġett għal dazju, taħt il-forma ta' tariffa speċifika għal kull tunnellata metrika, jiġifieri EUR 49,1 kull tunnellata metrika.

    (2) Għandu jiġi nnotat li l-istess oġġetti importati għandhom dazju anti-dumping ta' EUR 83,2 kull tunnellata metrika, impost permezz tar-Regolament (KE) Nru 2604/2000 [3].

    B. L-INVESTIGAZZJONI ATTWALI

    1. It-talba għal reviżjoni

    (3) Il-Kummissjoni sussegwentement irċieviet talba biex tibda reviżjoni malajr tar-Regolament (KE) Nru 2603/2000, skond l-Artikolu 20 tar-Regolament bażiku, mill-produttur Tajlandiż Indo Pet (Thailand) Ltd (Indo Pet). Din il-kumpanija ikkontestat il-fatt li matul il-perjodu ta' l-ewwel ta' l-investigazzjoni (jiġifieri mill-1 ta' Ottubru 1998 sat-30 ta' Settembru 1999) ma ġietx investigata individwalment għal raġunijiet oħra barra li rrifjutat tikkopera mal-Kummissjoni.

    (4) Għandu jiġi innotat li l-Kummissjoni fl-istess ħin irċievet talba mill-istess produttur Tajlandiż, biex tibda reviżjoni fejn il-kumpanija msemmija tiġi kkunsidrata bħala "esportatur ġdid" taħt ir-Regolament (KE) Nru 2604/2000. Dan il-proċess parallelu jaqa' taħt Regolament tal-Kunsill ieħor.

    2. Bidu ta' reviżjoni mgħaġġla

    (5) Il-Kummissjoni eżaminat il-provi ppreżentati mill-produttur-esportatur Tajlandiż konċernat u kkunsidrat li hemm raġunijiet biżżejjed biex tagħti bidu għall-proċess ta' reviżjoni mgħaġġla skond l-Artikolu 20 tar-Regolament bażiku. Wara konsultazzjoni mal-Kumitat ta' Konsultazzjoni u wara li l-industrija fi ħdan il-Komunità ngħatat l-opportunità li tagħti l-idejat tagħha, il-Kummissjoni bdiet il-proċess ta' reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 2603/2000 fir-rigward tal-kumpanija konċernata u l-investigazzjoni tagħha permezz ta' avviż ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea [4].

    3. Il-Prodott konċernat

    (6) Il-prodott konċernat li jaqa' taħt din ir-reviżjoni huwa l-istess wieħed li dwaru saret l-ewwel investigazzjoni, jiġifieri polyethylene terephthalate (PET) b'ko-effiċjent ta' viskosità ta' 78 ml/g jew aktar, skond id-DIN (Deutsche Industrienorm) 53728. Bħalissa, il-prodott huwa kklassifikat taħt kodiċi CN 39076020.

    4. Partijiet konċernati

    (7) Il-Kummissjoni uffiċjalmenti avżat lill-kumpaniji konċernati u lir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur li ngħatat bidu ta' din ir-reviżjoni. Aktar minhekk, il-Kummissjoni tat l-opportunita' lill-partijiet oħra direttament konċernati biex jagħtu l-opinjoni tagħhom bil-kitba u li jagħmlu talba għal seduta. Madanakollu, din t-talba qatt ma saret lill-Kummissjoni.

    (8) Il-Kummissjoni bagħtet ukoll kwestjonarju lill-Gvern tat-Tajlandja u lill-kumpanija konċernata u rċiviet risposta fit-terminu perentorju. Il-Kummissjoni fittxet u vverikat l-informazzjoni kollha li dehrilha neċessarja biex tiddetermina is-sussidju u għamlet żjara ta' verifikazzjoni fuq is-sit tal-kumpanija konċernata.

    5. Perjodu ta' investigazzjoni

    (9) L-investigazzjoni tas-sussidju kopriet mill-1 ta' Jannar 2002 sal-31 ta' Marzu 2003 (perjodu ta' investigazzjoni or IP).

    6. Il-metodoloġija

    (10) L-istess metodoloġija użata fl-ewwel investigazzjoni, kienet applikata għal din l-investigazzjoni.

    C. SKOP TAR-REVIŻJONI

    (11) Minħabba li fit-talba għar-reviżjoni ta' l-investigazzjoni ma saret l-ebda talba għal reviżjoni tal-konklużjonijiet ta' l-ewwel investigazzjoni, ir-reviżjoni kienet limitata għas-sussidji mogħtija lil Indo Pet.

    (12) Il-Kummissjoni eżaminat l-istess skemi ta' sussidji li analiżżat fl-ewwel investigazzjoni. Hija eżaminat wkoll jekk l-esportatur il-ġdid kienx uża xi skemi ta' sussidju li allegatment kellhom jingħataw ma' l-ewwel ilment li sar imma instab li ma kienux intużaw matul l-ewwel perjodu ta' investigazzjoni.

    (13) Finalment hija eżaminat jekk l-esportatur il-ġdid kienx ibbenfika minn xi skemi ta' sussidju li kienu stabbiliti wara l-ewwel perjodu ta' investigazzjoni jew irċivhiex sussidji ad hoc wara din id-data.

    D. RIŻULTATI TA' L-INVESTIGAZZJONI

    1. Kwalifikazzjoni ta' l-esportatur il-ġdid

    (14) L-investigazzjoni kkonfermat li l-kumpanija ma ġietx speċifikament investigata fl-ewwel investigazzjoni għal raġunijiet oħra barra li hija rrifjutat li tikkopera mal-Kummissjoni.

    (15) Għalhekk, ġie kkonfermat li l-kumpannija konċernata għandha tiġi kkonsidrata bħala esportatur ġdid skond l-Artikolu 20 tar-Regolament bażiku, u għalhekk, ammont individwali ta' sussidju jista' jiġi determinat għaliha.

    2. Sussudji

    (16) L-ewwel investigazzjoni uriet li l-iskemi li ġejjin - taħt l-Att għall-Promozzjoni ta' l-Investiment (IPA) - li minnhom l-applikant potenzalment jista' jibbenfika, kienu speċifiċi fis-sens ta'L-Artikolu 3(2)(a) u (2)(b) tar-Regolament bażiku u għalhekk huma aċċettabbli bħala miżuri kompensatorji [5]:

    - eżenzjoni jew tnaqqis mid-dazju ta' l-importazzjoni ta' makkinarju,

    - eżenzjoni mit-taxxa tal-kumpaniji,

    - inċentivi addizxjonali taħt il-forma ta' tnaqqis ta' ċertu spejjez għall-kumpaniji li qegħdin f'żoni speċifiċi tal-promozzjoni għall-investiment.

    - eżenzjoni mid-dazju ta' l-importazzjoni ta' materja prima u prodotti essenzali.

    (17) Din l-investigazzjoni uriet li mill-egħluq ta' l-ewwel investigazzjoni, l-ebda bidla ma saret li tista' tbiddel il-konklużjonijiet u għalhekk l-iskemi msemmija hawn fuq għandhom jitqiesu bħala skemi kompensatorji.

    Eżenzjoni jew tnaqqis mid-dazju ta' l-importazzjoni ta' makkinarju,

    (18) Taqsima 28 ta' l-IPA hija l-bażi legali biex tingħata eżenzjoni mid-dazju ta' l-importazzjoni ta' makkinarju, iżda sakemm dan il-makkinarju m'hux qiegħed jiġi manifatturat jew mgħaqqad ġewwa it-Tajlandja, u sakemm dan sa jiġi użat biex jgħin fl-istess attività skond kif imfisser fl-IPA. Taqsima 29 ta' l-IPA jipprovdi il-qafas legali għat-tnaqqis ta' 50 % fuq id-dazju ta' l-importazzjoni ta' makkinarju.

    (19) Il-benefiċċju għall-esportatur għandu jiġi kkalkulat fuq bażi ta' ammont m'hux imħallas ta' dazju dovut fuq il-merkanzija kapitali, billi tifrex l-ammont matul iż-żmien li jirrifletti id-deprezzament ta' din il-merkanzija kapitali fl-industrija tal-prodott konċernat, skond l-Artikolu 7(3) tar-Regolament bażiku.

    (20) Għal dan il-għan, il-benefiċċju li jirċievi Indo Pet ikun ta' inqas minn 0,1 % li huwa kkunsiderat m'hux importanti

    Eżenzjoni minn tnaqqis fuq it-taxxa tal-kumpaniji u inċentivi addizxjonali taħt il-forma ta' tnaqqis ta' ċertu spejjez għall-kumpaniji li qegħdin f'żoni speċifiċi tal-promozzjoni għall-investiment.

    (21) Dawn iż-żewġ skemi kompensatorji huma mfissra f'Taqsimiet 31 u 35(3) ta' l-IPA.

    (22) Skond Taqsima 31 ta' l-IPA, eżenzjonijiet mit-taxxa tal-kumpaniji huma awtoriżżati għall-perjodu minn tlett snin sa tmien snin, jiddependi mil-lokalità ta' l-investiment. Kriterji differenti ta' eleġibilità huma applikati għal żoni ġeografiċi differenti (żoni 1 sa 3, huma definiti mill-IPA). Indo Pet, li hija allokata fl-hekk msejħa żona 3, ingħatat eżenżjoni mit-taxxa tal-kumpannija għal tmien snin skond Taqsima 31 ta' l-IPA. Indo Pet ingħatat inċentivi addixxjonali oħra taħt forma ta' tnaqqis doppju fuq it-trasport, spejjeż fuq il-provvista ta' elettriku u ilma, skond Taqsima 35(3) ta'l-IPA.

    (23) Il-benefiċċju miksub mill-kumpanija fil-każ ta' eżenzjonijiet u tnaqqis ta' taxxa huwa kkalkulat skond l-ammont ta' taxxa li suppost tiġi mħallsa mill-kumpanija li qegħda tirċievi s-sussidju matul il-perjodu ta' l-investigazzjoni, sakemm ma' tkunx irnexxielha tibbenifika mill-iskema ta' sussidju. F'dan il-każ, l-ammont ta' taxxa li suppost titħallas matul il-IP huwa pagabbli matul is-sena stima 2002 (l-ebda informazzjoni rigward l-ammont tat-taxxa pagabbli għall-ewwel tlett xhur tas-sena bażi għat-taxxa 2003 ma kienet qegħda għad-dispożizzjoni matul l-investigazzjoni fuq is-sit), u dawn it-taxxi dovuti inħolqu fuq l-introjtu tas-sena 2001. Fuq din il-bazi, kien stabbilt ukoll li skond id-dispożizzjonijiet tat-taqsima 35(3) ta' l-IPA, il-kumpanija konċernata nefqet parti sostanzjali tal-profitt taxxabli rilevanti, b'li baqa' jkun eżenti mit-taxxa tal-kumpanija skond Taqsima 31 ta' l-IPA. Għalhekk, il-benefiċċju mogħti lill-kumpanija jikkonsisti f'ammont ta' taxxa tal-kumpanija m'hux imħallas fil-IP billi tagħmel użu miż-żewġ skemi kompensatorji konċernati.

    (24) Is-sussidju miksub permezz taż-żewġ skedi msemmija hawn fuq, ma ġewx mogħtija skond il-kwantitajiet fabbrikati, il-produzzjoni, l-esportazzjoni jew it-trasport. Għalhekk, skond l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, l-ammont tas-sussidju kompensatorju kien determinat b'allokazzjoni tal-valur tal-benefiċċju totali, kif deskritt taħt premessi 23, ‘il fuq mil-livell tal-bejgħ totali tal-kumpanija matul il-IP (f'dan il-każ annwali).

    (25) Fuq din il-bażi, kien konkluż li Indo Pet irċieva benefiċċju ta' 2,6 %.

    Eżenzjoni mid-daxju ta' l-importaxxjoni ta' materja prima u prodotti essenzali

    (26) Taqsima 36(1) ta' l-IPA tipprovdi l-qafas legali fuq l-eżenzjoni tad-daxju ta' l-importazzjoni ta' materja prima u prodotti essenzali.importati speċifikament għal-użu fil-prodotti, fit-taħlit tagħhom jew fit-tgħaqqid ta' l-istess prodotti jew oġġetti għall-esportazzjoni.

    (27) F'dan il-każ, kien stabbilit li l-eżenzjoni mid-dazju ta' l-importazzjoni ma rriżżultax f'refużjoni eċċessiva ta' dazju għall-esportatur konċernat. Għalhekk, m'hemm l-ebda sussidju skond l-Artikolu 2 tar-Regolament bażiku u m'hemmx bżonn ta' aktar eżaminazzjoni ta' din l-iskema minħabba li l-esportatur ikkonċernat ma bbenefikax minnha.

    E. AMMONTI TA' SUSSIDJI KOMPENSATORJI

    (28) Waqt li kkunsidra r-riżultati fir-rigward tad-diversi skemi msemmija hawn fuq, l-ammont ta' sussidji kompensatorji għall-iskop ta' l-investigazzjoni tal-produttur-esportatur hija kif ġej:

    Kumpanija | Eżenzjoni fuq it-taxxa u inċentivi addizxjonali | Total |

    Indo Pet | 2,6 % | 2,6 % |

    F. EMENDI FIL-MIŻURI LI QEGĦDIN JIĠU REVEDUTI

    (29) Fil-kuntest ta' dak li hu msemmi hawn fuq, huwa qiegħed jiġi kkunsidrat li dazju kompensatorju għandu jiġi impost skond il-livell ta' marġinu ta' sussidju misjub. Madankollu skond l-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, id-dazju kompensatorju m'għandux ikun aktar mill-marġinu pre-stabbilit għat-Tajlandja kollha bir-Regolament (KE) Nru 2603/2000 matul l-ewwel investigazzjoni ta' anti-dumping.

    (30) Huwa kkunsidrat xieraq li matul l-ewwel investigazzjoni jiġu imposti dazji taħt il-forma ta' ammont speċifiku għal kull tunnellata metrika, minħabba li l-prezzijiet tal-PET jistgħu jinżlu u jitilgħu skond il-prezzijiet taż-żejt mhux raffinat, u għalhekk taffetwa b'mod sinifikanti il-livell tad-dazju. L-istess metodoloġija għandha tiġi applikata għal din l-investigazzjoni. Dan l-ammont speċifiku għandu jirriżulta mill-appikazzjoni tar-rata tad-dazju kompensatorju għal prezzijiet cif fuq l-esportazzjoni.

    (31) Dan jirriżulta fir-rata ta' dazju kompensatorju għall-produttur-esportatur konċernat ta' EUR 23,9 kull tunnellata metrika.

    G. "SVELAR" U TUL TA' ŻMIEN TAL-MIŻURI

    (32) Il-kumpanija konċernata u l-partijiet l-oħra kollha interessati kienu nfurmati bil-fatti u l-konsiderazzjonijiet u fuq liema bażi kien intiż li jiġi impost dazju kompensatorju determinat ta' l-importazzjoni għall-kumpanija konċernata.

    (33) Din ir-reviżjoni ma taffetwax id-data ta' meta r-Regolament (KE) Nru 2603/2000 jiskadi skond l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku.

    (34) Ir-Regolament (KE) Nru 2603/2000 għandu għalhekk ikun emendat kif xieraq,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-iskeda fl-Artikolu 1(3) tar-Regolament (KE) Nru 2603/2000 għandu jiġi emendat kif ġej:

    "Pajjiż | Kumpanija | Dazju determinat (EUR kull tunnellata metrika) | TARIC kodiċi addizzjonali |

    Tajlandja | Indo Pet (Thailand) Ltd | 23,9 | A468'" |

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-ġurnata ta' wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul il-Lussemburgu, fis-26 ta' April 2004.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    B. Cowen

    [1] ĠU L 288, tal-21.10.1997, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 461/2004.

    [2] ĠU L 301, 30.11.00, p. 1.

    [3] ĠU L 301, tat-30.11.2000, p. 21. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 823/2004 (ara paġna 7 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

    [4] ĠU C 170, 19.07.03, p. 2.

    [5] Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1741/2000 tat-3 ta' Awissu 2000 li jimponi d-dispożizzjonijiet tad-dazju kompensatorju provisorju ta' l-importazzjoni tal-polyethylene terephthalate (PET) li jorġina fl-Indja, fil-Malasja, fit-Tajwan u fit-Tajlandja (ĠU L 199, tal-5.8.2000, p. 6), premessi minn 181 sa 201.

    --------------------------------------------------

    Top