Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0664

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 664/2004 tas-7 ta’ April 2004 li jippreskrivi miżuri trnsizzjonali in rigward ta’ liċenzi ta’ importazzjoni għall-ħalib u prodotti tal-ħalib in segwitu għar-Regolament (KE) Nru 2535/2001, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ta’ l-Estonja, ta’ Ċipru, tal-Latvja, tal-Litwanja, ta’ l-Ungerija, ta’ Malta, tal-Polonja, tas-Slovenja u tas-Slovakkja fl-Unjoni Ewropea

    ĠU L 104, 8.4.2004, p. 106–107 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 06/02/2009

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/664/oj

    32004R0664



    Official Journal L 104 , 08/04/2004 P. 0106 - 0107


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 664/2004

    tas-7 ta’ April 2004

    li jippreskrivi miżuri trnsizzjonali in rigward ta’ liċenzi ta’ importazzjoni għall-ħalib u prodotti tal-ħalib in segwitu għar-Regolament (KE) Nru 2535/2001, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ta’ l-Estonja, ta’ Ċipru, tal-Latvja, tal-Litwanja, ta’ l-Ungerija, ta’ Malta, tal-Polonja, tas-Slovenja u tas-Slovakkja fl-Unjoni Ewropea

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWOPEJ,

    Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkonsidrat l-Att ta’ Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ta’ l-Estonja, ta’ Ċipru, tal-Latvja, tal-Litwanja, ta’ l-Ungerija, ta’ Malta, tal-Polonja, tas-Slovenja u tas-Slovakkja, u b’ mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

    Wara li kkonsidrat l-Att ta’ Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ta’ l-Estonja, ta’ Ċipru, tal-Latvja, tal-Litwanja, ta’ l-Ungerija, ta’ Malta, tal-Polonja, tas-Slovenja u tas-Slovakkja u b’ mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,

    Billi:

    (1) Il-Kapitolu I, Taqsima 2, tat-Titolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 ta’ l-14 ta’ Diċembru 2001 li jippreskrivi regoli detaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 in rigward ta’ l-arranġamenti għall-importazzjoni tal-ħalib u prodotti tal-ħalib u l-ftuħ ta’ kwoti tat-tariffi [1] li jippreskrivi dispożizzjonijiet speċifiċI dwar l-approvazzjonita’ applikanti għal liċenzi ta’ importazzjoni. Sabiex jiġi żgurat aċċess għal operaturi mir-Repubblika Ċeka, mill-Estonja, minn Ċipru, mil-Latvja, mil-Litwanja, mill-Ungerija, minn Malta, mill-Polonja, mis-Slovenja u mis-Slovakkja(Stati Membri ġodda) biex jimportaw liċenzi sa mid-data ta’ l-adeżjoni ta’ dawk il-pajjiżi fl-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu adottati miżuri transitorji.

    (2) Għall-perjodu mill-1 ta’ Mejju sat-30 ta’ Ġunju 2004, operaturi mill-Istati Membri l-ġodda għandhom jitħallew japplikaw għal liċenzi ta’ importazzjoni taħt kwoti tat-tariffi kif imsemmija fl-Annessi għar-Regolament (KE) Nru2535/0221 mingħajr approvazzjoni minn qabel. Għandhom jipprovaw l-istatus tagħhom u jipprovaw li ħadmu regolarment bħala negozjanti. Ir-rigward il-ħtieġa tal-prova dwar l-andament kummerċjali tagħhom, l-applikanti fl-Istati Membri l-ġodda għandhom jitħallew jikkonsidraw mhux biss il-kummerċ mal-Komunità iżda ukoll il-kummerċ mal-pajjiżi kollha terzi. Għandu jkollhom l-opportunità jagħżlu bħala s-sena ta’ referenza għan-negozju s-sena 2002 minflok is-sena 2003 jekk jistgħu jippruvaw illi ma setghux jimportaw jew jesportaw il-kwantitajiet meħtieġa ta’ prodotti tal-ħalib matul is-sena 2003 minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali. L-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri l-ġodda għandhom sal-15 ta’ Mejju 2004 jgħaddu lill-Kummissjoni lista ta’ operaturi eliġibbli. Sabiex kull applikannt ikun jista’ jiġi identifikat aktar faċilment, u biex jiġi ffaċilitat it-trasferiment tal-liċenzi, id-data li trid tintbagħat lil kull operatur għandha tkun speċifikata. Madanakollu, operaturi eliġibbli fl-Istati Membri l-ġodda għandhom jitħallew jixtru liċenzi ta’ importazzjoni.

    (3) Għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2004 sat-30 ta’ Ġunju 2005 operaturi mill-Istati Membri l-ġodda għandhom jiġu approvati kemm-il darba jagħmlu talba qabel l-1 ta’ Ġunju li tinkludi d-dokumentazzjoni u l-informazzjoni neċessarja, jew kemm-il darba jkunu ġew inkluża fil-lista ta’ operaturi eliġibbli li trid tiġi trasmessa lill-Kummissjoni sal-15 ta’ Mejju 2004.

    (4) Għaldaqstant hu neċessarju illi jingħataw ċerti derogi mir-Regolament (KE) Nru 2535/2001.

    (5) Il-miżuri preskritti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1. B’ deroga mill-Kapitolu I, Taqsima 2 tat-Titolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001, operaturi stabbiliti fir-Repubblika Ċeka, fl-Estonja, f’Ċipru, fil-Latvja, fil-Litwanja, fl-Ungerija, f’Malta, fil-Polonja, fis-Slovenja u fis-Slovakkja (aktar ’ il quddiem imsemmija "Stati Membri ġodda") jistgħu japplikaw għal-liċenzi ta’ importazzjoni għal kwoti li jkopru l-perjodu mill-1 ta’ Mejju sat-30 ta’ Ġunju 2004 mingħajr l-approvazzjoni minn qabel ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li fih huma stabbiliti.

    2. B’ deroga mill-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001, operaturi stabbiliti fl-Istati Membri l-ġodda jistgħu japplikaw għal-liċenzi ta’ importazzjoni għall-kwoti imsemmija fil-paragrafu 1 biss fl-Istati Membri fejn huma stabbiliti.

    Applikazzjonijiet għal liċenzi jkunu ammissibbli biss fejn l-applikant jannetti d-dokumenti segwenti:

    (a) prova illi l-applikant fis-sena 2003 importa u/jew esporta mill-anqas 25 tunnellata ta’ prodotti tal-ħalib koperti mill-Kapitolu 04 tan-Nomenklatura Magħquda f’mill-anqas erba’ operazzjonijiet separati;

    (b) xi dokument u informazzjoni li jissostanzjaw adekwatament l-identità u l-istatus ta’ l-applikant, b’ mod partikolari:

    (i) dokumenti relatati mal-konteġġi tan-negozju u/jew arranġamenti ta’ taxxa mfassla skond il-liġi nazzjonali; u

    (ii) in-numru tal-VAT, jekk il-liġi nazzjonali tipprovdi għal dan;

    (iii) ir-reġistrazzjoni fir-reġistru kummerċjali, jekk il-liġi nazzjonali tipprovdi għal dan.

    Fil-każ ta’ punt (a) tat-tieni subparagrafu, is-sena ta’ referenza għandha tkun is-sena 2002 jekk l-importatur ikkonċernat jista’ jipprova illi hu/hi ma setax/setgħetx j/timporta jew j/tesporta l-kwantitajiet rikjesti ta’ prodotti ta’ ħalib matul l-2003 minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali.

    Għall-iskopijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu, transazzjonijiet ġewwiena u ’l barra ma għandhomx jitqiesu bħala importazzjonijiet jew esportazzjonijiet.

    3. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri l-ġodda għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni sal-15 ta’ Mejju 2004 listi ta’ operaturi li applikaw għal liċenzi ta’ importazzjoni għall-kwoti li jkopru l-perjodu mill-1 ta’ Mejju sat-30 ta’ Ġunju 2004 skond il-paragrafu 1 u li jkunu konformi mal-kondizzjonijiet preskritti fil-paragrafu 2. Dawn il-listi għandhom jiġu stabbiliti skond il-mudell għall-Anness XIV għar-Regolament (KE) Nru 2535/2001, u ssir eċċezzjoni għan-numru ta’ l-approvazzjoni.

    4. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dawn il-listi lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri l-oħra.

    5. B’ deroga mill-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001, liċenzi ta’ importazzjoni maħruġa għal kwoti li jkopru l-perjodu mill-1 ta’ Mejju 2004 sa Ġunju 2004 jistgħu jiġu ttrasferiti biss lil persuni naturali jew legali approvati skond it-Taqsima 2 ta’ dak ir-Regolament u lil persuni naturali jew legali li jidhru fil-listi imsemmija fil-paragrafu 3.

    Artikolu 2

    B’ deroga mill-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001, għall-kwoti li jkopru l-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2004 sat-30 ta’ Ġunju 2005, approvazzjoni għandha tingħata lil:

    (a) operaturi stabbiliti fl-Istati Membri l-ġodda li jissottomettu, qabel l-1 ta’ Ġunju 2004, talba lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn huma stabbiliti,flimkien mad-dokumenti imsemmija fl-Artikolu 1(2); jew

    (b) operaturi stabbiliti fl-Istati Membri l-ġodda li jissottomettu, qabel l-1 ta’ Ġunju 2004, talba lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn huma stabbiliti,u li huma inklużi fil-lista imsemmija fl-Artikolu 1(3).

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ suġġett għal, u fid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ta’ l-Estonja, ta’ Ċipru, tal-Latvja, tal-Litwanja, ta’ l-Ungerija, ta’ Malta, tal-Polonja, tas-Slovenja u tas-Slovakkja.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fis-7 ta’ April 2004.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 341, tat-22.12.2001, p. 29. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 50/2004 (ĠU L 7 tat-13.1.2004, p. 9).

    --------------------------------------------------

    Top