Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0789

    Ir-Regolament (KE) Nru 789/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' April 2004 dwar it-trasferiment tal-bastimenti tat-tagħbija u tal-passiġġieri bejn ir-reġistri ġewwa l-Komunità u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 613/91Test b'relevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 138, 30.4.2004, p. 19–23 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 26/07/2019

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/789/oj

    32004R0789



    Official Journal L 138 , 30/04/2004 P. 0019 - 0023


    Ir-Regolament (KE) Nru 789/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    ta' l-24 ta' April 2004

    dwar it-trasferiment tal-bastimenti tat-tagħbija u tal-passiġġieri bejn ir-reġistri ġewwa l-Komunità u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 613/91

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikulari l-Artiklu 80(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidraw i l-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekomomiku u Soċjali Ewropew [1],

    Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

    Huma u jaġixxu bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [2],

    Billi:

    (1) L-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern jinvolvu l-eliminazzjoni tax-xkilijiet tekniċi għat-trasferiment tal-bastimenti tat-tagħbija u tal-passiġġieri bejn ir-reġistri ta' l-Istati Membri. Il-miżuri għalbiex jiffaċilitaw it-trasferiment tal-bastimenti tat-tagħbija u tal-passiġġieri ġewwa l-Komunità ħtieġu wkoll li jitnaqqsu l-ispejjeż u l-proċeduri amministrattivi involuti f'bidla tar-reġistru ġewwa l-Komunità, biex b'hekk jittejbu l-kondizzjonijiet operattivi u l-pożizzjoni kompetittiva tal-bastimenti Komunitarji.

    (2) Fl-istess waqt, huwa meħtieġ li jiġi ssalvagwardat livell għoli ta' sigurtà għall-bastimenti u ta' protezzjoni ambjentali, skond il-Konvenzjonijiet Internazzjonali.

    (3) Il-ħtiġiet iddikjarati fil-Konvenzjoni Internazzjonali tas-sena 1974 dwar is-Sigurtà tal-Ħajja fuq il-Baħar (is-SOLAS 1974), il-Konvenzjoni Internazzjonali tas-sena 1966 dwar il-Linji tat-Tagħbija (il-LL 1966) u l-Konvenzjoni Internazzjonali tas-sena 1973 dwar il-Prevenzjoni tat-Tniġġiż mill-Bastimenti, kif emendata bil-Protokoll tas-sena 1978 (il-MARPOL 1974) jipprovdu livell għoli ta' sigurtà tal-bastimenti u tal-protezzjoni ta' l-ambjent. Il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Kejl tat-Tunnellaġġ tal-Bastimenti, tas-sena 1969, tipprovdi sistema uniformi għall-kejl tat-tunnellaġġ tal-bastimenti merkantili.

    (4) Ir-reġim internazzjonali li japplika għall-bastimenti tal-passiġġieri ġie msaħħaħ u rfinut permezz ta' l-addozzjoni ta' numru konsiderevoli ta' emendi għas-SOLAS 1974 mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (l-IMO) u konverġenza miżjuda ta' l-interpretazzjonijiet tar-regoli u l-istandards tas-SOLAS 1974.

    (5) It-trasferiment tal-bastimenti tat-tagħbija u tal-passiġġieri li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru bejn ir-reġistri ta' l-Istati Membri ma għandux jiġi impedut bi xkilijiet tekniċi, sakemm il-bastimenti jkunu ġew iċċertifikati bħala li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjonijiet Internazzjonali rilevanti mill-Istati Membri jew, f'isimhom, mill-organizzazzjonijiet rikkonoxxuti skond id-Direttiva tal-Kunsill 94/57/KE tat-22 ta' Novembru 1994, dwar ir-regoli komuni u l-istandards għall-ispezzjoni tal-bastimenti u l-organizzazzjonijiet tal-perizja u għall-attivitajiet rilevanti ta' l-amministrazzjonijiet marittimi [3].

    (6) Stat Membru li jirċievi bastiment għandu madankollu jissokta kapaċi li japplika regoli li jiddifferixxu fl-iskop u fin-natura minn dawk riferiti fil-Konvenzjonijiet elenkati fl-Artikolu 2(a),

    (7) Sabiex tiġi żgurata deċiżjoni fil-pront u informata mill-Istat Membru ta' reġistru riċevitur, l-Istat Membru tar-reġistru li jintilef għandu jipprovdih bit tagħrif kollu rilevanti disponibbli dwar il-kondizzjoni u t-tagħmir tal-bastiment. L-Istat Membru li jirċievi r-reġistru għandu, madankollu, jkun kapaċi li jissoġġetta lill-bastiment għal spezzjoni għalbiex jikkonferma l-kondizzjoni u t-tagħmir tiegħu.

    (8) Il-bastimenti li jkunu ġew irrifjutati aċċess għall-portijiet ta' l-Istati Membri skond id-Direttiva tal-Kunsill 95/21/KE tad-19 ta' Ġunju1995, li tirrigwarda l-infurzar, rigward il-bastimenti li jużaw il-portijiet Komunitarji u li jbaħħru fl-ibħra taħt il-ġurisdizzjoni ta' l-Istati Membri, dwar l-istandards internazzjonali għas-sigurtà tal-bastimenti, il-prevenzjoni tat-tniġġiż u l-kondizzjonijiet tal-għixien u tax-xogħol abbord (il-kontroll tal-portijiet mill-Istati) [4], jew li jkunu ġew miżmuma aktar minn darba wara spezzjoni fil-port matul it-tliet snin li jiġu qabel l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni, ma għandhomx ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-possibbiltà li jiġu ttrasferiti għal reġistru ieħor fil-Komunità taħt is-sistema ssimplifikata.

    (9) Il-Konvenzjonijiet Internazzjonali rilevanti jħallu punti importanti rigward l-interpretazzjoni tal-ħtiġiet għad-diskrezzjoni tal-Partijiet. Fuq il-bażi ta' l-interpretazzjoni tagħhom infushom, l-Istati Membri jistgħu joħorġu ċertifikati li jiċċertifikaw il-konformità ma' dawn id-dispożizzjonijiet lill-bastimenti kollha li jtajru l-bandiera tagħhom, li jkunu bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Kovenzjonijiet Internazzjonali rilevanti. L-Istati Membri jinfurzaw ir-regolamenti tekniċi nazzjonali tagħhom li wħud mid-dispożizzjonijiet tagħhom fihom ħtiġiet oħra għajr dawk fil-Konvenzjonijiet u fl-istandards tekniċi assoċjati magħhom. Għalhekk għandha tiġi stabbilita proċedura approprjata sabiex tirrikonċilja d-differenzi fl-interpretazzjoni tal-ħtiġiet eżistenti li jistgħu jiġru fuq talba għat-trasferimenti ta' reġistru.

    (10) Sabiex l-implimentazzjoni tad-dan ir-Regolament tiġi megħjuna li jiġi mmonitorjat, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b'rapporti annwali suċċinti. Fl-ewwel rapport annwali l-Istati Membri għandhom jidentifikaw kull miżura meħuda għalbiex tiffaċilita l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

    (11) Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 613/91 ta' l-4 ta' Marzu 1991 dwar it-trasferiment tal-bastimenti minn reġistru għal ieħor ġewwa l-Komunità [5] huma rrinfurzati u estiżi b'mod sinifikanti f'dan ir-Regolament. Ir-Regolament (KEE) Nru 613/93 għandu għalhekk jiġi mħassar.

    (12) Il-miżuiri meħtieġa sabiex jiġi implimentat dan ir-Regolament għandhom jiġu addottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri sabiex jiġu eżerċitati l-poteri ta' implimetazzjoni kkonferiti fuq il-Kummisjoni [6],

    ADDOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

    L-Artikolu 1

    Il-Għan

    Il-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jelimina x-xkilijiet tekniċi għat-trasferiment tal-bastimenti tat-tagħbija u tal-passiġġieri li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru bejn ir-reġistri ta' l-Istati Membri filwaqt li, fl-istess ħin, jiżgura livell għoli tas-sigurtà tal-bastimenti u ta' protezzjoni ambjentali, skond il-Konvenzjonijiet Internazzjonali,

    L-Artikolu 2

    Id-Definizzjonijiet

    Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolment:

    "Konvenzjonijiet" ifissru l-Konvenzjoni Internazzjonali tas-sena 1974 dwar is-Sigurtà tal-Ħajja fuq il-Baħar (is-SOLAS 1974), il-Konvenzjoni Internazzjonali tas-sena 1966 dwar il-Kejl tat-Tunnellaġġ tal-Bastimenti, u l-Konvenzjoni Internazzjonali tas-sena 1973 dwar il-Prevenzjoni tat-Tniġġiż mill-Bastimenti, kif emendata bil-Protokoll tas-sena 1978 li għandu x'jaqsam magħha (il-MARPOL 73/78), fil-verżjonijiet tagħhom aġġornati, u l-kodiċijiet relatati ta' l-istatus mandatorju addottati fil-qafas ta' l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (l-IMO), flimkien mal-Protokolli u l-emendi ta' magħhom fil-verżjoni aġġornata tagħhom;

    "Ħtiġiet" ifissru l-ħtiġiet tas-salvagward, tas-sigurtà u tal-prevenzjoni tat-tniġġiż li għandhom x'jaqsmu mal-kostruzzjoni u t-tagħmir tal-bastimenti stabbiliti fil-Konvenzjonijiet u, fejn jidħlu l-bastimenti tal-passiġġieri mdaħħla fi vjaġġi domestiċi, dawk iddikjarati fid-Direttiva tal-Kunsill 98/18/KE tas-17 ta' Marzu 1998 dwar ir-regoli u l-istandards tas-sigurtà tal-bastimenti tal-passiġġieri [7];

    "Ċertifikati" ifissru ċ-ċertifikati, id-dokumenti u d-dikjarazzjonijiet tal-konformit maħruġa minn Stat Membru jew minn organizzazzjoni kkonoxxuta f'ismu skond il-Konvenzjonijiet, u fejn jidħlu l-bastimenti tal-passiġġieri fuq vjaġġi domestiċi, dawk maħruġa skond l-Artikolu 11 tad-Direttiva 98/18/KE;

    "Bastiment tal-passiġġieri" ifisser bastiment li jġorr aktar minn tnax-il passiġġier;

    "Passiġġier" (i) il-kaptan u l-membri ta' l-ekwipaġġ jew il-persuni l-oħra impjegati jew imħaddma f'kull kapaċit abbord bastiment fuq il-kummerċ ta' dan il-bastiment; u

    (ii) tarbija taħt il-għomor ta' sena;

    "Vjaġġ domestiku" ifisser vjaġġ fiż-żoni tal-baħar minn port ta' Stat Membru lejn l-istess port jew port ieħor ġewwa dan l-Istat;

    "Vjaġġ internazzjonali" ifisser vjaġġ bil-baħar minn port ta' Stat Membru lejn port "il barra minn dan l-Istat Membru, jew bil-maqlub;"

    "Bastiment tat-tagħbija" ifisser bastiment li mhux bastiment tal-passiġġieri;

    "Organizzazzjoni kkonoxxuta" tfisser organizzazzjoni kkonoxxuta skond l-Artiklu 4 tad-Direttiva 94/57/KE.

    L-Artikolu 3

    L-Iskop

    1. Dan ir-Regolament għandu japplika għal:

    (a) il-bastimenti tat-tagħbija, li jġorru ċertifikati validi, li:

    (i) kienu mibnija fil-25 ta' Mejju 1980 jew wara, jew

    (ii) kienu mibnija qabel din id-data, imma ġew iċċertifikati minn Stat Membru jew minn organizzazzjoni kkonoxxuta li taġixxi f'ismu bħala li jikkonformaw mar-regolamenti għall-bastimenti l-ġodda ddefiniti fis-SOLAS 1974, jew, fil-każ tal-bastimenti-tankijiet tal-kimiċi u t-trasportaturi tal-gass, mal-kodiċijiet Standard rilevanti għall-bastimenti mibnija fil-25 ta' Mejju 1980 jew wara;

    (b) il-bastimenti tal-passiġġieri mħaddma fuq vjaġġi domestiċi u/jew internazzjonali, li jġorru ċertifikati validi, li:

    (i) kienu mibnija fil-25 ta' Mejju 1980 jew wara, jew

    (ii) kienu mibnija qabel din id-data, imma ġew iċċertifikati minn Stat Membru jew minn organizzazzjoni kkonoxxuta li taġixxi f'ismu bħala li jikkonformaw mal-ħtiġiet iddikjarati għall-bastimenti mibnija qabel l-1 ta' Lulju 1998 jew wara:

    - fid-Direttiva 98/18/KE, għall bastimenti mħaddma fuq vjaġġi domestiċi,

    - fis-SOLAS 1974, għall-bastimenti mħaddma fuq vjaġġi internazzjonali.

    2. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal:

    (a) il-bastimenti b'segwitu tal-kunsinna wara t-tkomplija tal-kostruzzjoni tagħhom li ma jġorrux ċertifikati validi fuq skondi sħaħ mill-Istati Membri tar-reġistru li jintilef;

    (b) il-bastimenti li jkunu ġew irrifjutati l-aċċess għall-portijiet ta' l-Istati Membri skond id-Direttiva 95/21/KE matul it-tliet snin li jiġu qabel l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni u għall-bastimenti li jkunu ġew miżmuma wara l-ispezzjoni fil-port ta' Stat firmatarju tal-Memorandu ta' Pariġi ta' Ftehim tas-sena 1982 dwar il-Kontroll tal-Portijiet mill-Istati u għal raġunijiet li jkollhom x'jaqsmu mal-ħtiġiet iddefiniti fl-Artikolu 2(b), għal aktar minn darba matul it-tliet snin li jiġu qabel l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni. L-Istati Membri għandhom madankollu jagħtu konsiderazzjoni mistħoqqa u f'waqtha lill-applikazzjonijiet rigward dawn il-bastimenti;

    (ċ) il-bastimenti tal-gwerra jew il-bastimenti tat-truppi, jew bastimenti oħra possessi jew operati minn Stat Membru u wżati fuq servizz governattiv u mhux kummerċjali;

    (d) il-bastimenti mhux immexxija b'mezzi mekkaniċi, il-bastimenti ta' l-injam ta' binja primittiva, il-jottijiet tad-divertiment mhux imdaħħla fil-kummerċ jew bastiment tas-sajd;

    (e) il-bastimenti tat-tagħbija ta' inqas minn 500 tunnellata metrika grossa.

    L-Artikolu 4

    It-Trasferiment tar-reġistru

    1. Stat Membru ma għandux iżomm milli jiġi rreġistrat, minħabba raġunijiet tekniċi li jinħolqu mill-Konvenzjonijiet, bastiment irreġistrat fi Stat Membru ieħor li jikkonforma mal-ħtiġiet u jġorr ċertifikati u tagħmir validi approvati jew approvati skond it-tip skond id-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE tal-20 ta' Diċembru 1996 dwar it-tagħmir marittimu [8].

    Sabiex iwettqu l-obbligi tagħhom skond l-istrumenti ambjentali reġjonali rratifikati qabel l-1 ta' Jannar 1992, l-Istati Membri jistgħu jimponu regoli addizzjonali skond l-Annessi bil-għażla tal-Konvenzjonijiet.

    2. Dan l-Artikolu għandu japplika mingħajr preġudizzju, meta japplika, għal kull ħtieġa speċifika stabbilita għalbiex jitħaddem bastiment skond l-Artikolu 7 tad-Direttiva 98/18/KE u l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2003/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-14 ta' April 2003 dwar il-ħtiġiet ta' l-istabbilit speċifika għall-bastimenti bir-ro-ro li jġorru l-passiġġieri [9].

    3. Meta jirċievi talba għal trasferiment, l-Istat Membru tar-reġistru li jintilef għandu jipprovdi lill-Istat Membru tar-reġistru riċevitur, jew jagħmel disponibbli lill-organizzazzjoni kkonoxxuta li taġixxi f'ismu, it-tagħrif kollu rilevanti dwar il-bastiment, b'mod partikulari, dwar il-kondizzjoni u t-tagħmir tiegħu. Dan it-tagħrif għandu jkun fih l-inkartament ta' l-istorja tal-bastiment u, jekk tapplika, lista tat-titjib meħtieġ mir-reġistru li jitlef għalbiex jiġi rreġistrat bastiment jew jiġġeddu ċertrifikati tiegħu u tal-perizji li jkunu għadhom iridu jsiru. It-tagħrif għandu jinkludi ċ-ċertifikati u l-partikularitajiet kollha tal-bastiment kif meħtieġa mill-Konvenzjonijiet u l-istrumenti rilevanti Komunitarji kif ukoll ir-reġistrazzjonijiet ta' l-ispezzjonijiet ta' l-Istat tal-Bandiera u l-kontolli ta' l-Istat tal-Port. L-Istati Membri għandhom jikkooperaw sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni xierqa ta' dan il-paragrafu.

    4. Qabel ma jirreġistra bastiment, l-Istat Membru tar-reġistru riċevitur, jew l-organizzazzjoni kkonoxxuta li taġixxi f'ismu, jistgħu jissoġġettaw lill-bastiment għal spezzjoni għalbiex jikkonfermaw li l-kondizzjoni attwali tal-bastiment u t-tagħmir tiegħu jikkorrispondu maċ-ċertrifikati riferiti fl-Artikolu 3. L-ispezzjoni għandu jitwettaq fi kwadru raġjonevoli taż-żmien.

    5. Jekk, wara l-ispezzjoni u wara li s-sid tal-bastiment ikun ingħata opportunit raġjonevoli għalbiex jirrettifika kull defiċjenza, l-Istat Membru tar-reġistru riċevitur, jew l-organizzazzjoni kkonoxxuta li taġixxi f'ismu, ma jkunux kapaċi jikkonfemaw korrispondenza maċ-ċertifikati, għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 6(1).

    L-Artikolu 5

    Iċ-Ċertifikati

    1. Mat-trasferimenrt u mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 94/57/KE, l-Istat Membru tar-reġistru riċevitur, jew l-organizzazzjoni li taġixxi f'ismu, għandhom joħorġu ċ-ċertifikati lill-bastiment taħt l-istess kondizzjonijiet bħal dawk ta' taħt il-bandiera ta' l-Istat Membru tar-reġistru li jitlef, sakemm jissoktaw japplikaw ir-raġunijiet jew l-argumenti li fuq il-bażi tagħhom l-Istat Membru tar-reġistru li jitlef ikun impona kondizzjoni jew ikkonċeda eżenzjoni jew rinunzja.

    2. Mal-waqt tat-tiġdid jew tar-revizjoni taċ-ċertifikati, l-Istat Membru tar-reġistru riċevitur, jew l-organizzazzjoni kkonoxxuta li taġixxi f'ismu, ma għandhomx jimponu ħtiġiet għajr dawk stabbiliti inizjalment għaċ-ċertifikati fuq skond sħiħ safejn u sakemm il-ħtiġiet u l-kondizzjonijiet għall-bastimenti eżistenti jibqgħu mhux mibdula.

    L-Artikolu 6

    Ir-Rifjut tat-trasferiment u ta' l-interpretazzjoni

    1. L-Istat Membru tar-reġistru riċevitur għandu jinnotifika minnufih lill-Kummissjoni b'kull rifjut għall-ħruġ, jew l-awtorizzazzjoni għall-ħruġ ta' ċertifikati ġodda lil bastiment għal raġunijiet imsejsa fuq diverġenzi fl-interpretazzjoni tal-ħtiġiet jew tad-dispożizzjonijiet li l-Kovenzjonijiet jew l-istumentri rilevanti Komunitarji jħallu għad-diskrezzjoni tal-Partijiet.

    Għajr jekk il-Kummissjoni tiġi mgħarrfa fi żmien xahar bi ftehim bejn l-Istati Membri interessati, għandha tiftaħ proċedimenti sabiex tieħu deċiżjoni skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 7(2).

    2. Meta Stat Membru jikkunsidra li bastiment ma jistax jiġi rreġistrat skond l-Artikolu 4 għal raġunijiet li jkollhom x'jaqsmu ma' periklu serju għas-salvagward, għas-sigurtà jew għall-ambjent, għajr dawk riferiti fil-paragrafu 1, ir-reġistrazzjoni tista' tiġi sospiża,

    L-Istat Membru għandu jressaq il-materja minnufih għall-attenzjoni tal-Kummissjoni, filwaqt li jiddikjara r-raġunijiet għas-sospenzjoni tar-reġistrazzjoni. Id-deċiżjoni li bastiment ma jiġix irreġistrat għandha tiġi kkonfermata jew le skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 7(2).

    3. Il-Kummissjoni tista' tikkonsulta lill-Kumitat riferit fl-Artikolu 7 dwar kull materja li jkollha x'taqsam ma' l-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għalbiex tiżgura illi ma jitnaqqsux l-istandards tas-salvagward, tas-sigurtà u tal-protezzjoni ta' l-ambjent.

    L-Artikolu 7

    Il-Proċedura tal-Kumitat

    1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat ta' l-Ibħra fis-Sigurtà u l-Prevenzjoni tat-Tniġġiż mill-Bastimenti (il-COSS) stabbilit bl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi Kumitat ta' l-Ibħra fis-Sigurtà u l-Prevenzjoni tat-Tniġġiż mill-Bastimenti (il-COSS) u li jemenda r-Regolamenti dwar is-sigurtà marittima u l-prevenzjoni tat-tniġġiż mill-bastimenti [10] (il-Kumitat).

    2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE wara li jkunu ġew ikkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artiklu 8 tagħha.

    Il-perjodu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat għal xahrejn.

    3. Il-Kumitat għandu jaddotta r-Regoli tiegħu ta' Proċedura.

    L-Artikolu 8

    Ir-rappurtaġġ

    1. L-Istati Membri għandhom jittrasmettu lill-Kummisjoni rapport suċċint kull sena dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. Ir-rapport għandu jipprovdi informazzjoni statistika dwar it-trasferiment tal-bastimenti mwettaq skond dan ir-Regolament u jelenka kull diffikulta li tiġi ffaċċata fl-implimentazzjoni tiegħu.

    2. Sal-20 ta' Mejju 2008, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, imsejjes f'parti minnu fuq ir-rapporti ssottomessi mill-Istati Membri. F'dan ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tistma, fost ħwejjeġ oħra, jekk ikunx approprjat li dan ir-Regolament jiġi emendat.

    L-Artikolu 9

    L-Emendi

    1. Id-definizzjonijiet fl-Artikolu 2 jistgħu jiġu emendati skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 7(2) sabiex iqisu l-iżviluppi fil-livell internazzjonali, b'mod partikulari, fl-IMO u għalbiex itejbu l-effikaċja ta' dan ir-Regolament fid-dawl ta' l-esperjenza u tal-progress tekniku, safejn u sakemm dawn l-emendi ma jwessgħux l-iskop ta' dan ir-Regolament.

    2. Kull emenda għall-Konvezjonijiet tista' tiġi eskluża mill-iskop ta' dan ir-Regolament, skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002.

    L-Artikolu 10

    It-Tħassir

    Ir-Regolament (KE) Nru 613/91 huwa hawnhekk imħassar.

    L-Artikolu 11

    Id-Dħul fis-seħħ

    Dan ir-regolament għandu jidħol fi-seħħ fil-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Strasburgu, fil-21 ta' April 2004.

    Għall-Parlament Ewropew

    Il-President

    P. Cox

    Għall-Kunsill

    Il-President

    D. Roche

    [1] ĠU C 80, tat-30.3.2004, p. 88.

    [2] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Jannar 2004 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta' April 2004.

    [3] ĠU L 319, tat-12.12.1994, p. 20. Directive as last amended by Directive 2002/84/EC of the European Parliament and of the Council (OJ L 324, tad- 29.11.2002, p. 53).

    [4] ĠU L 157, tas-7.7.1995, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2002/84/KE.

    [5] ĠU L 68, tal-15.3.1991, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nry 2099/2002 tal-Parlament u tal-kunsill (ĠU L 324, tad-29.11.2002, p. 1).

    [6] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

    [7] ĠU L 144, tal-15.5.1998, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/75/KE (ĠU L. 190, tat- 30.7.2003, p. 6).

    [8] ĠU L 46, tas-17.2.1997, p. 25. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2002/84/KE.

    [9] ĠU L 123, tas-17.5.2003, p. 22.

    [10] ĠU L 324, tad-29.11.2002, p. 1.

    --------------------------------------------------

    Top