This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004R0658
Commission Regulation (EC) No 658/2004 of 7 April 2004 imposing definitive safeguard measures against imports of certain prepared or preserved citrus fruits (namely mandarins, etc.)
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 658/2004 ta' 7 ta' April 2004 li timponi miżuri ta' salvagwardja definittivi kontra l-importazzjoni ta' ċertu frott taċ-ċitru preparat jew priservat (jiġifieri mandolin, eċċ.)
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 658/2004 ta' 7 ta' April 2004 li timponi miżuri ta' salvagwardja definittivi kontra l-importazzjoni ta' ċertu frott taċ-ċitru preparat jew priservat (jiġifieri mandolin, eċċ.)
ĠU L 104, 8.4.2004, p. 67–94
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 08/11/2007
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32004R0658R(01) | (EN) |
Official Journal L 104 , 08/04/2004 P. 0067 - 0094
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 658/2004 ta' 7 ta' April 2004 li timponi miżuri ta' salvagwardja definittivi kontra l-importazzjoni ta' ċertu frott taċ-ċitru preparat jew priservat (jiġifieri mandolin, eċċ.) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3285/94 tat-22 ta' Diċembru 1994 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 518/94 [1], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 2474/2000 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 7 u 16 tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 519/94 ta' 7 ta' Marzu 1994 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjizi terzi u li jħassar Regolmenti (KE) Nru 1765/82, (KEE) Nru 1766/82 u (KEE) Nru 3420/83 [3], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 427/2003 [4],u b'mod partikolari l-Artikolu 6 u 15 tiegħu, Wara konsultazzjonijiet fil-Kumitat Konsultattiv stabbilit taħt l–L-Artikolu 4 ta' Regolament (KE) Nru 3285/94 u ta' Regolament (KE) Nru 519/94 rispettivament, Billi: 1. PROĊEDURA (1) Fl-20 ta' Ġunju 2003, il-Gvern Spanjol informa l-Kummissjoni li tendenzi fl-importazzjoni ta' frott taċ-ċitru preparat jew priservat (jiġifieri mandolin, eċċ.) deher li kellu bżonn ta' miżuri ta' salvagwardja taħt Regolamenti (KE) Nru. 3285/94 u (KE) Nru 519/94, ta informazzjoni li kellha fiha xiehda li kienet disponibbli kif determinata fuq il-bażi ta' l-Artikolu 10 ta' Regolament (KE) Nru 3285/94 u l-Artikolu 8 ta' Regolament (KE) Nru 519/94, u talab il-Kummissjoni biex tieħu miżuri ta' salvagwardja taħt dawk l-istrumenti. (2) Spanja stqarriet li kien hemm żidiet riċenti, sostanzjali u rapidi fl-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat, kemm fis-sens sħiħ kif ukoll relattivament mal-produzzjoni u l-konsum tal-Komunità. Barra dan, Spanja allegat li ż-żieda fil-volum tal-importazzjonijiet fil-Komunità Ewropea kellha impatt negatiiv fuq il-livell tal-prezz fil-Komunità u fis-suq ta' l-ishma u l-volum mibjugħ mill-produtturi tal-Komunità, li kkaġunalhom danni serji. Spanja nkoraġġiet ukoll l-adozzjoni ta' miżuri ta' salvagwardja tal-Komunità bħala materja ta' urġenza. (3) Il-Kummissjoni informat l-Istati Membri kollha bis-sitwazzjoni u kkonsultat magħhom il-ħtiġijiet u l-kondizzjonijiet ta' l-importazzjoni, tendenzi ta' importazzjoni u l-ħsara serja jew it-thedida għal ħsara u l-aspetti varji tas-sitwazzjoni ekonomika u kummerċjali ma' dak li għandu x'jaqsam mal-prodotti tal-Komunità in kwistjoni. (4) Fil-11 ta' Lulju 2003, il-Kummissjoni tat bidu għal investigazzjoni dwar ħsara serja jew theddida ta' ħsara lil produtturi tal-Komunità li jipproduċu prodotti bħal jew li jikkompetu b'mod dirett mal-prodott importat. (5) Wara investigazzjoni preliminarja, il-Kummissjoni imponiet miżuri ta' salvagwardja provviżorji kontra l-importazzjoni ta' ċertu frott taċ-ċitru preparat jew priservat (jiġifieri mandolin, eċċ) taħt Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1964/2003 [5] ta' 7 ta' Novembru 2003. (6) Il-Kummissjoni kompliet investigazzjoni sħiħa relatata mal-prodott ikkonċernat u ssuġġeriet uffiċjalment lill-produtturi li jesportaw u lill-impurtaturi kif ukoll lill-assoċċjazzjonijiet li jirrapreżentawhom li huma għalhekk ikkonċernati, ir-rappreżentanti ta' pajjiżi li jesportaw u l-produtturi tal-Komunità. (7) Ċerti produtturi li jesportaw, produtturi tal-Komunità u importaturi taw il-kummenti taghħom bil-miktub. Il-partijiet interessati kollha li talbu seduta fil-perjodu ta' żmien stabbilit, u li taw indikazzjoni li x'aktarx se jkunu affettwati bir-riżultat tal-proċeduri legali u li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, kienu mogħtija din is-seduta. Il-kummenti orali u miktubin mogħtija mill-partijiet kienu meqjusa u kkunsidrati biex jintlaħqu s-sejbiet definittivi. Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni li deherilha meħtieġa sabiex tiddetermina b'mod defenittiv il-kas. 2. RIŻULTATI TA' L-INVESTIGAZZJONI 2.1. PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI JEW LI JIKKOMPETI B'MOD DIRETT MIEGĦU 2.1.1. Prodott ikkonċernat (8) Il-prodott li fuqu l-Kummissjoni kienet infurmata li t-tendenzi fl-importazzjoni jidhru li hemm bżonn ta' miżuri ta' salvagwardja huwa ċerti mandolin preparati u priservati (mandolin u satsuma inklużi), klementini, wilkings u ibridi oħra simili ta' ċitru, li ma jkollhomx fihom spirtu miżjud u li jkollhom fihom zokkor miżjud (il-prodott ikkonċernat). (9) Il-prodott ikkonċernat bħalissa huwa kklassifikat f'kodiċijiet NM 20083055 u 20083075. Dawn il-kodiċijiet NM jikkorrespondu mal-prodott ikkonċernat meta ppakkjat b'kontenut nett ta' mhux iktar minn kilo u b'kontenut nett mhux aktar minn kilo rispettivament. (10) L-investigazzjoni uriet li l-prodott ikkonċernat huwa miksub billi tqaxxar u taqsam ċerti varjetajiet ta' frott żgħir taċ-ċitru (l-iktar satsuma) li jkunu mbagħad ippakkjati f'kontenitur ta' ġulepp taz-zokkor (14 sa 16 %). It-tqaxxir u l-qsim jistgħu jsiru bl-idejn jew bil-magna. (11) Il-prodott ikkonċernat huwa magħmul f'piżijiet differenti biex jilħaq id-domanda tas-suq tal-konsumatur u ta' l-industriji tal-forniment u ta' l-ikel. Il-maġġoranza vasta tas-suq tal-konsumatur jittieħed mid-daqs ta' 312 g. piż nett/(175 g xotti), għalkemm is-sehem tal-bejgħ tad-daqs ikbar ta' 850 gr/(480 g) qiegħed jiżdied.. Pakketti ta' daqs ikbar, b'mod partikolari dawk ta' 2,65 kg/(1500 g) u 3,1 kg/(1700 g), huma użati mill-industrija tal-forniment u ta' l-ikel fejn dak ta' 2,65 kg huwa l-iktar popolari. (12) Satsuma, klementini u frott ieħor żgħir taċ-ċitru huma l-iktar magħrufa bl-isem kollettiv ta' "mandolin". Il-maġġoranza ta' dawn il-varjetajiet ta' frott huma addattati biex ikunu użati bħala prodott frisk jew biex issir xarba mill-meraq tal-frott jew bħala prodott tal-bott. Huma simili, tant li mandolin frisk (mandolin u satsuma inklużi), klementini, wilkings u ibridi taċ-ċitru simili kollha jaqgħu taħt kodiċi NM wieħed f'livell ta' sitt numri (080520). (13) Ċerti produtturi li jesportaw semmew li mhux biss mandolin tal-bott, iżda il-frott kollu tal-bott, għandu jitqies bħala prodott wieħed impurtat ikkonċernat. (14) Il-Kummissjoni m'aċċettatx dan l-argument u kkonfermat li hemm differenza bejn mandolin tal-bott u tipi oħra ta' frott tal-bott. Il-frott frisk li jintuża biex isiru tipi oħra ta' frott tal-bott għandhom kodiċijiet differenti fin-Nomenklatura Magħquda (NM) fil-livell ta' sitt numri. Filwaqt li huwa veru li mandolin tal-bott u frott ieħor tal-bott jaqa' fil-kodiċi HS 2008, anki prodotti oħra li huma differenti jagħmlu l-istess. Għalhekk, il-fatt li jaqgħu taħt il-kodiċi HS 2008 m'huwiex fattur importanti fih inniffsu. Filwaqt, li tipi differenti ta' frott tal-bott (kemm ta' varjetà waħda jew taħlita ta' varjetà) għandhom xi ftit karattereistiċi l-istess (eż. jistgħu jibqgħu tajbin biex jittiklu għal tul ta' żmien, jistgħu jkunu priservati f'ġulepp taz-zokkor jew meraq tal-frott) it-togħma, il-materjal, id-daqs, il-forma u kulur tal-prodotti huma differenti u ma jistgħux ikunu mibdula malajr għal mandolin tal-bott. Għalkemm, kollha huma oġġetti ta' l-ikel, l-użu aħħari prinċipali tagħhom huwa ukoll differenti. Barra dan, il-proċess tal-produzzjoni ta' kull prodott huwa differenti (li jiddependi fuq jekk il-frotta għandiex bżonn jew le li tkun imnixxfa, imqaxxra, maqtugħa, imfetta jew issegmentata). (15) Argument ieħor kien li frott preparat u priservat u frott frisk għandhom jitqiesu bħala prodott wieħed importat ikkonċernat. Dak l-argument kien ukoll respint. Frott preprat u priservat jaqa' taħt klassifikazzjoni ta' tariffi differenti minn dik ta' frott frisk fuq livell ta' erba' numri. Frott frisk m'huwiex proċessat u għandu limitu għal tul ta' żmien li jista' jibqa' tajjeb biex jittikel. Ġeneralment huwa jkun maħsul, imqaxxar, jitneħħielu l-għadma, imfettet, maqtugħ jew inkella proċessat mill-utent aħħari. Huwa ġeneralment ikkunsidrat li għandu karatteristiċi differenti bħat-togħma, materjal eċċ minn frott preparat u priservat kif ukoll użu aħħari differenti. (16) Minkejja l-fatt li l-prodott ikkonċernat jista' jkun magħmul minn numru ta' tipi ta' frott taċ-ċitru żgħir li jistgħu jintagħrfu u li jiġu fi kwalitajiet differenti, u li huma ppakkjati f'pakketti immedjati ta' daqsijiet differenti u varjati, l-istħarriġ tal-Kummissjoni jindika li kollha għandhom karatteristiċi fiżiċi, użi u applikazzjonijiet l-istess jew simili. Għalhekk, il-Kummissjoni ddeterminat li l-prodott ikkonċernat jifforma prodott wieħed biss li jaqa' taħt il-kodiċijiet NM relevanti mniżżla hawn fuq. 2.1.2. Prodotti simili jew li jikkompetu b'mod dirett mal-prodott (17) Il-Kummissjoni eżaminat jekk il-prodott magħmul mill-produtturi tal-Komunità (hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejjaħ il-prodott simili) huwa bħall-prodott importat ikkonċernat. (18) Il-prodott ikkonċernat huwa magħmul fi kwalitajiet differenti, ġeneralment b'madwar 10 % jew inqas biċċiet ta' frott maqsum (msejjaħ kwalità "fancy"). L-oħrajn kollha huma msejjħa "standard". Xi wħud mill-esportaturi u importaturi li qegħdin jikkoperaw allegaw li l-mandolin tal-bott li oriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (PRC) kienu ta' kwalità aqwa minn dawk li oriġinaw mill-UE għaliex kienu imqaxxra bl-idejn, u staqrrew li l-importazzjoni mill-PRC is-soltu jkollha persentaġġ inqas ta' biċċiet maqsuma. Madankollu, filwaqt li maġġoranza kbira ta' importazzjoni toriġina fil-PRC, hemm xhieda inkompatibbli ma' dik li hi kwalità/kwalità li tkun innotata tal-prodott ikkonċernat u l-prodott simili u dan l-argument tal-kwalità ma setax ikun issostanzjat: - wieħed mill-importaturi nnegozja prodotti ta' kwalità superjuri u prodotti oħra bi prezz imnaqqas tal-prodott ikkonċernat. Il-verifikazzjoni uriet li fl-2002 huwa xtara kwantitajiet xi ftit ikbar ta' prodott ta' kwalità superjuri minn Spanja milli mill-PRC u importa l-kwantitajiet ta' prodott bi prezz imnaqqas tiegħu mill-PRC, - sabiex jassiguraw il-kwalità tal-prodotti tagħhom u l-ogħla standards tal-iġene, il-produtturi tal-Komunità investew ħafna fi programmi ta' modernizzazzjoni estensiva u l-proċessi tagħhom huma awtomatizzati ħafna. Produtturi tal-Komunità nnotaw li minħabba li kontrolli ta' iġjene huma meqjusa importanti u applikati b'mod rigoruż għal prodotti impurtati waqt il-proċess ta' bottiljar, instabet preferenza minn naħa tal-konsumatur f'xi wħud mill-pajjiżi għal mandolin tal-bott magħmul minn produtturi tal-Komunità. (19) F'dawn iċ-ċirkostanzi, id-determinazzjoni tal-Komunità fuq din il-kwistjoni hi li m'hemmx differenza sinnifikanti kemm fil-kwalità vera jew fil-kwalità li tkun innotata tal-prodott ikkonċernat u dak magħmul mill-produtturi tal-Komunità, għalkemm jeżistu xi differenzi żgħar kemm fil-kwalità vera, kif ukoll fil-kwalità li tkun innotata. (20) Biex laħqet id-deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni kkunsidrat b'mod partikolari s-sejbiet ta' l-investigazzjoni li ġejjin: (a) il-prodott importat u l-prodott tal-Komunità jaqgħu taħt l-istess klassifikazzjoni internazzjonali għal skopijiet ta' tariffi fil-livell ta' kodiċi (sitt numri) HS. Barra dan, għandhom l-istess jew karatteristiċi fiżiċi simili bħat-togħma, daqs, forma u materjal. Kien hemm xi differenzi f'dak li għandu x'jaqsam ma' kwalità imma dawn ma nħassewx mill-konsumaturi. Barra dan, in-nuqqas ta' l-indikazzjoni ta' l-oriġini fuq it-tabella ta' ċerti prodotti importati mibjugħa fis-suq Ewropew jagħmilha diffiċli għal konsumaturi biex jiddistingwu bejn prodott tal-EU u prodott importat; (b) il-prodott importat u l-prodott tal-Komunità kienu mibjugħa permezz ta' mezzi ta' bejgħ simili jew identiċi, informazzjoni fuq il-prezz kienet disponibbli mill-ewwel għax-xerreja u l-prodott ikkonċernat u l-prodott tal-produtturi tal-Komunità kkompetu l-iktar fuq il-prezz; (ċ) il-prodott importat u l-prodott tal-Komunità t-tnejn iservu l-istess użu aħħari jew simili, kienu għalhekk prodotti alternattivi jew li jistgħu jissostituwixxu wieħed lill-ieħor u kienu tali li setgħu jitbiddlu ma' xulxin faċilment; (d) il-prodott importat u l-prodott tal-Komunità kienu t-tnejn innotati mill-konsumaturi bħala prodotti alternattivi biex jissodisfaw ħtieġa jew domanda partikolari, f'dan is-sens id-differenzi identifikati minn ċerti esportaturi u importaturi kienu sempliċiment varjazzjonijiet minimi. (21) Fid-dawl ta' dan li ġej, il-Kummissjoni kkonkludiet li minkejja d-differenzi allegati fil-karatteristiċi u kwalitajiet tal-prodott identifikati f'sottomissjonijiet li ssemmew qabel, il-prodott importat u l-prodott tal-Komunità huma "simili". 2.2. DEFINIZZJONI TAL-PROĊEDURI TAL-KOMUNITÀ (22) Produzzjoni totali tal-Komunità tal-prodott ikkonċernat kienet madwar 40000 tunnellati metriċi waqt l-istaġun ta' bottiljar 2002/03. Il-produzzjoni kollha tal-prodott ikkonċernat fil-Komunità kienet twettqet fi Spanja. (23) It-tmien produtturi (min jibbottilja) fil-Komunità li koperaw fis-sħiħ fl-investigazzjoni huma kollha membri ta' assoċjazzjonijiet inkorporati fil-Federazzjoni Nazzjonali Spanjola ta' l-Assoċjazzjonijiet ta' Frott Ipproċessat u Ħaxix (FNACV). Fis-sena 2002/03, il-produzzjoni totali tal-Komunità tal-prodott ikkonċernat kienet ta' 39600 tunnellata metrika liema 34150 tunnellati metriċi minnhom kienu magħmula mill-produtturi li ssemmew l-ewwel, ekwivalenti għal iktar minn 85 % tal-produzzjoni totali tal-Komunità. Għaldqstant jirrappreżentaw proporzjon maġġuri tal-produzzjoni totali tal-Komunità fis-sens ta' l-Artikolu 5(3)(ċ) ta' Regolament (KE) Nru 3285/94 u l-Artikolu 15(1) ta' Regolament (KE) Nru 519/94. Huma għalhekk ikkunsidrati bħala l-produtturi tal-Komunità għall-iskop ta' din il-proċedura. 3. ŻIEDA FL-IMPORTAZZJONIJIET 3.1. INTRODUZZJONI (24) Il-Kummissjoni investigat jekk il-prodott ikkonċernat huwiex importat fil-Komunità fi kwantitajiet miżjuda ħafna, b'mod sħiħ jew relattiv għal produzzjoni totali tal-Komunità, u/jew skond ħtiġijiet u kondizzjonijiet li jikkawżaw, jew huma ta' riskju li jikkawżaw, ħsara serja għal produtturi tal-Komunità. F'dan is-sens, il-Kummissjoni ffokat fuq importazzjoni tal-prodott ikkonċernat fil-perjodu l-iktar riċenti meta informazzjoni kienet disponibbli. Il-lista hawn isfel turi l-iżvilupp ta' importazzjonijiet għas-snin 1998/99 sa 2002/03. | 1998/99 | 1999/2000 | 2000/01 | 2001/02 | 2002/03 | Importazzjonijiet tal-UE | 16347 | 17573 | 20335 | 44804 | 44813 | Prodotti tal-Komunità | 81869 | 75767 | 60462 | 60329 | 39600 | Importazzjonijiet/Prodotti | 20 % | 23 % | 34 % | 74 % | 113 % | 3.2. VOLUM TA' IMPORTAZZJONI (25) Bejn 1998/99 u 1999/2000, importazzjonijiet żdiedu bejn wieħed u ieħor b' 7 %. Fis-sena ta' wara, ir-rata ta' żieda kibret għal madwar 16 % b'żieda f'importazzjonijiet li waslet għal 20335 tunnellati metriċi f'2000/01. Imbagħad kien hemm importazzjonijiet massivi f'daqqa bejn 2000/01 u 2001/02. Importazzjonijiet żdiedu b'120 % f'sena waħda għal 44804 tunnellati metriċi, iktar minn 2,5 drabi l-livell ta' importazzjoni fl-1998/99. Importazzjonijiet baqgħu fuq l-istess livell bejn wieħed u ieħor fl-istaġun ta' bottiljar 2002/03. Dawn it-tendenzi huma kkonfermati skond l-informazzjoni disponibbli l-iktar riċenti. L-informazzjoni riċenti tindika li l-importazzjoni fl-UE matul 2003 (l-iktar perjodu tard meta l-informazzjoni hija disponibbli) laħqet madwar 54000 tunnellata metrika, u laħqet il-quċċata fl-aħħar kwart tas-sena b'importazzjonijiet ta' iktar minn 17000 tunnellata metrika minkejja li miżuri ta' salvagwardja temporanji kienu introdotti fid-9 ta' Novembru 2003. (26) Relattivament mal-produzzjoni totali tal-Komunità, importazzjonijiet żdiedu minn 20 % fl-1998/99 għal 34 % f'2000/01, għal 74 % f'2001/02, u 113 % f'2002/03. Dawn it-tendenzi huma kkonfermati mill-informazzjoni l-iktar riċenti. 3.3. SEHEM TAS-SUQ MEĦUD MILL-IMPORTAZZJONIJIET | 1998/99 | 1999/00 | 2000/01 | 2001/02 | 2002/03 | Sehem tas-suq meħud mill-importazzjonijiet | 20 % | 24 % | 31 % | 56 % | 62 % | (27) Is-sehem tas-suq meħud mill-importazzjonijiet żdied bejn l-1998/99 u l-2000/01 minn 20 sa 31 %, qabel ma kważi irdoppja għal 56 % fl-2001/02. Is-sehem tas-suq meħud mill-importazzjonijiet reġa żdied għal 62 % tal-konsum fl-2002/03. Il-konklużjoni tal-Kumissjoni hija li ż-żiedit fil-passat riċenti jistgħu jkunu meqjusa li seħħu malajr, f'daqqa u huma sinnifikanti meta tqabbilhom ma' l-iżviluppi fi staġuni ta' bottiljar ta' qabel. 4. PREZZIJIET TA' L-IMPORTAZZJONIJIET Egħjun: Eurostat. | 1998/99 | 1999/2000 | 2000/01 | 2001/02 | 2002/03 | Prezz EUR/tunnellta | 631 | 670 | 792 | 691 | 605 | (28) Il-prezz medju (cif, fruntiera tal-UE) tal-prodott importat żdied b'6 % bejn l-1998/99 u l-1999/2000, u imbagħad bi 18 % iktar bejn l-1999/2000 u l-2000/01, qabel ma naqas bi 13 % fl-2001/02 għal 691 EUR/tunnellata. Prezzijiet ta' livell ġenerali komplew jonqsu fl-2002/03 sa ma laħqu EUR 605. Il-Kummissjoni nnotat li, għalkemm prezzijiet żdiedu fl-2000/01, iż-żieda maġġuri fl-importazzjonijiet seħħet fl-2001/02 fuq sfond ta' tnaqqis fil-prezzijiet u li prezzijiet komplew jonqsu fl-2002/03 (bi 12 %). (29) It-tendenza ‘l isfel fil-prezzijiet hija kkonfermata iżjed bl-informazzjoni disponibbli l-iktar riċenti. Informazzjoni aġġornata mogħtija minn importaturi dwar l-evoluzzjoni ta' prezzijiet ta' importazzjoni u bejgħ mill-ġdid u kwantitajiet fil-perjodu April 2003 sa Diċembru 2003 tindika li prezzijiet naqqsu bi 13,5 % iktar f'dak il-perjodu. Minħabba li esportaturi ta' mandolin tal-bott huma invojsjati f'dollari Amerikani, it-tnaqqis fid-dollaru Amerikan mal-euro ta s-sehem tiegħu għal tnaqqis iktar fil-prezz. Ir-rata tal-kambju kienet ta' medja ta' USD 1,15: EUR fil-perjodu Aprill 2003 sa Diċembru 2003 ma' USD 1,08: EUR fil-perjodu 2002/02, tnaqqis ta' 6,6 %. Peress li t-tnaqqis tal-prezz ġenerali ammonta għal 13,5 %, jidher li dan it-tnaqqis mhuwiex totalment kaġun tal-movimenti fir-rata tal-kambju imma ukoll tnaqqis fil-prezz reali matul ix-xhur ta' qabel u ftit wara l-imposizzjoni ta' miżuri temporanji. (30) Meta wieħed jagħmel stima ta' kif x'aktarx ħa jkunu tendenzi tal-prezz fil-futur, il-Kummissjoni nnotat ukoll li l-kummerċjant tas-satsuma li huwa wieħed minn ta' l-ewwel fis-suq fil-Ġermanja baxxa l-prezz ta' landa standard ta' 314ml minn 0,35 EUR għal 0,29 EUR mill-5 ta' Jannar 2004 (i.e. wara l-imposizzjoni ta' miżuri temporanji). 5. ŻVILUPPI MPREVISTI (31) Fl-aħħar 5 snin, ġrat sekwenza ta' ġrajjiet li wasslet għal żieda f'daqqa fl-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat, b'mod partikolari minn PRC. Din is-sekwenza ta' ġrajjiet ma setgħetx tkun prevista fiż-żmien tal-konklużjoni ta' l-Urugwaj round. Wieħed għandu jinnota li l-analiżi tiffoka fuq PRC, peress li iktar minn 98 % ta' l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat fl-UE huwa ta' oriġini Ċiniża. (32) Sa nofs l-1990ijiet, il-kapaċità ta' PRC biex tipproduċi l-prodott ikkonċernat kienet kbira biżżejjed biex tilħaq id-domanda domestika u tesporta għas-suqijiet maġġuri u l-iktar li jagħmlu profitt jiġifieri l-Ġappun u l-Istati Uniti tal-Amerika (il-Kosta tal-Punent). Esportazzjonijiet miċ-Ċina kienu fuq livell baxx u relattivament stabbli. (33) Il-lista hawn taħt tniżżel stimi ta' konsum madwar id-dinja kollha u tal-kapaċità tal-produzzjoni tal-PRC, produzzjoni, esportazzjonijiet u konsum domestiku għall-istaġuni ta' bottiljar 1998/99 sa l-2002/03 fuq bażi ta' indiċi fejn konsum ta' madwar id-dinja fl-1998/99 kienet stmata ekwivalenti għal 100. Egħjun: Eurostat u informazzjoni oħra disponibbli għall-pubbliku kif ukoll informazzjoni mogħtija fl-investigazzjoni. L-informazzjoni qiegħda f'forma ta' indiċi għaliex il-parti li tat l-informazzjoni Ċiniża tablet li din tkun ittrattata b'mod kunfidenzali. | 1998/99 | 1999/2000 | 2000/01 | 2001/02 | 2002/03 | Konsum madwar id-dinja kollha | 100 | 115 | 113 | 137 | 141 | Kapaċità ta' produzzjoni Ċiniża | 70 | 96 | 113 | 139 | 148 | Produzzjoni Ċiniża | 57 | 82 | 86 | 109 | 124 | Konsum domestiku Ċiniż | 5 | 9 | 12 | 16 | 20 | Esportazzjonijiet totali Ċiniżi (stima) | 48 | 65 | 70 | 96 | 104 | (34) Fl-1998/99, il-konsum domestiku Ċiniż kien 5, filwaqt li l-kapaċità ta' produzzjoni kienet 70, bi produzzjoni li filfatt saret 57 (b'eċċessività kbira għal dak li kien meħtieġ biex isir provvediment għal ħtiġijiet domestiċi). Sa l-2002/03, il-konsum Ċiniż domestiku żdied għal 20, imma il-kapaċità ta' produzzjoni Ċiniża żdiedet għal 148, bi produzzjoni li filfatt saret ta' 124 (88 % tal-konsum stmat madwar id-dinja). Għalkemm il-konsum Ċiniż kien qiegħed jiżdied rapidament, jibqa' baxx f'termini reali. Filwaqt li l-konsum madwar id-dinja kien qiegħed jiżdied, dan sar gradwalment (b'madwar 7 % fis-sena). F'dawn iċ-ċirkustanzi, ma kienx previst li l-kapaċità ta' produzzjoni Ċiniża kienet se togħla b'16 % fis-sena u tiskorri l-konsum madwar id-dinja sa l-2002/03, bl-ebda wisa' għal prodotti oħra. Kif il-konsum domestiku ta' PRC żdied għal 20 biss, iż-żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni Ċiniża u produzzjoni żiedet il-pressjoni fuq PRC b'mod ċar biex tesporta kwantitajiet kbar ħafna (u filfatt, fil-perjodu kkunsidrat, esportazzjonijiet iktar minn irduppjaw minn 48 għal 104). Dawn il-figuri jistgħu jingħataw kuntest billi wieħed jikkunsidra li esportazzjonijiet Ċiniżi fl-2002/03 kienu iktar minn tlett darbiet it-total tal-konsum stmat fil-Komunità Ewropea f'dik is-sena. (35) Jidher li l-kwistjoni kummerċjali bejn l-UE u l-Istati Uniti fuq ormoni fil-laħam kienet ukoll fattur fiż-żieda fl-esportazzjonijiet Ċiniżi għal UE. Il-lista tal-prodotti li l-Istati Uniti ta' l-Amerika pproponiet li tagħmel suġġett għal miżuri ta' ritaljazzjoni skond dik il-kwistjoni inkludiet il-prodott ikkonċernat. Dan jidher li kien innotat minn produtturi Ċiniżi bħala opportunità biex iżżid sostanzjalment l-esportazzjonijiet tagħhom lejn l-Istati Uniti ta' l-Amerika minnflok il-prodott tal-UE, u ħajjar espansjoni konsiderevoli tal-kapaċità tal-bottiljar Ċiniża.. Madankollu, l-opportunità qatt ma ġiet fis-seħħ, u PRC ħabtet wiċċha ma' kapaċità eċċessiva sinnifikanti għal liema kellha ssib soluzzjonijiet alternattivi. Is-suq l-iktar attraenti deher li kien l-UE, u PRC żiedet b'mod massiv l-esportazzjonijiet tagħha lejn is-suq tal-UE. (36) Il-politika monetarja Ċiniża, li fiha il-wan inżamm mad-Dollaru Amerikan għal madwar 8,28 yuan/USD, minkejja differenzi li nħassu fil-valur relattiv taż-żewġ muniti, inkoraġġiet ukoll esportazzjonijiet. Din għamlitha iktar probabbli li l-prodott ikkonċernat ikun esportat, iktar milli mibjugħ fis-suq domestiku Ċiniż. Barra dan, wara t-tnaqqis mhux mistenni fil-valur tad-dollaru Amerikan meta mqabbel mal-euro minn Ottubru 2000, il-wan tilef il-valur meta mqabbel mal-euro, jagħmel għalhekk is-suq Ewropew iktar attraenti għall-esportaturi Ċiniżi. (37) Fl-aħħar, hija l-analiżi tal-Kummissjoni li l-iżviluppi imprevisti li kkaġunaw żieda fl-importazzjonijiet għal Komunità jikkonsistu f'numru ta' fatturi f'daqqa: iż-żieda bla preċedent fil-kapaċità tal-produzzjoni Ċiniża li wasslet għal pressjoni għolja fl-esportazzjoni; il-possibilità li l-miżuri ta' ritaljazzjoni ta' l-Istati Uniti fil-kwistjoni tal-ormoni jeskludu il-prodott tal-UE mill-Istati Uniti, b'hekk iħajjru żieda fil-kapaċità tal-PRC u konsegwentament fil-produzzjoni; bdil fil-preferenza tal-konsumatur mill-2001 ‘l quddiem u l-politika ta' rata tal-kambju tal-Gvern Ċiniż flimkien mat-tnaqqis mhux mistenni tad-dollaru Amerikan minn Ottubru ta' l-2000. Din il-ġabra ta' fatturi, li kienet imprevista b'mod ċar fl-aħħar ta' l-Urugwaj round, ħolqot il-kondizzjonijiet għal żieda bla preċedent fl-importazzjoni lejn il-Komunità. 6. ĦSARA SERJA 6.1. INTRODUCTION (38) Sabiex issir determinazzjoni definittiva fuq jekk hemmx ħsara serja għall-produtturi tal-Komunità tal-prodott simili, i.e. indeboliment ġenerali u sinnifikanti fil-posizzjoni tal-produtturi tal-Komunità, il-Kummissjoni iffinalizzat il-valutazzjoni tagħha tal-fatturi kollha relevanti ta' natura objettiva u li tista' tingħatalha kwantità li jkollha effett fuq is-sitwazzjoni tal-produtturi tal-Komunità. B'mod partikolari, għal prodott ikkonċernat, il-Kummissjoni għamlet valutazzjoni fuq l-iżvilupp tal-kapaċità tal-produzzjoni, il-produzzjoni, l-utilizazzjoni tal-kapaċità, impiegi, produttività, likwidità, redditu fuq il-kapital imħaddem, użu ristrett, ħażniet, konsum, bejgħ, sehem tas-suq, prezz, it-tniżżil taħt il-prezz u l-profitt għall-istaġuni ta' l-1998/99 sa l-2002/03. (39) Analiżi tal-konsum tal-Komunità, għalkemm mhux f'indikazzjoni ta' kemm qed issir ħsara, qiegħda tingħata ukoll. 6.1.1. Konsum | 1998/99 | 1999/2000 | 2000/01 | 2001/02 | 2002/03 | Konsum (t) | 80065 | 74056 | 65676 | 80960 | 72843 | (40) Konsum tal-prodott ikkonċernat fil-Komunità kien stabbilit fuq il-bażi tal-bejgħ totali magħmul mill-produtturi tal-Komunità u produtturi ohra tal-KE u t-total tal-importazzjoni tal-prodott koncernat fil-Komunità kif rappurtat mill-Eurostat. (41) Bejn l-1998/99 u l-2000/01, konsum fil-Komunità niżel bi 18 % minn 80065 tunnellati metriċi għal 65676 tunnellati metriċi. Bejn l-2000/01 u l-2001/02, kiber bi 23 % biex jilħaq l-iktar livell għoli tiegħu għal perjodu li fih kien eżaminat (80960 tunnellati metriċi). Fl-istaġun l-iktar riċenti (2002/03) kien hemm tnaqqis ta' 10 % fil-konsum meta mqabbel ma' l-2001/02, b'konsum eqreb lejn il-livell ġenerali tiegħu għall-perjodu ta' konsiderazzjoni (74720 tunnellati metriċi fis-sena). 6.1.2. Kapaċità ta' produzzjoni u utilizzazzjoni tal-kapaċità | 1998/99 | 1999/2000 | 2000/01 | 2001/02 | 2002/03 | Kapaċità (t) | 126760 | 129260 | 129260 | 129260 | 129260 | Utilizzazzjoni tal-kapaċità | 65 % | 59 % | 47 % | 47 % | 31 % | (42) Il-Kummissjoni analizzat il-kapaċità ta' produzzjoni tal-produtturi tal-Komunità fuq il-bażi ta' kapaċitajiet ta' produzzjoni ta' staġun kollu (1 ta' Ottubru sat-30 ta' Settembru fis-sena ta' wara). Il-prodott simili huwa manifatturat minn Novembru sa Frar b'użu ta' faċilitajiet tal-produzzjoni li ftit minnhom jistgħu jintużaw biex ikun proċessat frott u ħaxix ieħor matul il-kumplament ta-sena. Madankollu, minn Novembru sa Frar m'hemm l-ebda frott u ħaxix ieħor disponibbli għall-ipproċessar fir-reġjuni kkonċernati (Valenzia u Murcia, Spanja). (43) L-investigazzjoni kkonfermat li l-kapaċità ta' produzzjoni teoretika stmata b'mod ġenerali baqgħet stabbli fil-perjodu ta' l-investigzzjoni b'żieda waħda żgħira (ta' 2 %) irrekordjata bejn 1998/99 u 1999/2000. (44) L-utilizzazzjoni ta' kapaċità waqgħet bejn 1998/99 u 1999/2000 minn 65 għal 59 %. Dan it-tnaqqis huwa spjegat b'mod parzjali biż-żieda ta' 2 % fil-kapaċità f'dik is-sena, imma il-parti l-kbira hija spjegata bi tnaqqis fil-produzzjoni ta' 7,5 % minn 81869 tunnellati metriċi għal 75767 tunnellati metriċi. L-utilizzazzjoni ta' kapaċità naqqset bi 12-il punt fil-mija iktar fl-2000/01 (għal 47 %). Baqgħet stabbli fis-sena ta' wara imma imbagħad naqqset għal 31 % (naqqsa ta' 16-il punt fil-mija) fl-2002/03. It-tnaqqis fl-utilizzazzjoni, mill-1999/2000 ‘il quddiem, jirrifletti t-tnaqqis fil-produzzjoni fl-istess perjodi. 6.1.3. Produzzjoni totali tal-Komunità | 1998/99 | 1999/2000 | 2000/01 | 2001/02 | 2002/03 | Produzzjoni (t) | 81869 | 75767 | 60462 | 60329 | 39600 | (45) Produzzjoni totali tal-Komunità naqqset bejn l-1998/99 u 2001/02 minn 81869 tunnellati metriċi għal 60329 tunnellati metriċi. Minn dak inhar ‘l hemm, il-produzzjoni naqqset bi 35 % iktar fl-istaġun 2002/03 għal l-inqas livell tagħha fil-perjodu li qiegħed ikun eżaminat. (46) It-tendenza fil-produzzjoni hija kkonfermata bl-informazzjoni disponibbli l-iktar riċenti (2003/04) li jindikaw tnaqqis ieħor fil-produzzjoni għal 26165 tunnellati metriċi (informazzjoni parzjali). Il-produtturi tal-Komunità ma jistgħux jinvestu u jikkommettu ruħhom li jipproduċu kemm-il darba ma jkollhomx ordnijiet bil-quddiem mill-klijenti maġġuri tagħhom. Madankollu, ma jistgħux jiksbu dawn l-ordnijiet għaliex ma jistgħux jikkompetu fuq il-prezzijiet. 6.1.4. Impieg | 1998/99 | 1999/2000 | 2000/01 | 2001/02 | 2002/03 | Impieg (tmiem tal-perjodu) | 2502 | 2441 | 2462 | 2419 | 2343 | (47) Impieg b'mod relattiv mal-prodott ikkonċernat naqas fl-1999/2000. Imbagħad irkupra ftit fl-2000/01 qabel ma reġa' naqas iktar fl-2001/02 u l-2002/03. Barra it-tnaqqis fl-impieg irrekordjat mill-produtturi tal-Komunità, kien hemm ukoll tnaqqis fl-impieg tal-bottiljar tal-mandolin fil-Komunità matul il-perjodu ta' ħames snin minħabba li xi wħud mill-produtturi involuti fil-bottiljar tal-prodott ikkonċernat fil-Komunità waqqfu din l-attività qabel il-ftuħ ta' l-investigazzjoni tas-salvagwardja. Wieħed għandu jinnota li l-maġġoranza l-kbira tal-għadd ta' nies impjegati hija rappreżentata minn ħaddiema ta' l-istaġun. Għal din ir-raġuni, din il-lista għandha tkun ikkunsidrata flimkien mal-lista li ġejja dwar is-sigħat li nħaddmu. 6.1.5. Sigħat maħduma u produttività | 1998/99 | 1999/2000 | 2000/01 | 2001/02 | 2002/03 | Sigħat maħduma | 944000 | 985000 | 823000 | 861000 | 625000 | Produttività (sigħat maħduma/tunnellata metrika) | 15,9 | 16,8 | 15,6 | 16,8 | 17,7 | (48) Stampa iktar ċara tal-impatt fuq l-impieg mill-produtturi tal-Komunità tidher mis-sigħat maħduma, li jinkludu l-impieg tal-ħaddiema ta' l-istaġun. In-numru ta' sigħat maħduma ukoll jipprovdu bażi aktar preċiża biex titkejjel il-produttività milli n-numru tal-impjegati. (49) B'mod ġenerali, tnaqqis sod fin-numru ta' sigħat maħduma jista' jkun osservat, bi tnaqqis minn 861000 għal 625000, tnaqqis ta' 27 % fil-perjodu l-iktar riċenti. Il-produttività naqqset daqsxejn bejn l-1998/99 u l-2001/02 minn 15,9 sigħat maħduma għal kull tunnellata metrika manifatturata għal 16,8 sigħat maħduma, u naqqset iktar għal 17,7 sigħat fl-aħħar staġun (2002/03). Wieħed għandu jinnota li differenzi fil-produttività huma l-iktar dovut għal produzzjoni tal-prodott frisk. 6.1.6. Likwidità u redditu fuq il-kapital imħaddem (ROCE) Sena finanzjarja | 1998 | 1999 | 2000 | 2001 | 2002 | Likwidità (indiċi: 1999 = 100) | 2 | 100 | 80 | 116 | -4 | ROCE | 15,1 | 18,9 | 9,3 | 9,8 | 8,1 | (50) Likwidità u ROCE setgħu jkunu biss eżaminati fuq il-livell ta' kumpanniji li kkoperaw bejniethom u li pproduċew il-prodott ikkonċernat (iktar milli b'mod relattiv għal prodott ikkonċernat) u jidhru skond snin tal-kalendarju. Dawn l-elementi ta' indikazzjoni huma għalhekk inqas sinnifikat minn elementi oħra ta' indikazzjoni. Madankollu, jidher li likwidità u ROCE naqqsu sostanzjalment fl-aħħar perjodu riċenti. 6.1.7. Il-volum tal-bejgħ | 1998/99 | 1999/2000 | 2000/01 | 2001/02 | 2002/03 | Il-volum tal-bejgħ fil-Komunità (t) | 63718 | 56483 | 45341 | 36156 | 28030 | (51) Bejgħ fil-Komunità tal-prodott simili mill-produtturi tal-Komunità niżel minn 63718 tunnellati metriċi għal 45341 tunnellati metriċi bejn l-1998/99 u l-2000/01, li tirrifletti it-tnaqqis fil-konsum u ż-żieda fl-importazzjonijiet f'dak il-perjodu. Madankollu, minkejja żieda fil-konsum fis-sena ta' wara, il-bejgħ baqa' jonqos bejn l-2000/01 u l-2001/02 (b'20 %) sa ma laħaq 36156 tunnellati metriċi, hekk kif l-importazzjonijiet iktar minn irduppjaw għal 44804 tunnellati metriċi. Dan jirrifletti d-dominanza ta' l-importazzjoni fis-suq li qiegħda dejjem tiżdied. Fil-perjodu l-iktar riċenti, il-bejgħ kompla jonqos sa 28030 tunnellati metriċi fl-2002/03, l-iktar livell baxx fl-istorja li jirrapreżenta tnaqqis ta' 56 % f'erba' snin. 6.1.8. Sehem tas-suq | 1998/99 | 1999/2000 | 2000/01 | 2001/02 | 2002/03 | Sehem fis-suq | 79 % | 76 % | 69 % | 44 % | 38 % | (52) Is-sehem tas-suq tal-produtturi tal-Komunità niżel minn 79 għal 69 % bejn l-1998/99 u l-2000/01, għal 44 % fl-2001/02 u għal 38 % fl-2002/03. It-tnaqqis sostanzjali f'dawn l-aħħar żewġ staġuni juri ż-żieda tal-penetrazzjoni fis-suq ta' importazzjonijiet f'dawk il-perjodi, li seħħew minkejja l-fatt li l-produtturi tal-Komunità baxxew il-prezzijiet bi 17 % bejn 2000/01 u l-2001/02 u 6 % iktar fl-2002/03. (53) It-tnaqqis tal-prezzijiet u t-telf tas-sehem fis-suq seħħew flimkien b'riżultat li naqqsu l-profitt tal-produtturi tal-Komunità (diskussi hawn isfel). 6.1.9. Prezz tal-prodott simili u l-bejgħ taħt il-prezz | 1998/99 | 1999/2000 | 2000/01 | 2001/02 | 2002/03 | Prezzijiet ta' unità tal-bejgħ tal-Komunità (EUR/tunnellata metrika) | 826 | 790 | 925 | 827 | 781 | Prezzijiet ta' unità ta' esportazzjonijiet Ċiniżi kif ukoll dazju (EUR/tunnellata metrika) [6] | 732 | 773 | 910 | 790 | 691 | Bejgħ taħt il-prezz (EUR/tunnellata metrika) | 94 | 17 | 15 | 37 | 90 | Bejgħ taħt il-prezz | 11 % | 2 % | 2 % | 4 % | 12 % | (54) Il-prezz medju tal-prodott simili niżel bejn l-1998/99 u l-1999/2000 imma rkupra fl-2000/01, bill żdied bi 17 % għal EUR 925 għal kull tunnellata metrika. Il-prezz medju reġa naqas għal EUR 827 għal kull tunnellata metrika fl-2001/02, u reġa naqas għal EUR 781 għal kull tunnellata metrika fl-2002/03. (55) Sabiex ikun iddeterminat il-livell tal-bejgħ taħt il-prezz, informazzjoni fuq il-prezz kienet eżaminata għal perjodi li setgħu jkunu mqabblin, fl-istess livell ta' kummerċ u għal bejgħ lill-klijenti simili. Meta wieħed jibbaża fuq paragun ta' prezzijiet ta' livell ġenerali ta' persuni li kienu ħaddiema qabel, li jżommu produtturi tal-Komunità u dawk ta' produtturi li jesportaw lill-impurtaturi tal-Komunità (cif fruntiera tal-UE dazju inkluż), prezzijiet tal-lokal tniżżlu taħt in-normal fil-ħames perjodi li kienu eżaminati bejn 2 u 12 %. 6.1.10. Profitt | 1998/99 | 1999/2000 | 2000/01 | 2001/02 | 2002/03 | Profitt/telf nett fuq bejgħ tal-Komunità | 4,0 % | 0,5 % | 6,8 % | -1,7 % | -4,3 % | (56) Il-profitt tal-bejgħ tal-produtturi tal-Komunità varja b'mod sinnifikanti fil-perjodu ta' ħames snin li kien eżaminat. Il-profitt l-iktar baxx kien irrekordjat fl-2001/02 u fl-2002/03, u l-ogħla fl-2000/01. Fl-2002/03, hekk kif l-importazzjonijiet żdiedu għall-ogħla livell fil-perjodu li kien eżaminat, il-prezz medju ta' l-importazzjonijiet niżel għal EUR 605 għal kull tunnellata metrika u l-prezz medju tal-prodott tal-Komunità niżel għal EUR 781 għal kull tunnellata metrika. Dan it-tnaqqis fil-prezzijiet, meta meħud mat-tnaqqis fil-volum tal-bejgħ, seħħ fl-istess żmien meta l-profitt tal-produtturi tal-Komunità niżżlet minn 6,8 % għal (- 1,7 %) fl-2001/02 u din it-tendenza kompliet għal sitwazzjoni fejn it-telf kien agħar (- 4,3 %) fl-2002/03. (57) Bejgħ taħt il-prezz jirrifletti l-limitu li l-prezz tal-prodott importat huwa iktar baxx mill-prezz li l-produtturi tal-Komunità għandhom jippretendu li ħa jakkwistaw f'sitwazzjoni li ma tkunx ta' ħsara. Il-livell tal-bejgħ taħt il-prezz kien ikkalkulat fuq il-bażi tal-prezz medju meqjus li ma jikkawżax danni għal kull tunnellata metrika tal-prodott tal-Komunità. Dan il-prezz kien ikkalkulat billi tittieħed l-ispiża tal-produzzjoni għal prodott tal-Komunità (irranġat biex jittieħdu fil-kunsiderazzjoni l-ispiża għat-trasport biex ikun assigurat li sar paragun xierqa mal-importazzjonijiet imwassla sal-qasam ġeografiku maġġuri tal-konsum) ma' liema kien miżjud marġni ta' profitt ta' 6,8 %. Dan il-marġni ta' profitt kien meqjus raġonevoli għaliex jirreferi għal profitti tal-produtturi tal-Komunità f'sitwazzjoni normali ta' kummerċ li mhiex affettwata b'żieda qawwija u immedjta fl-importazzjonijiet. Dan il-prezz li ma jikkaġuna l-ebda ħsara kien imqabbel mal-prezz medju meqjus għal kull tunnellata metrika tal-prodott impurtat u ikkonċernat matul il-perjodu April sa Diċembru 2003, fuq l-istess livell ta' kummerċ, cif fruntiera tal-Komunità, dazju, spejjeż ta' wara l-importazzjoni u bil-profit tal-importatur miżjuda. Id-differenza bejn dawn iż-żewġ prezzijiet kienet espressa bħala persentaġġ tas-cif/prezz tal-fruntiera tal-Komunità tal-prodott impurtat, u rriżulta f'bejgħ taħt il-prezz ta' 57,9 %. 6.1.11. Ħażniet | 1998/99 | 1999/2000 | 2000/01 | 2001/02 | 2002/03 | Stokk ta' l-għeluq (t) | 13016 | 10628 | 11205 | 17279 | 11069 | (58) Il-livelli tal-ħażniet waqa' bejn l-1998/99 u l-2000/01, imma imbagħad żdied b'mod sinnifikanti fl-2001/02 qabel ma reġgħu niżlu fl-2002/03 fil-livell tagħhom fl-2000/01, minħbba li l-produtturi tal-Komunità naqqsu l-livelli għoljin tal-ħażniet tagħhom permezz ta' qtugħ fil-produzzjoni. Iż-żieda fil-ħażna bejn l-2000/01 u l-2001/02 ħabtet ma' tnaqqis fil-volum tal-bejgħ tal-produtturi tal-Komunità fil-Komunità ta' 20 %, u nstab li dan seħħ l-iktar minħabba t-tnaqqis fil-volum tal-bejgħ. 6.1.12. Konklużjoni (59) L-informazzjoni turi li filwaqt li l-kapaċità tal-produzzjoni żdiedet daqsxejn fil-bidu tal-perjodu li kien eżaminat, hemm żvilupp negattiv għall-utilizzazzjoni tal-kapaċità, produzzjoni, impieg, produttività, il-likwidità u ROCE. B'mod ġenerali, qabel l-isfond tal-konsum li kien naqas għal sentejn u irkupra għal livell l-iktar viċin li kellu qabel, qabel ma reġa naqas fl-2002/03, l-informazzjoni turi żvilupp negattiv għal bejgħ, sehem tas-suq, prezzijiet u profitt kemm fl-2001/02 kif ukoll fl-2002/03. Kien hemm żieda fil-ħażniet fl-2001/02, imma dawn marru lura għal-livell li kellhom qabel fl-2002/03. (60) B'mod partikolari, il-Kummissjoni tinnota li filwaqt, fl-2001/02, l-importazzjonijiet iktar minn irduppjaw (44804 tunnellati metriċi), il-volum tal-bejgħ tal-produtturi tal-Komunità fil-Komunità laħaq livell baxx (36156 tunnellati metriċi) u l-profitt tal-produtturi tal-Komunità naqas għal (- 1,7 %). Dan ġara meta fl-istess ħin kien hemm żieda fil-konsum f'dik is-sena. Kontra ta' dan l-isfond, filwaqt li wieħed seta' jistenna li l-importazzjonijiet ħa jsegwu l-livell tal-konsum u li l-prezzijiet ħa jsiru aktar għaljin, l-importazzjonijiet iktar minn irduppjaw u l-prezz kemm tal-prodott importat kif ukoll ta' dak li kien immanifatturat mill-produtturi tal-Komunità naqas. (61) Barra dan, fl-2002/03, għalkemm il-konsum waqa' b'10 % ma kienx hemm tnaqqis fil-livell tal-importazzjonijiet u l-impatt maġġuri tat-tnaqqis fil-konsum kien soffert mill-produtturi tal-Komunità liema bejgħ tnaqqsilhom bi 22 % filwaqt li l-prezzijiet tagħhom naqqsu b'6 %. Dan, flimkien ma' reviżjoni ta' ħażniet totali mis-sena ta' qabel ħolqot il-ħtieġa ta' tnaqqis sinnifikanti fi produzzjoni mill-produtturi tal-Komunità. (62) Dawn il-fatturi f'daqqa huma riflessi fl-indikaturi ta' l-ekonomija relatati mal-produtturi tal-Komunità. Il-produtturi tal-Komunità tilfu sehem mis-suq, li laħaq il-livell l-iktar baxx fl-2002/03. Huma soffrew ukoll tnaqqis fil-bejgħ sħiħ kemm fl-2001/02 kif ukoll fl-2002/03. Riżultat ta' dan, kienu mġegħlin inaqqsu il-produzzjoni f'kull waħda minn dawn is-snin. Minħabba f'hekk, il-kapaċità tagħhom ta' l-utilizzazzjoni waqgħet kemm fl-2001/02 kif ukoll fl-2002/03. Il-produttività u l-impieg ukoll waqgħu kemm fl-2001/02 kif ukoll fl-2002/03. L-effett totali tat-tnaqqis fil-volum tal-bejgħ u prezzijiet tal-Komunità huwa tnaqqis fl-introjtu tal-bejgħ tal-produtturi tal-Komunità b'29 % minn EUR 41,9 milljuni fl-2000/01 għal 29,9 milljuni fl-2001/02 u EUR 21,9 milljun fl-2002/03. Fl-istess ħin, il-profitt tal-produtturi tal-Komunità niżel minn 6,8 % għal (- 1,7 %) fl-2001/02 u (- 4,3 %) fl-2002/03. (63) Billi tieħu fil-kunsiderazzjoni dawn il-fatturi kollha, il-Kummissjoni ikkonkludiet li l-produtturi tal-Komunità soffrew ħsara serja. 7. KAWŻAZZJONI (64) Sabiex tkun eżaminata l-eżistenza ta' rabta ta' kawża bejn iż-żieda fl-importazzjonijiet u l-ħsara serja, u sabiex ikun aċċertat li ħsara kkaġunata minn fatturi oħra ma tkunx marbuta ma' żieda fl-importazzjonijiet, il-Kummissjoni pproċediet hekk kif ġej: - l-effetti ta' ħsara ta' fatturi meqjusin bħala li qegħdin jikkaġunaw ħsara saritilhom differenza bejniethom, - dawn l-effetti ta' ħsara kienu attribwiti mal-fatturi li qegħdin jikkaġunawhom, u, - wara li saret assoċċjazzjoni tal-ħsara mal-fatturi ta' kawża kollha preżenti, il-Kummissjoni iddeterminat jekk żieda fl-importazzjonijiet hiex kawża ta' ħsara serja "ġenwina u sostanzjali". 7.1. ANALIŻI TA' FATTURI TA'KAWŻA 7.1.1. Effet ta' żieda fl-importazzjonijiet (65) Is-suq għal mandolin tal-bott huwa trasparenti għal dak li għandu x'jaqsam ma' egħjuni ta' provvista u klijenti. Peress li mandolin tal-bott essenzalment huwa prodott li jinxtara għall-użu ta' kuljum, il-prodott ikkonċernat u l-prodott simili jikkompetu l-iktar fuq il-prezz. (66) Fil-perjodu 2000/01 sal-2002/03,is-sehem tas-suq ta' importazzjonijiet kiber minn 31 sa 56 % u mbagħad 62 %, filwaqt li s-sehem tas-suq tal-produtturi tal-Komunità naqas minn 69 għal 44 % u mbagħad 38 %. Matul l-istess perjodu, l-importazzjonijiet kibru minn 34 għal 74 % sa 113 % tal-produzzjoni tal-Komunità li jindika li l-importazzjonijiet żdiedu ukoll b'mod relattiv mal-produzzjoni, bl-ispejjeż għall-produtturi tal-Komunità. (67) Għal dawk li huma prezzijiet, bejn l-2000/01 u l-2002/03, il-prezz fil-livell ġenerali tal-unità tal-Eurostat tal-prodott impurtat fis-suq tal-Komunità waqa' minn EUR 792 għal EUR 691 u mbagħad għal EUR 605 għal kull tunnellata metrika. Matul l-istess perjodu, il-prezz fil-livell ġenerali tal-unità tal-prodott tal-Komunità waqa' minn EUR 925 għal EUR 827 u mbagħad għal EUR 781 għal kull tunnellata metrika. L-efffett tat-tnaqqis fil-prezz fil-livell ġenerali tal-unità tal-prodott simili biss fuq l-introjtu tal-produtturi tal-Komunità minn bejgħ fil-Komunità kien se jkun tnaqqis ta' 11 % (EUR 4,4 m) fl-2001/02, u tnaqqis ieħor ta' 6 % (EUR 1,7 m) fl-2002/03. Meta tikkunsidra it-tnaqqis fil-volum tal-bejgħ li seħħ simultanjament, it-tnaqqis attwali fl-introjtu tal-bejgħ fil-Komunità kien EUR 12 m fl-2001/02 u ta' EUR 8 m fl-2002/03. Dan it-tnaqqis fl-introjtu tal-bejgħ (flimkien ma' żieda fl-ispejjeż) ħoloq tnaqqis konsiderevoli fil-profitt u l-produtturi tal-Komunità urew telf ta' 1,7 % fl-2001/02 u ta' 4,3 % fl-2002/03. (68) Minħabba r-raġunijiet preċedenti, il-Kummissjoni tikkonkludi li hemm korrelazzjoni bejn iż-żieda fl-importazzjonijiet bi prezzijiet baxxi u l-ħsara serja li esperjenzaw il-produtturi tal-Komunità, u li ż-żieda fl-importazzjonijiet kellha effetti ta' ħsara b'mod partikolari fis-sens ta' pressjoni ‘l isfel fuq il-prezzijiet u tnaqqis fil-volum mibjugħ mill-produtturi tal-Komunità fis-suq tal-Komunità. 7.1.2. Effet tat-tibdil tal-konsum (69) Il-Kummissjoni wettqet eżami sħiħ tal-effetti ta' ħsara tat-tnaqqis fil-konsum bejn l-1998/99 u l-2000/01. Dak it-tnaqqis għandu jkun meqjus fil-kuntest tat-tendenza ġenerali matul il-perjodu ta' ħames snin li kien qed ikun investigat. Il-konsum naqas minn 80065 tunnellati metriċi fl-1998/99 għal 74056 tunnellati metriċi fl-1999/2000 u 65676 tunnellati metriċi fl-2000/01, imma mbagħad żdied b'15284 tunnellati metriċi għal 80960 tunnellti metriċi fl-2001/02, qabel ma reġa naqas għal 72843 tunnellati metriċi fl-2002/03. (70) Il-Kummissjoni tinnota li għalkemm il-konsum waqa' għall-iktar livell baxx għal perjodu li qiegħed jkun ikkunsidrat fl-2000/01, dik kienet ukoll is-sena f'liema il-produtturi tal-Komunità akkwistaw il-livell l-iktar għoli ta' l-utilità tagħhom (6,8 %). Mill-banda l-oħra, il-konsum ogħla fl-2001/02 għal 80960 tunnellati metriċi (l-iktar livell għoli matul dak il-perjodu) imma l-profitt tal-produtturi tal-Komunità waqa' għal (- 1,7 %) fl-istess ħin. Għaldaqshekk, m'hemmx korrelazzjoni ċara bejn il-konsum stess u l-profitt u s-sitwazzjoni ekonomika ġenerali tal-produtturi tal-Komunità. (71) Meta wieħed jeżamina l-effett tal-konsum fuq l-profitt tal-produtturi tal-Komunità, wieħed irid jikkunsidra ir-reazzjoni tal-parteċipanti kollha tas-suq għat-tibdiliet fil-konsum. F'dan is-sens, instab li filwaqt li l-produtturi tal-Komunità kienu mġiegħla li jnaqqsu il-bejgħ tagħhom fil-Komunità bejn wieħed u ieħor b'9185 tunnellati metriċi fl-2001/02 meta mqabbel mal-2000/01, l-importazzjonijiet iċċaqilqu fid-direzzjoni opposta b'mod konsiderevoli (+ 24469 tunnellati metriċi). Bl-istess mod, fl-2002/03, filwaqt li l-importazzjonijiet komplew fuq il-livell tagħhom fis-sena ta' qabel, il-bejgħ tal-produtturi tal-Komunità waqa' b'iktar minn 8000 tunnellati metriċi. (72) As regards price effects, variations in consumption of canned goods with a substantial shelf-life should not normally lead to substantial price effects if production is adjusted to the needs of the market.(72) Għal dak li għandu x'jaqsam ma' effetti tal-prezzijiet, varjazzjonijiet fil-konsum ta' oġġetti tal-bott bi żmien sostanzjalment twil f'liema l-oġġett jibqa' tajjeb biex jittikel, normalment m'għandhomx iwasslu għal effetti tal-prezz sostanzjali jekk il-produzzjoni hija mmodifikata għall-bżonnijiet tas-suq. F'dan is-sens, ir-reazzjoni tal-produtturi tal-Komunità tidher li kienet tnaqqis kemm tal-produzzjoni kif ukoll tal-bejgħ iktar milli kien meħtieġ biex ipattu għat-tnaqqis fil-konsum. Din hi riflessa fi tnaqqis simili fil-ħażniet. (73) Bl-istess mod, jekk il-pressjoni tal-prezz tonqos, l-effetti ta' ħsara li jinħolqu minn prezzijiet baxxi jkunu wkoll minimizzati. Il-fattur l-iktar importanti huwa l-profitt, fejn kull tnaqqis seta' jkun minimizzat jekk il-prezzijiet u l-volum tal-bejgħ ma waqax sostanzjalment. Għalhekk, wieħed għandu jikkonkludi li, fin-nuqqas ta' żieda qawwija fl-imporazzjonijiet bi prezzijiet baxxi, it-tnaqqis fil-konsum ma kienx iwassal għal tnaqqis sostanzjali fil-profitti. (74) Jekk il-parteċipanti fis-suq immodifikaw il-produzzjoni tagħhom, imbagħad il-produtturi tal-Komunità kienu xorta jkunu biegħu inqas fl-1999/2000, fl-2000/01 u fl-2002/03. Imma l-konsum fl-2001/02 kien fl-iktar livell għoli tiegħu mill-1998/99, u approssimament fl-istess livell bħal f'dik is-sena. Madankollu, l-bejgħ tal-produtturi tal-Komunità naqas fl-2001/02 meta mqabbel ma' l-1998/99 b'29438 tunnellati metriċi, tnaqqis ta' 43 %. Fl-istess ħin, l-importazzjonijiet żdiedu fl-2001/02 b'28457 tunnellati metriċi meta mqabbla ma' l-1998/99. L-importazzjonijiet għalhekk, żdiedu b'mod konsiderevoli bejn l-1998/99 u l-2001/02 minkejja li l-konsum kien biss ftit iktar għoli. | 1998/99 | 1999/2000 | 2000/01 | 2001/02 | 2002/03 | Konsum (t) Żvilupp li sar attwalment | 80065 | 74056 | 65676 | 80960 | 72843 | Sehem fis-suq attwalment | 80 % | 76 % | 69 % | 45 % | 38 % | Simulazzjoni ta' sehem fis-suq [7] | 80 % | 71 % | 57 % | 45 % | 35 % | (75) Il-lista t'hawn fuq turi li anki jekk il-konsum kien baqa' konstanti fil-perjodu li kien eżaminat, is-sehem fis-suq tal-industrija tal-Komunitàma kienx ikun żviluppat f'manjiera sostanzjalment differenti. Dan juri li l-iżvilupp tal-konsum kellu biss impatt limitat fuq is-sehem tas-suq tal-industrija tal-Komunità. (76) Għar-raġunijiet mogħtija hawn fuq, kien konkluż li, għalkemm hemm rabta bejn it-tnaqqis fil-konsum u l-effetti ta' ħsara osservati, din ir-rabta mhiex sostanzjali. 7.1.3. Effetti tal-bidliet fil-prestazzjoni ta' l-esportazzjoni | 1998/99 | 1999/2000 | 2000/01 | 2001/02 | 2002/03 | Esportazzjonijiet (f'tunnellti metriċi) | 21316 | 21672 | 14544 | 18099 | 17780 | (77) Il-Kummissjoni eżaminat ukoll l-effetti tat-tnaqqis fl-esportazzjonijiet. Bejn l-1998/99 u l-2000/01, il-volum ta' l-esportazzjonijiet tal-mandolin tal-bott tal-produtturi tal-Komunità naqas minn 21316 tunnellati metriċi għal 14544 tunnellati metriċi hekk kif il-produtturi tal-Komunità tilfu s-sehem fis-suq minħabba l-kompetizzjoni ta' prezzijiet baxxi mill-PRC (b'mod partikolari bħla riżultat tal-kwistjoni tal-ormoni li kienet diskussa fil-premess 35). Bejn l-2000/01 u l-2001/02,l-esportazzjonijiet irkupraw għal 18099 tunnellati metriċi u għal 17780 tunnellati metriċi fl-istaġun ta' l-2002/03. Matul il-perjodu ta' ħames snin, l-esportazzjonijiet naqsu b'madwar 3500 tunnellati metriċi, għalkemm it-tnaqqis prinċipali seħħ bejn l-1999/2000 u l-2000/01 (fis-sena meta il-produtturi tal-Komunità għamlu l-iktar profitt). Fl-2001/02, l-esportazzjonijiet żdiedu attwalment, għall-benefiċċju tal-produtturi tal-Komunità. Fil-perjodu l-iktar riċenti, bejn l-2001/02 u l-2002/03, l-esportazzjonijiet naqqsu bi 319 tunnellati metriċi jew b'1,7 %, li jirrapreżentaw 0,8 % biss mill-produzzjoni tal-Komunità f'dik is-sena. (78) Wieħed għandu wkoll jinnota li fil-kalkulazzjoni tal-profitt fis-6.1.10 kulma kien meqjus kien bejgħ tal-Komunità biss. Għalhekk, il-waqgħa rrekordjata fil-profitt tal-produtturi tal-Komunità fil-perjodi l-iktar riċenti hija pjuttost indipendenti mill-effetti ta' l-esportazzjonijiet. (79) Għar-raġunijiet mogħtija hawn fuq, kien konkluż li hemm xi rabta bejn il-waqgħa fl-esportazzjonijiet u l-effetti ta' ħsara osservati, safejn, per eżempju, esportazzjonijiet esportati kkontribuwixxu biex ibaxxu l-produzzjoni u l-utilizzazzjoni tal-kapaċità. Madankollu, huwa kkunsidrat li l-maġġoranza ta' dak l-effett seħħ bejn l-1999/2000 u l-2000/01 (meta l-produtturi tal-Komunità kienu għadhom jagħmlu profitt) u li t-tnaqqis żgħir fl-esportazzjonijiet fl-2002/03, ekwilvalenti għal inqas minn 1 % tal-produzzjoni tal-Komunità, ma kellux effett apprezzabbli. 7.1.4. Effett ta' kapaċità eċċessiva (80) Il-Kummissjoni eżaminat jekk l-effetti ta' ħsara setgħux irriżultaw minn kapaċità eċċessiva bejn il-produtturi tal-Komunità. Kien hemm biss tibdil wieħed żgħir fil-kapaċità teoretika tal-produzzjoni li kienet stmata matul il-perjodu ta' l-investigazzjoni, meta, fl-1999/2000 il-kapaċità tal-produzzjoni żdiedet bi 2 % għal 129260 tunnellati metriċi. (81) Din iż-żieda fil-kapaċità tat il-kontribut tagħha għal waqgħa fl-utilizzazzjoni tal-kapaċità fl-1999/2000 u snin sussegwenti minħabba li l-ħtieġa antiċipata għal kapaċità addizjonali ma mmaterjalizzatx ruħha. Għalhekk, kien konkluż li hemm rabta bejn iż-żieda fil-kapaċità u l-effetti ta' ħsara osservati fil-parti inizjali tal-perjodu tal-ħames snin, għalkemm l-effett tal-kapaċità addizjonali fuq il-profitt ġenerali tal-produtturi tal-Komunità kien żgħir ħafna. 7.1.5. Effet ta' nuqqas ta' provvista ta' materja prima (82) Xi wħud mill-esportaturi saħhqu li r-raġuni wara l-waqgħa fil-produzzjoni mill-produtturi tal-Komunità kienet nuqqas ta' provvista ta' materja prima (jiġifieri frott taċ-ċitru żgħir u frisk) fis-suq tal-UE. Madankollu, meta bbażat ruħha fuq l-investigazzjoni tas-suq tal-UE fil-frott taċ-ċitru żgħir u frisk, il-Kummissjoni ddeterminat li kien hemm provvista xierqa biex tintlaħaq id-domanda mill-industrja ta' l-iproċessar. (83) Lista A turi produzzjoni attwali ta' frott taċ-ċitru żgħir u frisk (klementini, mandolin u satsuma) fis-snin 1998 sa l-2002. Lista A Egħjun: CLAM Year Sena | 1998 | 1999 | 2000 | 2001 | 2002 | Produzzjoni | 2329341 | 2823106 | 2511550 | 2379634 | 2650000 | 7.1.6. Domanda għal frott taċ-ċitru żgħir u frisk mill-industrija ta' l-iproċessar (84) Il-kwantità ta' klementini u satsuma użati mill-industrija ta' l-iproċessar għal produzzjoni ta' mandolin tal-bott minn l-1998/99 sa l-2002/03 hija hekk kif murija f'lista B. Lista B Staġun | 1998/99 | 1999/2000 | 2000/01 | 2001/02 | 2002/03 | Satsuma u klementini | 120000 | 110000 | 95000 | 95000 | 60000 | (85) Kif il-listi A u B juru, il-provvista ta' frott taċ-ċitru żgħir u frisk fis-suq tal-UE kienet bil-wisq ikbar mid-domanda ta' l-industrija ta' l-iproċessar. (86) Madankollu, l-industrija ta' l-iproċessar qiegħda fil-kompetizzjoni ma' xerrejja oħra ta' satsuma u klementini friski u l-kapaċità tagħha biex tikkompeti tidher li hija ostakolata bil-waqgħa fil-prezzijiet miksuba għal prodott simili. Il-prezz ta' mandolin frisk għall-iproċessar huwa stabbilit permezz ta' kuntratti ta' kull sena bejn dawk li jibbottiljaw u l-bdiewa, li jkunu mifthiema fil-bidu ta' l-istaġun. Lista Ċ turi l-prezz miksub mill-produtturi għal mandolin mibjugħ bħala prodott frisk u għall-bottiljar. Lista Ċ Staġun | 1998/99 | 1999/2000 | 2000/01 | 2001/02 | 2002/03 | Frisk (EUR/tunnellata metrika) | 547 | 498 | 571 | 557 | 527 | Għall-bottiljar (EUR/tunnellata metrika) | 256 | 255 | 313 | 245 | 172 | (87) Id-differenza fil-prezz tirrifletti żewġ fatturi. L-ewwel, li l-produtturi tal-Komunità qegħdin isiru inqas kapaċi li jifilħu jixtru l-materja prima (satsuma u klementini friski) bi prezz li jħallihom jiksbu livell raġonevoli ta' profitt. It-tieni, minħabba l-prezzijiet baxxi offruti mill-produtturi tal-Komunità lil dawk li jkabbru s-satsuma, li huma użati l-iktar bħala materja prima għall-bottiljar, dawn li jkabbruhom qegħdin jerġgħu jorjentaw il-produzzjoni tagħhom minn satsuma għal klementini bl-isforz sabiex iżidu l-profitt fil-produzzjoni tagħhom. Madankollu, dak il-proċess għadu ma jidhirx li huwa avvanzat biżżejjed biex ikollu effett li jinħass fuq id-disponibilità tal-provvista għall-produtturi tal-Komunità. (88) Għaldaqstant, il-Kummissjoni tistabbilixxi li n-nuqqas ta' provvista ma kkontribwitx għal ħsara sofferta mill-produtturi tal-Komunità. 7.1.7. Fatturi oħra (89) L-ebda fattur ta' kawżazzjoni (ħlief dawk diskussi hawn fuq f'partijiet 7.1.1 sa 7.1.6) ma kien identifikat mis-servizzi tal-Kummissjoni jew imqajjma minn xi parti interessata matul l-investigazzjoni definittiva. 7.2. ATTRIBUZZJONI TA' EFFETTI TA' ĦSARA (90) Il-ħsara serja sofferta mill-produtturi tal-Komunità ħadet l-iktar is-sura ta' tnaqqis fil-volum tal-bejgħ, tnaqqis tal-prezzijiet ta' unità u profitti li marru għall-agħar u telf finanzjarju. Il-Kummissjoni identifikat tliet fatturi li taw il-kontribut tagħhom għall-ħsara, apparti ż-żieda fl-importazzjoni: tnaqqis fil-konsum, tnaqqis fl-esportazzjonijiet u żieda fil-kapaċità. (91) L-ewwelnett, kien hemm tnaqqis fil-konsum bejn l-1998/99 u l-2000/01 wara liema kien hemm żieda fil-konsum fl-2001/02, li kienet segwita b'waqgħa oħra fil-perjodu l-iktar riċenti. Madankollu, l-iżvilupp f-importazzjonijiet ma mexiex fuq l-istess mudell affattu u l-Kummissjoni taħseb li n-nuqqas fil-konsum bejn l-1998/99 u l-2000/01 ma lagħabx rwol sinnifikanti la fil-volum u lanqas fil-prezzijiet. Il-waqgħa fil-konsum fl-2002/03 ħabtet ma' waqgħa fil-volumi tal-bejgħ, prezzijiet u profitt għall-produtturi tal-Komunità u l-Kummissjoni tikkonkludi li dik il-waqgħa kienet fattur li ta l-kontribut tiegħu fil-ħsara serja sofferta mill-produtturi tal-Komunità. (92) Il-Kummissjoni eżaminat ukoll it-tnaqqis fl-esportazzjonijiet tal-produtturi tal-Komunità matul il-perjodu ta' ħames snin. Kien hemm tnaqqis matul il-parti tal-bidu tal-perjodu ta' ħames snin. Madankollu, fl-aħħar parti tal-perjodu, meta seħħet il-ħsara serja, l-esportazzjonijiet żdiedu qabel ma reġgħu waqgħu daqsxejn. Għaldaqstant, l-iżvilupp fl-esportazzjonijiet kellu impatt sinnifikament iżgħar fuq il-produtturi tal-Komunità fil-perjodi 2001/02 u 2002/03 milli ż-żieda fl-importazzjonijiet. (93) Il-Kummissjoni eżaminat ukoll iż-żieda fil-kapaċità li seżżet fl-1999/2000 u li mbagħad baqgħet miżmuma. L-ispiża ta' din il-kapaċità miżjuda ta' kull sena ma kienetx sinnifikanti. (94) Il-Kummissjoni nnotat li, wara li kienet ċerta li l-effetti ta' fatturi oħra m'humiex attribwiti ma' importazzjonijiet li żdiedu, hemm rabta kawżali ġenwina u sostanzjali bejn it-tnaqqis fil-volum tal-bejgħ tal-produtturi tal-Komunità, prezzijiet u profitt tal-bejgħ u ż-żieda fl-importazzjonijiet, li mhux biss żdiedu b'rata ħafna iktar mgħaġġla miż-żieda fil-konsum bejn l-2000/01 u l-2001/02, imma żdiedu filwaqt li l-konsum waqgħa mill-1998/99 sa l-2000/01 u fl-2002/03. 7.2.1. Konklużjoni (95) Wara li kienu eżaminati l-effetti ta' ħsara tal-fatturi l-oħra li kienu magħrufa, u kienu separati u saritilhom distinzjoni minn wieħed għall-ieħor u mill-effetti ta' ħsara ta' l-importazzjonijiet li żdiedu, u wara li kien sgurat li ħsara kkaġunata minn fatturi oħra mhiex attribwita ma' l-importazzjonijiet, il-Kummissjoni laħqet il-konklużjoni li hemm rabta ġenwina u sostanzjali bejn importazzjonijiet li żdiedu u ħsara serja lill-produtturi tal-Komunità. 8. INTERESS TAL-KOMUNITÀ 8.1. RIMARKI PRELIMINARI (96) L-għan ta' miżuri ta' salvagwardja huwa biex tkun rimedjata ħsara serja u ma titħalliex issir iktar deterjorizzazzjoni tas-sitwazzjoni tal-produtturi tal-Komunità tal-prodott ikkonċernat. Barra żviluppi imprevvisti, importazzjonijiet li żdiedu, ħsara serja u kawżazzjoni, il-Kummissjoni eżaminat jekk jeżistux xi raġunijiet ekonomiċi u kompulsivi li jistgħu jwasslu għall-konklużjoni li mhuwiex fl-interess tal-Komunità li jkunu imposti miżuri definittivi. Għal dan il-għan, l-impatt tal-miżuri fuq il-partijiet kollha involuti fil-proċeduri u l-konsegwenzi li x'aktarx iseħħu jekk jittieħdu jew ma jittieħdux miżuri kienu meqjusin fuq il-bażi tax-xhieda disponibbli. 8.2. INTERESS TAL-PRODUTTURI TAL-KOMUNITÀ (97) Il-produtturi tal-Komunità investew bil-kbir u għandhom l-iktar sistemi ta' produzzjoni mekkanizzati u awtomatiċi fid-dinja. Huma vijabbli u kompetittivi f'kondizzjonijiet normali tas-suq. Matul il-perjodu eżaminat, il-produtturi tal-Komunità soffrew waqgħa sinnifikanti fil-produzzjoni u l-bejgħ li b'riżultat ta' dan issa ma jistgħux jibqgħu joperaw bi profitt. Il-posizzjoni tal-produtturi tal-Komunità ħa tibqa' tkun ipperikolata jekk il-livell ogħli ta' l-importazzjonijiet bi prezzijiet baxxi li hemm bħalissa ikompli. (98) L-imposizzjoni ta' miżuri ta' salvagwardja definittivi ħa jipprovdu il-produtturi tal-Komunità b'opportunità li jirristrutturaw u għalhekk jisguraw vijabilità għal żmien temporanju tal-produzzjoni tagħhom tal-prodott ikkonċernat u tan-negozji tagħhom b'mod ġenerali. Din tipprovidilhom biżżejjed spazju biex jirristrutturaw u jibbenefikaw minn infiq ikbar fuq riċerka u żvilupp bil-għan li jnaqqsu iktar l-ispejjeż tal-produzzjoni. Pjanijiet għal konsolidazzjoni huma diġà avvanzati sew fis-settur imma ħa jkollu bilfors jgħaddi ż-żmien biex titwettaq konsolidazzjoni u biex il-vantaġġi tagħha jibdew iħallu l-effett. Barra dan, numru ta' inizzjattivi li jiffrankaw l-ispejjeż kienu identifikati li jinkludu iktar koperazzjoni bejn il-produtturi tal-Komunità fix-xiri ta' materja prima li mhiex frott frisk fih inniffsu (li huwa diġà suġġettati għal arranġamenti ta' xiri konġunt). 8.3. INTERESSI TA' PRODUTTURI TA' FROTT TAĊ-ĊITRU FRISK U ŻGĦIR FIL-KOMUNITÀ (99) Huwa fl-interess ta' produtturi ta' frott frisk li jfornu materja prima lill-produtturi tal-Komunità li jkollhom domanda b'saħħitha u li tista' tingħad minn qabel għall-prodott tagħhom għal prezz li fuqu jistgħu jagħmlu profitt raġonevoli. Jidher li wieħed mill-effetti tal-livell ogħli ta' importazzjonijiet bi prezzijiet baxxi tal-prodott ikkonċernat huwa li jniżżlu l-prezz tal-materja prima (frott taċ-ċitru frisk u żgħir, speċjalment satsumi) fis-suq tal-UE. Għalhekk, huwa fl-interessi tal-produtturi ta' frott frisk biex jittieħdu miżuri biex jitnaqqas li-volum ta' importazzjonijiet bi prezzijiet baxxi tal-prodott ikkonċernat lejn l-UE. 8.4. INTERESS TA' UTENTI U IMPORTATURI FIL-KOMUNITÀ (100) Sabiex ikun valutat l-impatt ta' miżuri fuq impurtaturi u utenti, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-impurtaturi u utenti tal-prodott ikkonċernat li kienu magħrufa fis-suq tal-Komunità. Risposti kienu rċevuti mingħand disa' impurtaturi, imma ma ġie rċevut xejn mingħand l-utenti minbarra dawk relatati ma' l-impurtaturi. (101) Xi wħud mill-importaturi tal-prodott ikkonċernat saħħqu li l-imposizzjoni ta' miżuri ma kienx meħtieġ minħabba li l-problemi li għaddew minnhom il-produtturi tal-Komunità kienu kkaġunati minn prezzijiet għoljin u nuqqas ta' provvista ta' mandolin frisk għall-bottiljar fil-Komunità iktar milli żieda fl-importazzjonijiet. Madankollu, kien innotat li, sat-tmiem ta' l-2001/02, is-sena meta l-importazzjonijiet żdiedu għal 44804 tunnellati metriċi u l-bejgħ tal-UE tal-produtturi tal-Komunità waqgħa għal 36156 tunnellati metriċi, il-ħażniet tal-produtturi tal-Komunità kienu żdiedu b'6074 tunnellati metriċi għal 17279 tunnellati metriċi. Dan jidher li juri li l-waqgħa fil-bejgħ sofferta mill-produtturi tal-Komunità ma kenitx ikkaġunata b'nuqqas ta' kapaċità li jfornu minn naħa tagħhom, imma minħabba xi fattur ieħor, u l-iktar spjegazzjoni probabbli tidher li hi d-dominanza li dejjem qed tikber ta' importazzjoniet li żdiedu bi prezzijiet baxxi. (102) L-importaturi qalu wkoll li kien aħjar li jżommu egħjuni ta' provvisti differenti u li, jekk miżuri jkunu meħuda, dawk il-miżuri m'għandhomx ikunu fil-forma ta' sistema ta' prezz minimu jew allokazzjoni ta' kwota fuq bażi li ta' l-ewwel jinqeda l-ewwel, għaliex jekk wieħed jagħmel hekk ikun qiegħed jisfratta iktar is-suq. B'mod partikolari, sistema li ta' l-ewwel jinqeda l-ewwel tkun tinkoraġġixxi importazzjonijiet fl-ewwel parti tas-sena sakemm il-kwota tkun utilizzata meta d-domanda ssir imbagħad provvista domestika. Barra dan, għamlu emfażi fuq il-ħtieġa li l-kummerċjanti fis-swieq Ewropej prinċipali u konsumaturi jkomplu jkollhom aċċess għal prodotti ta' kwalità tajba bi prezzijiet baxxi. (103) Il-miżuri definittivi jikkonsistu fi kwota ta' tariffa li tirrifletti il-livell tradizzjonali ta' l-importazzjonijiet. Għalhekk, żvantaġġi li x'aktarx isofru utenti u importaturi, jekk isofruhom, m'humiex meqjusin b'tali mod li jkunu akbar mill-benefiċċji li jkunu mistennija li jkunu miżjuda lill-produtturi tal-Komunità bħala konsegwenza tal-miżuri, li huma meqjusa l-minimu neċessarju biex ma titħalliex issir iktar deterjorizzazzjoni lis-sitwazzjoni tal-produtturi tal-Komunità. 8.5. INTERESS TA' KONSUMATURI FIL-KOMMUNITÀ (104) Peress li l-prodott ikkonċernat huwa prodott tal-konsumatur, il-Kummissjoni informat organizzazzjonijiet tal-konsumatur varji bil-ftuħ ta' l-investigazzjoni. L-ebda risposti ma kienu rċevuti minn organizazzjonijiet tal-konsumatur u l-impatt fuq il-konsumaturi huwa għalhekk ikkunsidrat li hu minimu. 9. TKABBIR TA' L-UE 9.1. IMPORTAZZJONIJIET LEJN PAJJIŻI TA' ADEŻJONI (105) Peress li l-miżuri li ħa jkollhom effett wara t-tkabbir tal-UE, skedati li ħa jseħħu fl-1 ta' Mejju 2004, il-Kummissjoni kkunsidrat ukoll iż-żieda fl-importazzjonijiet (kemm f'termini assoluti kif ukoll relattivi) minħabba li tikkonċerna l-UE-25. | 2000 | 2001 | 2002 | 2003 | Importazzjonijiet ta' pajjiżi ta' adeżjoni minn barra l-UE-25 | 2562 | 4268 | 5350 | 6528 | Importazzjonijiet ta' pajjiżi ta' adeżjoni minn l-UE-15 | 1964 | 1014 | 1472 | 1500 [8] | Total | 4527 | 5283 | 6821 | 8028 | (106) Importazzjonijiet lejn il-pajjiżi ta' adeżjoni minn barra l-UE-25 żdied b'67 % minn 2562 tunnellati metriċi fl-2000 għal 4268 tunnellati metriċi fl-2001, u komplew jiżdiedu għal 5350 tunnellati metriċi (żieda iktar ta' 25 %) fl-2002. Fl-2003, dawn l-importazzjonijiet żdiedu bi 22 % iktar għal 6528 tunnellati metriċi. (107) Sabiex wieħed jikkunsidra x'setgħet kienet iż-żieda probabbli fl-importazzjonijiet lejn l-UE-25 fi snin riċenti, huwa meħtieġ li wieħed iżid importazzjonijiet lejn l-UE flimkien ma' importazzjonijiet minn pajjiżi ta' adeżjoni minn barra l-UE-25. | 2000 | 2001 | 2002 | 2003 | Importazzjonijiet tal-UE [9] | 17573 | 20335 | 44804 | 44813 | Importazzjonijiet ta' pajjiżi ta' adeżjoni minn barra l-UE-25 | 2562 | 4268 | 5350 | 6528 | Total | 20135 | 24603 | 50154 | 51341 | (108) Fuq din il-bażi, importazzjonijiet totali għall-UE-25 jkunu żdiedu bi 22 % minn 20135 għal 24603 tunnellati metriċi bejn l-2000 u l-2001, u imbagħad b'104 % għal 50154 tunnellati metriċi bejn l-2001 u l-2002. Importazzjonijiet ikunu komplew imbagħad f'dan il-livell għoli fl-2003, u veru kieku jkun hemm żieda ta' 2 % għal 51341 tunnellati metriċi. (109) M'hemmx produzzjoni tal-prodott ikkonċernat fil-pajjiżi ta' adeżjoni, u kif kien notat hawn fuq, importazzjonijiet lejn l-UE-25 żviluppaw b'mod simili għall-importazzjonijiet lejn l-UE-15. Għalhekk, huwa kkunsidrat li l-analiżi ta' ħsara serja u kawżazzjoni għall-UE-15 tibqa' valida għall-UE-25. (110) Il-Kummissjoni kkunsidrat ukoll il-kwistjoni ta' l-interess tal-Komunità kif hi konnessa mal-UE-25. M'hemm l-ebda produzzjoni tal-materja prima jew tal-prodott ikkonċernat fil-pajjiżi ta' adeżjoni. Madankollu, hemm importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat għal pajjiżi ta' adeżjoni li jirrapreżentaw madwar 12 % tat-total ta' l-importazzjonijiet għal UE-25. L-interessi ta' importaturi, utenti u konsumaturi fil-pajjiżi ta' adeżjoni huma dawk ta' importaturi/utenti u konsumaturi u ma jmorrux lil hinn minn dawk ta' importaturi/utenti u konsumaturi fl-UE-15, li jirrapreżentaw numri bil-wisq ikbar. L-interessi ta' importaturi/utenti u konsumaturi fl-UE-15 huma identiċi għal u jirrapreżentaw b'mod sħiħ dawk tal-UE-25. Għalhekk, huwa meqjus li l-analiżi ta' ħsara serja u kawżazzjoni għall-UE-15 jibqgħu validi għall-UE-25. (111) Kull parti interessata li tqis li, wara t-tkabbir tal-UE t-tkomplija tal-miżuri fil-forma tagħhom preżenti mhiex ġustifikata f'relazzjoni mal-UE-25, hija mistiedna tagħmel rappreżentazzjonijiet lill-Kummissjoni sa mhux iktar tard mill-15 ta' Mejju 2004, tistabbilixxi raġunijiet dettaljati dwar il-għaliex il-Kummisjoni m'għandiex tagħti lok għal reviżjoni tal-miżuri. 10. KONSIDERAZZJONIJIET ĠENERALI (112) Minħabba l-importazzjonijiet li żdiedu tal-prodott ikkonċernat (kif deskritt fil-premessi 24 sa 27) is-suq tal-Komunità fil-prodott ikkonċernat, peress li huwa wieżed mill-prodotti imniżżel fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 tat-28 ta' Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti mill-frott u l-ħaxix ta' l-ikel proċessati [10], kif l-aħħar emendat b'Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 386/2004 [11], huwa affetwat b'ostakli serji li x'aktarx jipperikolaw il-kisba tal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 33 tat-Trattat. Il-kondizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 2201/96, jekk japplikaw, huma ħalhekk sodisfatti. 11. KONSIDERAZZJONIJIET TA' L-AĦĦAR (113) L-analiżi tal-Kummissjoni tas-sejbiet ta' l-investigazzjoni juru li l-kondizzjonijiet għal miżuri ta' salvagwardja huma sodisfatti. 11.1. FORMA U LIVELL TA' MIŻURI (114) Sabiex is-suq tal-Komunità jinżamm miftuħ u tkun sgurata d-disponibbilità ta' provvista xierqa li tissodisfa d-domanda, huwa xieraq lit kun stabbilita sistema ta' kwoti ta' tariffi li jkunu iktar minn taxxa miżjuda li jkun meħtieġ li titħallas sabiex anki l-importazzjonijiet li jkunu iktar mil-kwoti tat-tariffi jistgħu jidħlu fil-Komunità, għalkemm ladarba jsir ħlas ta' taxxa miżjuda. Dik it-taxxa miżjuda għandha tkun stabbilita f'livell li huwa konsistenti ma' l-għan li ma titħalliex issir ħsara lill-produtturi tal-Komunità. F'dan is-sens, huwa nnotat li t-taxxa miżjuda stabbilita taħt il-miżuri provviżorji ta' salvagwardja (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1964/2003) kienu pruvati li ma kienux xierqa biex jitnaqqas il-livell ta' l-importazzjonijiet fiż-żmien qasir. Tassew, fil-perjodu meta l-miżuri provviżorji kienu japplikaw, 9 ta' Novembru 2003 sa l-10 ta' April 2004, importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat komplew jiżdiedu u prezzijiet komplew jonqsu. Taħt il-miżuri provviżorji, ir-rata ta' taxxa miżjuda kienet stabbilita għal EUR 155 għal kull tunnellata metrika. Bħala riżultat parzjali tal-eura li ssaħħet, huwa ċar li din ir-rata kienet assorbita minn tnaqqis fil-prezz medju mitlub minn produtturi li esportaw fil-PRC. Għalhekk, sabiex jintlaħaq l-effett mixtieq, ir-rata ta' taxxa miżjuda għandha tkun ikbar minn EUR 155 għal kull tunnellata metrika. (115) Il-livell ta' taxxa miżjuda kien ikkalkulat fuq il-bażi ta' prezz li kien maħsub biex jintlaħaq f'liema il-produtturi tal-Komunità kienu jiksbu profitt ta' 6,8 % fuq il-valur tal-bejgħ, irranġat biex jieħu fil-kunsiderazzjoni l-ispejjeż tat-trasport biex ikun sgurat paragun addattat ma' l-importazzjonijiet imwassla lil parti ġeografika prinċipali għal konsum. Dan l-ammont imbagħad kien ipparagunat mal-prezz medju ta' l-importazzjoni fil-perjodu April 2003 sa Diċembru 2003 fuq l-istss livell ta' kummerċ, irranġat għal cif fruntiera tal-Komunità, dwana, spejjeż ta' wara l-importazzjoni u bil-profitt tal-importaturi miżjud. Il-livell ta' profitt imsemmi hawn fuq kien ibbażat fuq valutazzjoni ta' profitti attwali miksuba mill-produtturi tal-Komunità fil-perjodu 1998/99 sa 2001/02. Il-livell tal-bejgħ taħt il-prezz mistħoqq kien ikkalkulat fuq 57,9 % tal-prezz cif ta' l-importazzjoni. F'termini ta' taxxa fissa, it-taxxa dovuta għalhekk għandha tkun EUR 301 għal kull tunnellata metrika. Meta wieħed iqis l-effett rikonoxxut ta' tibdil maġġuri fis-saħħa ta' l-euro b'mod relattiv mal-wan Ċiniż fuq il-prezz tal-importazzjonijiet, fl-eventwalità li iktar ‘il quddiem l-euro taqa' b'mod relattiv mal-wan li taffettwa l-prezzijiet b'mod sinnifikanti, il-livell ta' taxxa jista' jkun revedut. (116) Sabiex jinżamm aċċess għas-suq tal-Komunità, il-kwoti tat-tariffi għandhom ikunu ibbażati fuq il-volum ta' l-importazzjonijiet matul il-perjodu riċenti. Il-perjodu ta' tliet snin l-iktar riċenti għal liema statisticċi ta' importazzjoni huma disponibbli huwa dak ta' l-1999/2000 sa l-2001/02 (2002/03 mhuwiex meqjus rappreżentattiv minħabba li l-proċeduri ta' salvagwardja bdew matul dak il-perjodu). Il-kwoti ta' tariffi għandhom għalhekk ikunu ibbażati fuq il-volum medju impurtat f'dawn is-snin (27570 tunnellati metriċi għall-UE-15). Meta wieħed iqis iż-żieda sinnifikanti ta' ħażniet minn xi wħud mill-impurtaturi u l-livell għoli kontinwu ta' importazzjonijiet l-iktar riċenti, huwa meqjus lid an huwa l-volum massimu lli għandu jkun impurtat mingħajr taxxa miżjuda. Huwa meqjus li dan il-volum huwa tali li jħalli l-produtturi tal-Komunità jkomplu jirranġaw filwaqt jevitaw iktar deterjorizzazzjoni fis-sitwazzjoni tagħhom. (117) Il-Kummissjoni innotat li l-ammonti tal-kwoti ta' tariffi se jeħtieġu li jkunu reveduti fid-dawl tat-tkabbir li huwa skedat għall-1 ta' Mejju 2004. L-ammont tal-kwoti ta' tariffi għall-ewwel perjodu (27570 tunnellati metriċi għall-UE-15) għandu għalhekk jiżdied bil-kwantità medja ta' importazzjoni per annum minn pajjiżi li mhumiex fl-UE għall-pajjiżi ta' adeżjoni fis-snin 2000 sa l-2002. Dan il-livell medju jammonta għal 4060 tunnellati metriċi. Għaldaqstant, il-kwota ta' tariffa ta' l-UE-25 għall-ewwel perjodu għandha tkun 31630 tunnellati metriċi. Minħabba li l-perjodu ta' l-aħħar huwa biss 212-il jum, il-kwota attwali ta' l-importazzjonijiet għal perjodu ta' l-aħħar għandu jitnaqqas b'mod proporzjonali. (118) Sabiex tkun preservata il-fluss tradizzjonali tal-kummerċ filwaqt li jkun sgurat li s-suq tal-Komunità jibqa' miftuħ għal pajjiżi ġodda li jistgħu jagħmlu provista, l-ammont tal-kwoti ta' tariffa għandhom ikunu maqsuma bejn il-pajjiżi li għandhom interess sostanzjli f'li jfornu l-prodott ikkonċernat lis-suq tal-Komunità, u parti għandha tkun riżervata għal dawk il-pajjiżi li bħalissa m'għandhomx tali interess sostanzjali. Wara konsultazzjoni mal-PRC, l-uniku pajjiż li għandu tali interess sostanzjali, il-Kummissjoni tikkunsidra xieraq li tagħti kwota ta' tariffa speċifika lil PRC bbażata fuq il-proporzjonijiet tal-kwantità totali tal-prodott provdut minn dak il-pajjiż matul il-perjodu ta' tliet snin 1999/2000 sa l-2001/02. Il-maġġoranza vasta ta' l-importazzjonijiet f'dan il-perjodu oriġinat fil-PRC u għalhekk kwota ta' tariffa speċifika ta' pajjiż għandha tapplika għl PRC u waħda għall-pajjiżi l-oħra kollha. (119) Fuq il-bażi proposta, l-ammont tal-kwota tal-bidu assenjat lil PRC għall-UE-25 ikun 30843 tunnellati metriċi għal perjodu ta' sena, filwaqt li l-ammont assenjat lill-pajjiċi l-oħra kollha jkun 787 tunnellati metriċi. Jitqies li jekk dan isir, il-kwota assenjata lill-pajjiżi l-oħra kollha tkun wisq żgħira biex tagħti lok għal kompetizzjoni jew biex tħalli persuni ġodda jippenetraw is-suq. Huwa mixtieq li pajjiż/i oħra li mhumiex PRC għandhom ukoll ikollhom l-opportunità li jesportaw il-prodott ikkonċernat lejn il-Komunità. Il-kwota assenjata lill-pajjiżi l-oħra kollha għandha għalhekk tkun miżjuda bi 3 % tal-livell medju tal-konsum tal-Komunità matul il-perjodu li qiegħed ikun ikkunsidrat (jew 2314 tunnellati metriċi għal sena waħda), li jrendi bażi ġenerali għall-kwoti ta' tariffa ta' 33157 tunnellati metriċi. (120) Minħabba l-obligazzjoni li jkunu liberalizzati l-miżuri, l-ammont ġenerali ta' kull sena tal-kwoti ta' tariffa għandu jiżdied b'5 % f'kull wieħed minn dawn il-perjodi li ġejjin, jiġifieri għal 34815 tunnellati metriċi għall-perjodu sa l-10 ta' April 2006, għal 36556 tunnellati metriċi għall-perjodu sa l-10 ta' April 2007, u 22294 għall-perjodu sa t-8 ta' Novembru 2007 (212-il jum). Il-Kummissjoni se twettaq reviżjoni f'nofs il-perjodu skond l-Artikolu 21 ta' Regolament (KE) Nru 3285/94 biex teżamina l-effetti tal-miżura, tiddetermina jekk u b'liema mod huwa xieraq li taċċellera l-pass tal-liberalizzazzjoni, u biex taċċerta ruħha jekk l-applikazzjoni tal-miżura għadiex meħtieġa. Fil-kuntest tar-reviżjoni ta' nofs il-perjodu, il-Kummissjoni se tikkunsidra ukoll il-passi meħuda mill-produtturi tal-Komunità fis-sens ta' ristruttrurazzjoni. (121) B'mod konformi mal-leġislazzjoni tal-Komunità u l-obbligazzjonijiet internazzjonali tal-Komunità, il-miżuri ta' salvagwardja m'għandhomx japplikaw għal xi prodott li joriġina f'pajjiż li għadu qed jiżviluppa sakemm is-sehem tiegħu ta' l-importazzjonijiet ta' dak il-prodott fil-Komunità ma jkunx iktar minn 3 %. L-uniku pajjiż li qed jiżviluppa li ma jissodisfax il-kondizzjonijiet biex ikun jista' jibbenifika minn din id-deroga huwa PRC. Il-pajjiżi li qed jiżviluppaw li fihom il-miżuri definittivi ma japplikawx għandhom għalhekk ikunu speċifiċikati u dan sar fl-Anness 2. 11.2. AMMINISTRAZZJONI TAL-KWOTA TA' TARIFFA (122) Qabel l-imposizzjoni ta' miżuri, ċerti importaturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom talbu li sistema tkun introdotta li tkun tħalli importaturi li s-soltu jimportaw il-prodott ikkonċernat minn PRC li jkollhom kwantitajiet garantiti bbażati fuq il-livell ta' importazzjonijiet minn PRC li kellhom is-soltu. Importaturi oħra saħħqu li kull sistema ta' kwoti għandha titħaddem fuq il-bażi li ta' l-ewwel jinqeda l-ewwel sabiex ikun evitat piż amministrattiv li mhux meħtieġ u biex tinżamm il-kompetizzjoni. (123) Sabiex tinkiseb informazzjoni meħtieġa biex ikun stabbilit il-metodu xieraq biex ikunu amministrati l-kwoti, il-Kummissjoni pubblikat avviż fit-2 ta' Ottubru 2003 [12]. Fuq il-bażi ta' l-informazzjoni mogħtija, f'kull wieħed mill-istaġuni tal-bottiljar 1999/2000, 2000/01 u 2001/02, il-maġġoranza vasta ta' l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat (iktar minn 90 %) kienu importati minn numru żgħir ta' importaturi li importaw medja ta' 500 tunnellati metriċi jew iktar għal kull staġun tal-bottiljar (hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejħin importaturi tradizzjonali). Il-bqija kienu importati minn importaturi oħra li mhumiex importaturi tradizzjonali (hawnhekk iżjed il quddiem msejħin importaturi oħra). (124) Filwaqt li xi importaturi saħħqu li l-limitu għal importaturi tradizzjonali għandu jkun iktar baxx (eż. 300 tunnellata metrika jew inqas), fl-applikazzjoni tal-miżuri proviżorji nstab li kien hemm numru kbir ta importaturi li xtaqu jimportaw kwantitajiet iżgħar. Għalhekk, l-interessi ta' importaturi ta' kwantitajiet iżgħar b'mod ġenerali huma moqdija aħjar billi jiżdied is-sehem tal-kwota ta' tariffa disponibbli lill-importaturi li mhumiex tradizzjonali milli jonqos il-limitu biex tikkwalifika bħala importatur tradizzjonali. (125) Wara li kienet eżaminata t-talba fid-dawl ta' esperjenza miksuba matul l-applikazzjoni tal-miżuri proviżorji, il-Kummissjoni nnotat dan li ġej: - mingħajr sistema ta' liċenzi garantiti, il-prezz tal-prodott importat minn PRC x'aktarx jogħla drastikament fil-parti tal-bidu tal-perjodu tal-kwota ta' tariffa, u wara jista' jaqa' meta importaturi jilħqu jew jaqbżu l-livell ta' importazzjonijiet meħtieġ biex jaderixxu ma' l-ordnijiet tagħhom (effetti konġunturali). L-effetti konġunturali ta' l-allokazzjoni tal-kwoti ta' tariffi fuq bażi li ta' l-ewwel jinqeda l-ewwel qed jirriskjaw li jkunu ta' ħsara għall-produtturi tal-Komunità peress li d-domanda tkun iffokata fuq importazzjonijiet minn PRC fil-parti tal-bidu ta' l-istaġun tal-bottiljar u se jitrasferixxu biss lill-produttri tal-Komunità wara li l-kwota ta' tariffa tkun eżawrita. Din qed tirriskja li tnaqqas il-bejgħ tal-produtturi tal-Komunità fil-parti tal-bidu ta' l-istaġun tal-bottiljar, u dawn ibatu wkoll minn nuqqas ta' ċertezza maħluqa minn oxxillazzjoni gravi fil-prezz. Li kieku dan iseħħ, jipperikola l-ksib tal-għan insegwit biex ikunu stabbiliti l-miżuri definittivi, - huwa fl-interess ta' importaturi preżenti li s-soltu jimportaw kwantitajiet sostanzjali tal-prodott ikkonċernat minn PRC li jsir provvediment biex ikun żgurat li flussi ta' kummerċ tradizzjonali huma preservati u li jkomplu jkunu kapaċi jimportaw ċertu kwantità tal-prodott ikkonċernat minn PRC ħieles minn taxxa miżjuda. Huwa wkoll fl-interess ta' l-importaturi l-ġodda li jkollhom xi tip ta' opportunità li jimportaw l-prodott ikkonċernat minn PRC ħieles minn taxxa miżjuda, - huwa fl-interess ta' bejjiegħa bl-imnut u konsumaturi li għandu jkompli jkun hemm provvista xierqa tal-prodott ikkonċernat fis-suq tal-Komunità u li l-prezz tas-suq għandu jsir stabbli, - il-forma tal-miżuri definittivi għandha tkun tali li tikseb l-għan tagħhom filwaqt li timminimalizza d-diżordni tas-suq mhux meħtieġa fil-forma ta' oxxillazzjoni gravi fil-prezz u effetti negattivi fuq il-produtturi tal-Komunità, kif ukoll tisgura l-inqas tgħabija amministrattiva fuq l-importaturi. F'dan il-qasam, huwa nnotat li matul il-perjodu ta' applikazzjoni tal-miżuri provviżorji, importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat filfatt żdiedu filwaqt li l-prezz bl-imnut, li żamm għallinqas wieħed mill-entità maġġuri involuta, naqas b'17 %, - il-miżuri għandhom ikunu f'tali forma li jinkoraġġixxu kompetizzjoni bejn l-importaturi fi grad li dejjem jiżdied u li jisguraw li importaturi ġodda li mhumiex tradizzjonali jkollhom opportunità li jissieħbu fis-suq. (126) Wara li dawn il-konsiderazzjonijiet kienu kkunsidrati, il-Kummissjoni tqies li ma jkunx xieraq li l-kwota tar-rata ta' tariffa tkun amministrata buq bażi li ta' l-ewwel jinqeda l-ewwel. Minnflok, dawk l-operaturi ekonomiċi li s-soltu jimportaw kwantità sostanzjali tal-prodott ikkonċernat lejn il-Komunità jew pajjiżi ta' adeżjoni (importaturi tradizzjonali) għandu jkollhom l-opportunità biex japplikaw għal liċenza biex jimportaw kwantità tal-prodott ikkonċernat ħieles minn taxxa miżjuda, ibbażat fuq il-livell tradizzjonali tagħhom ta' importazzjonijiet mill-PRC. Fl-istess ħin, importaturi oħra li jixtiequ jimportaw il-prodott ikkonċernat fil-Komunità mill-PRC, imma li ma jissodisfawx din il-kriterja (importaturi oħra) għandhom ikollhom l-opportunità li japplikaw għal liċenza biex jimportaw kwantità tal-prodott ikkonċernat ħieles minn taxxa miżjuda. (127) Għalhekk, sistema ta' liċenzi tista' tkun stabbilita fejn id-dritt li timporta l-prodott ikkonċernat ħieles minn taxxa għandu jkollu preżentata liċenza ta' importazzjoni. Ir-regoli dettaljati għal dik is-sistema għandhom ikunu komplimentari għal, jew jidderogaw minn, dawk imniżżla b'Regolament tal-Kummissjoni (KE) 1291/2000 ta' d-9 ta' Ġunju 2000 li jsemmi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzi ta' l-importazzjoni u l-esportazzjoni u ċertifikati li jiffissaw avvanzati għal prodotti ta' l-agrikoltura [13], kif l-aħħar emendat b'Regolament (KE) Nru 322/2004 [14]. (128) Sabiex is-sistema taħdem b'mod effettiv, id-dritt biex tapplika għal liċenza għandu jkun restritt għal operaturi, persuni naturali jew ġuridiċi, individwi jew gruppi li għandhom esperjenza riċenti li jimportaw fil-Komunità jew pajjiżi ta' adeżjoni. Miżuri huma wkoll meħtieġa biex iżommu minimu ta' applikazzjonijiet spekulattivi għal liċenzi ta' importazzjonijiet li jistgħu jirriżultaw fil-kwoti ta' tariffi li mhumiex utilizzati fis-sħiħ. Għalhekk, sabiex jikkwalifikaw biex japplikaw għal liċenza, importaturi għandhom ikunu mportaw riċentement fil-Komunità kwantità minima raġonevoli tal-prodotti simili. Meta wieħed iqis in-natura u l-valur tal-prodott ikkonċernat, huwa kkunsidrat raġonevoli li sabiex tikkwalifika biex tapplika għal liċenza, importaturi jridu ta' l-inqas ikunu importaw 50 tunnellati metriċi ta' prodotti ta' frott u ħaxix ipproċessat kif imsemmi fl-Artikolu 1(2) ta' Regolament (KE) Nru 2201/96 f'wieħed jew iktar minn l-aħħar tliet staġuni ta' bottiljar (2000/01, 2001/02 u 2002/03 għal l-ewwel perjodu tal-miżuri definittivi (11 ta' April 2004 sa l-10 ta' April 2005). Għandu jsir provvediment ieħor biex jintalab il-ħlas ta' titolu ta' sigurtà fil-kas ta' kull tunnellata metrika tal-prodott ikkonċernat għal liema applikazzjoni għal liċenza ta importazzjoni hija magħmula. Dak it-titolu ta' sigurtà għandu jkun f'livell ogħli biżżejjed biex jiskoraġġixxi applikazzjonijiet spekulattivi imma mhux ogħli tant li jiskoraġġixxi dawk imqabbda biex jaħdmu f'attività kummerċjali ġenwina relatata ma' prodotti ta' frott u ħaxix ipproċessati. Huwa meqjus li titolu ta' sigurtà ugwali għal madwar 20 % tal-valur tal-prodott ikkonċernat importat huwa raġonevoli f'dan il-kuntest. (129) Fil-miżuri provviżorji, importaturi tradizzjonali rċevew 85 % tal-kwota ta' tariffa (23435 tunnellata metrika fuq bażi ta' kull sena), filwaqt li importaturi oħra rċevew 15 % (4135 tunnellata metrika fuq bażi ta' kull sena). Il-miżuri għandhom ikunu tali li jippreservaw il-posizzjoni ta' importaturi tradizzjonali, filwaqt li fl-istess ħin iżommu il-kompetizzjoni u jipprovdu aċċess għas-suq għal importaturi oħra. Hemm numru sinnifikanti ta' importaturi li fil-passat kemm-il darba importaw satsuma tal-bott mill-PRC imma li ma jlaħħqux il-limitu tal-500 tunnellata metrika sabiex ikunu meqjusa bħala importaturi tradizzjonali. Meta wieħed iqis il-varjetà ta' volumi importati minn dawn l-importaturi, instab li kien iktar ġust li jiżdied l-ammont tal-kwota ta' tariffa għal dawn l-importaturi milli jitnaqqas il-livell ta' l-ammont tal-volum. (130) Huwa meqjus illi, minkejja il-persentaġġ ogħli tal-prodott ikkonċernat importat minn importaturi tradizzjonali fl-istaġuni tal-bottiljar riċenti, sabiex is-suq jibqa' miftuħ, tinżamm il-kompetizzjoni u tkun provduta l-opportunità għal importaturi ta' kwantitajiet iżgħar biex jipparteċipaw fis-suq, 25 % tal-kwota ta' tariffa għal oġġetti li joriġinaw fil-PRC għandha tkun disponibbli lill-"importaturi oħra". Billi wieħed jalloka 75 % lill-importaturi tradizzjonali fil-miżuri definittivi, l-ammont inizjali ta' kull sena tal-kwota ta' tariffa li tkun disponibbli għalihom jinżamm għal 23132 tunnellati metriċi. Din tkun qed iżżomm intatta il-posizzjoni ta' importaturi tradizzjonali filwaqt li tħalli persentaġġ iktar ogħli jkun allokat lill-importaturi li mhumiex tradizzjonali minn dak li kien allokat fil-miżuri provviżorji. Ghalhekk, l-ammont allokat lil importaturi oħra għandu jkun miżjud għal 7711-il tunnellata metrika (25 % tal-kwota ta' tariffa). (131) Liċenzi għal persentaġġ relevanti tal-kwota ta' tariffa allokati lil importaturi tradizzjonali għall-perjodu ikkonċernat għal importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina fil-PRC għandhom isiru disponibbli lil importaturi tradizzjonli meta japplikaw għalihom u għandhom ikunu suġġettati għal kriterji oġġettivi Liċenzi għall-bqija tal-kwota ta' tariffa għal perjodu ikkonċernat għandhom ikunu disponibbli lil "importaturi oħra" meta japplikaw u għandhom ikunu soġġettati għal kriterji oħra. Tali kriterji huma meħtieġa biex jisguraw li kull importatur tradizzjonali għandu l-opportunità li jżomm il-posizzjoni tiegħu intatta rigward importaturi tradizzjonali oħra, li ebda importatur waħdieni għandu l-kaċità jikkontrolla s-suq u li kompetizzjoni bejn importaturi tinżamm intattta. F'dan is-sens, il-kriterja oġġettiva l-iktar xierqa għal importaturi tradizzjonali huwa il-kwantità massima (piż nett) tal-prodott ikkonċernat importat għal kull staġun tal-bottiljar fl-aħħar tliet staġuni tal-bottiljar (2000/01, 2001/02 u 2002/03 għal l-ewwel perjodu tal-miżuri definittivi (11 ta' April 2004 sa l-10 ta' April 2005). Il-kriterja oġġettiva l-iktar xierqa għal importaturi oħra hija limitu ta' 20 % tal-kwota ta' tariffa disponibbli għal importaturi oħra għal oġġetti ta' oriġini Ċiniża (id est 3 % tal-kwota ta' tariffa għal oġġetti ta' oriġini Ċiniża). (132) Dwar importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina f'pajjiżi oħra li mhumiex PRC, minħabba li importaturi tradizzjonali ma jimportawx kwantitajiet sostanzjali tal-prodott ikkonċernat minn pajjiżi oħra li mhumiex PRC, u minħabba li l-kwota ta' tariffa li għandha tkun stabbilita hija sostanzjment iktar ogħlja minn importazzjonijiet fi staġuni ta' l-ibbotiljar ta' qabel, huwa meqjus li l-kwota ta' tariffa sħiħa għandha tkun disponibbli lill-importaturi kollha fuq l-istess bażi, u li (għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq) il-kriterja oġġettiva l-iktar xierqa biex ikunu limitati applikazzjonijiet għal liċenzi ta' importazzjoni hija limitu ta' 20 % tal-kwota ta' tariffa disponibbli għal oġġetti ta' dik l-oriġini. (133) L-eliġibilità ta' oġġetti importati minn pajjiżi li għadhom qegħdin jiżviluppaw biex ikunu esklużi mill-kwoti ta' tariffi jiddependi mill-oriġini ta' l-oġġetti. L-eliġibilità ta' oġġetti importati għal kwota ta' tariffa assenjta lil importazzjonjiet li joriġinaw mill-PRC, u għall-kwota ta' tariffa għal importazzjonijiet li joriġinaw fil-pajjiżi l-oħra kollha, ukoll tiddependi mill-oriġini ta' l-oġġetti. Il-kriterja biex tiddetermina l-oriġini li qeda fis-seħħ bħalissa fil-Komunità għandha għalhekk tkun applikata, u sabiex ikun sgurat li l-kwoti ta' tariffi huma amministrati b'mod effiċenti, preżentazzjoni ta' ċertifikat ta' oriġini fil-fruntiera tal-Komunità għandhom ikunu meħtieġa għal importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat minbarra fejn l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat huma koperti b'xiehda ta' oriġini maħruġa jew magħmula skond ir-regoli relevanti stabbiliti sabiex jikkwalifikaw għal miżuri ta' tariffi preferenzali. 11.3. TUL (134) Il-miżuri definittivi m'għandhomx idumu iktar minn erba' snin inkluż il-perjodu tal-miżuri provviżorji li ġew fis-seħħ fid-9 ta' Novembru 2003. Għalhekk għandhom jiskadu mhux iktar tard mit-8 ta' Novembru 2007, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Sistema ta' kwoti ta' tariffa 1. Sistema ta' kwoti ta' tariffa hija hawnhekk miftuħa b'relazzjoni ma' importazzjonijiet fil-Komunità ta' ċerti mandolin preparati jew priservati (jinkludu mandolin u satsumi), klementini, wilkings, ibridi taċ-ċitru simili, li m'għandhomx fihom spirtu miżjud, zokkor miżjud, li bħalissa jikklassifikaw fil-kodiċijiet NM 20083055 u 20083075 (hawnhekk iżjed ‘il quddiem mandolin tal-bott). Il-volum ta' kull kwota ta' tariffa, u l-perjodu li japplikaw fih, huma speċifikati fl-Anness 1. 2. Ir-rata konvenzjonali ta' taxxa msemmija fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 2658/87 [15], jew kull rata ta' taxxa preferenzali, għandhom ikomplu japlikaw għal mandolin tal-bott importati taħt il-kwoti li għalihom issir referenza fil-paragrafu 1. 3. Bla ħsara għall-Artikolu 9, importazzjonjiet ta' dawk il-mandolin tal-bott li jkunu saru mingħajr ma kienet preżentata liċenza bħal dik li għaliha saret referenza fl-Artikolu 3(1) li għandha x'taqsam mal-pajjiż minn liema joriġinaw dawk il-mandolin tal-bott għandhom ikunu suġġettati għal taxxa miżjuda ta' EUR301 għal kull tunnellata metrika. Artikolu 2 Definizzjonijiet Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament: (a) "staġun tal-bottiljar" tfisser a: perjodu ta' 12-il xahar minn l-1 ta' Ottubru f'sena waħda sat-30 ta' Settembru tas-sena ta' wara; (b) "pajjiżi ta' adeżjoni" tfisser il-Latvja, il-Lituwanja, l-Estonja, il-Polonja, l-Ungerija, ir-Repubblika Ċeka, l-Islovakkja, l-Islovenja, Malta u Ċipru; (ċ) "importatur" tfisser operator, persuna naturali jew ġuridika, individwu jew grupp li importaw fil-Komunità jew fil-pajjiżi ta' adeżjoni, f'wieħed jew iktar mill-aħħar tliet staġuni tal-bottiljar, ta' l-inqas 50 tunnellati metriċi għal kull staġun tal-bottiljar ta' frott u ħaxix ipproċessat li għalihom issir referenza fl-Artikolu 1(2) ta' Regolament (KE) Nru 2201/96, irrispettivament ta' l-oriġini ta' dawk l-importazzjonijiet; (d) "importaturi tradizzjonali" tfisser importatur li importa medja ta' 500 tunnellata metrika jew iktar ta' mandolin tal-bott għal kull staġun tal-bottiljar fil-Komunità jew fil-pajjiżi ta' adeżjoni fl-aħħar tliet staġuni tal-bottiljar, irrispettivament mill-oriġini ta' dawk l-importazzjonjiet; (e) "kwantità ta' referenza" tfisser il-kwantità massima ta' mandolin tal-bott importata għal kull staġun tal-bottiljar minn importatur tradizzjonali matul wieħed mill-aħħar tliet staġuni tal-bottiljar; (f) "importaturi oħra" tfisser importaturi li mhumiex importaturi tradizzjonali; (g) "oriġini" tirreferi għall-pajjiż minn liema importazzjoni toriġina, li huma jew PRC jew pajjiż ieħor li mhuwiex PRC. Artikolu 3 Sistema ta' liċenzi ta' importazzjoni 1. L-importazzjonijiet kollha taħt il-kwoti li għalihom issir referenza fl-Artikolu 1(1) għandhom ikunu suġġettati għal preżentazzjoni ta' liċenza ta' importazzjoni (hawnhekk iżjed ‘il quddiem il-liċenza) maħruġa skond Regolament (KE) Nru. 1291/2000, bla ħsara għad-disposiżżjonijiet ta' dan ir-Regolament. 2. L-Artikolu 8(4) ta' Regolament (KE) Nru.1291/2000 m'għandux japplika għal-liċenzi. Box 19 of licences shall be marked "0".Kaxxa 19 ta' liċenzi għandha tkun immarkata "0". 3. Permezz ta' derogazzjoni mill-Artikolu 9 ta' Regolament (KE) Nru. 1291/2000, id-drittijiet li żdiedu mil-liċenzi m'għandhomx ikunu trasferibbli. 4. L-ammont tat-titolu ta' sigurtà li għaliha saret referenza fl-Artikolu 15(2) ta' Regolament (KE) Nru. 1291/2000 għandu jkun ta' EUR150 għal kull tunnellata metrika netta. Artikolu 4 Validità ta' liċenzi 1. Kaxxa 8 ta' applikazzjonijiet tal-liċenza u liċenzi għandhom jindikaw il-pajjiż ta' l-oriġini tal-prodott. Il-kelma "iva" f'kaxxa 8 għandha tkun immarkata b'salib. Liċenzi għandhom ikunu validi biss għall-prodotti li joriġinaw fil-pajjiż indikat f'dik il-kaxxa. 2. Liċenzi għandhom ikunu validi biss għall-perjodu li għalih kienu maħruġa. Kaxxa 24 tiegħu għandu jkollha dħul li jindik il-perjodu ta' validità tal-liċenza (eż. "liċenza valida biss mill-11 ta' April 2004 sa l-10 ta' April 2005"). Artikolu 5 Applikazzjonijiet ta' liċenza 1. Importaturi biss jistgħu jiddepożitaw applikazzjonijiet tal-liċenza. Applikazzjonijiet għandhom ikunu depożitati ma' l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Bħala sosteniment għall-applikazzjonijiet tagħhom, importaturi għandhom jipprovdu informazzjoni li tivverifika għas-sodisfazzjon ta' l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti konformità ma' l-Artikolu 2(c) u (d). 2. Applikazzjonijiet tal-liċenza għall-perjodu sa l-10 ta' April 2005 jistgħu jkunu depożitati matul il-perjodu 1 sas-7 ta' Mejju 2004. Applikazzjonijiet tal-liċenza għal kull perjodu iktar tard jistgħu jkunu depożitati minn l-1 sat-8 ta' Frar eżatt qabel il-bidu tal-perjodu relevanti fil-każijiet l-oħra. 3. Applikazzjonijiet tal-liċenza depożitati minn importaturi tradizzjonali għandhom ikopru kwantità mhux ikbar mill-kwantità ta' referenza għall-importaturi tradizzjonali ikkonċernati b'relazzjoni ma' importazzjonijiet ta' mandolin tal-bott li joriġinaw fil-PRC, u mhux iktar minn 20 % tal-kwota ta' tariffa speċifikata b'relazzjoni ma' importazzjonijiet ta' mandolin tal-bott li joriġinaw f'kull pajjiż ieħor. 4. Applikazzjonijiet tal-liċenzi depożitati minn importaturi oħra għandhom ikopru kwantità mhux ikbar minn 3 % tal-kwota ta' tariffa speċifikata fl-Anness 1 b'relazzjoni ma' importazzjonijiet ta' mandolin tal-bott li joriġinaw fil-PRC, u mhux iktar minn 20 % tal-kwota ta' tariffa speċifikata b'relazzjoni ma' importazzjonijiet ta' mandolin tal-bott li joriġinaw fil-pajjiżi l-oħra kollha. 5. Kaxxa 20 ta' applikazzjonijiet tal-liċenzi għandha tindika "importatur tradizzjonali" u "importatur ieħor" kif xieraq, u "talba taħt Regolament (KE) Nru. 658/2004". Artikolu 6 Allokazzjoni tal-kwoti ta' tariffa 1. Għal importazzjonijiet b'oriġini Ċiniża, il-kwota ta' tariffa imfissra fl-Artikolu 1(1) għal kull perjodu għandha tkun allokata hekk kif ġej: (a) 75 % lil importaturi tradizzjonali; (b) 25 % lil importaturi oħra. Jekk f'xi perjodu l-kwantità allokata ma tkunx eżawsta kollha minn kategorija waħda ta' importaturi, il-bqija tista' tkun allokata lill-kategorija l-oħra. 2. Għal importazzjonijiet oħra li mhumiex ta' oriġini Ċiniża, il-kwota mfissra fl-Artikolu 1(1) għandha tkun disponibbli għal importaturi tradizzjonali u importaturi oħra. Artikolu 7 Komunikazzjonijiet ta' l-Istati Membri lill-Kummissjoni 1. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni jekk applikazzjonijiet ta' liċenza ta' importazzjoni kienitx mogħtija u l-kwantitajiet kienux koperti bl-applikazzjonijiet tal-liċenza. 2. Għall-perjodu 11 ta' April 2004 sa l-10 ta' April 2005, l-informazzjoni li għaliha saret referenza fil-paragrafu 1 għandha tkun notifikata sa mhux iktar tard minn 12.00 (ħin ta' Brussel) fil-11 ta' Mejju 2004. 3. Għall kull perjodu sussegwenti, l-informazzjoni li għaliha saret referenza fil-paragrafu 1 għandha tkun notifikata sa mhux iktar tard minn 12.00 (ħin ta' Brussel) fl-10 ta' Frar eżatt qabel il-bidu tal-perjodu relevanti. 4. Il-komunikazzjoni li għaliha saret referenza fil-paragrafu 1 għandha tingħatalha effett b'mezz elettroniku fil-formula mibgħuta għal dak il-għan mill-Kummissjoni lill-Istat Membru. L-informazzjoni li tinsab fiha għandha tinqasam skond it-tip ta' importatur u l-oriġini fis-sens ta' l-Artikolu 2. Artikolu 8 Kwistjonijiet ta' liċenzi 1. Fuq il-bażi ta' l-informazzjoni notifikata mill-Istati Membri skond l-Artiikolu 7, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi, permezz ta' Regolament, għal kull oriġini u kull tip ta' importatur fis-sens ta' l-Artikolu 2, u billi tieħu fil-konsiderazzjoni paragrafu 2, il-proporzjon f'liema l-liċenzi għandhom jinħarġu. Dik id-deċiżjoni għandha tittieħed sa mhux iktar tard mit-2 ta' Ġunju 2004 fil-kas tal-perjodu 11 ta' April 2004 sa l-10 ta' April 2005, u mhux iktar tard mill-15 ta'Marzu eżatt qabel il-bidu tal-perjodu relevanti fil-każijiet l-oħra kollha. 2. Fejn, fuq il-bażi ta' l-informazzjoni notifikata mill-Istati Membri skond l-Artikolu 7, il-Kummissjoni ssib li applikazzjonijiet tal-liċenza huma iktar mill-kwantitajiet stabbiliti skond l-Artikoli 1 sa 6, hi għandha tistabbilixxi persentaġġ ta' tnaqqis wieħed biex ikun applikat lill-applikazzjonijiet tal-liċenza fil-kwistjoni. 3. Liċenzi għandhom jinħarġu mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali fir-raba' jum tax-xogħol wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament ipprevedut fil-paragrafu 1. 4. Fejn, skond paragrafu 1, il-kwantità li għaliha liċenza tkun maħruġa hija inqas mill-kwantità mitluba, l-applikazzjoni tal-liċenza tista' tkun irtirata fi tliet ijiem tax-xogħol fid-dħul fis-seħħ tal-miżuri addotati skond dak il-paragrafu. Fl-eventwalità ta' tali irtirar, it-titolu ta' sigurtà għandha tkun rilaxxata immedjatament. Artikolu 9 Pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw Importazzjonijiet ta' mandolin tal-bott li joriġinaw f'wieħed mill-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw speċifikati fl-Anness 2 m'għandhomx ikunu suġġettati għal, jew allokati fil-kwoti ta' tariffa. Artikolu 10 Disposizzjonijiet ġenerali 1. L-oriġini tal-mandolin tal-bott għal liema dan ir-Regolament japplika għandhom ikunu determinati skond id-disposizzjonijiet fis-seħħ fil-Komunità. 2. Bla ħsara għal paragrafu 3, kull rilaxx f'ċirkolazzjoni libera fil-Komunità ta' mandolin tal-bott li joriġinaw f'pajjiż terz għandu jkun suġġettat għal preżentazzjoni ta' ċertifikat ta' oriġini maħruġ mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ta' dak il-pajjiż li jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 47 ta' Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru. 2454/93 [16]. 3. Iċ-ċertifikat ta' oriġini li għalih issir referenza fil-paragrafu 2 m'għandux ikun meħtieġ għal importazzjonijiet ta' mandolin tal-bott koperti b'xiehda ta' oriġini maħruġa jew magħmula skond ir-regoli relevanti stabbiliti sabiex wieħed jikkwalifika għal miżuri ta' tariffi preferenzali. 4. Xhieda ta' oriġini għandha tkun aċċettata biss jekk il-mandolin tal-bott jissodisfaw il-kriterja li tiddetermina l-oriġini stabbilita fid-disposizzjonijiet fis-seħħ fil-Komunità. Artikolu 11 L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkoperaw mill-qrib biex jisguraw konformità ma' dan ir-Regolament. Artikolu 12 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-11 ta' April 2004 u għandu japplika sat-8 ta' Novembru 2007. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-7 ta' April 2004. Ghall-Kummissjoni Pascal Lamy Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 349, 31.12.94, p. 53. [2] ĠU L 286, 11.11.00, p. 1. [3] ĠU L 67, 10.03.94, p. 89. [4] ĠU L 65, 08.03.03, p. 1. [5] ĠU L 290, 08.11.03, p. 3. [6] Egħjun:Eurostat. [7] Simulazzjoni jekk il-livell tal-konsum kien konstanti fil-perjodu fil-livell tiegħu ta' l-1998/99. [8] Stima. [9] L-informazzjoni hija għall-istaġuni tal-bottiljar — minn l-1 ta' Ottubru ta' sena waħda sat-30 ta' Settembru tas-sena ta' wara. [10] ĠU L 297, 21.11.96, p. 29. [11] ĠU L 64, 02.03.04, p. 25. [12] ĠU C 236, 02.10.03, p. 30. [13] ĠU L 152, 24.06.00, p. 1. [14] ĠU L 58, 26.02.04, p. 3. [15] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat b'Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 2344/2003 (ĠU L 346, tal-31.12.2003, p. 38). [16] ĠU L 253, 11.10.93, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 2286/2003 (ĠU L 343, 31.12.03, p. 1). -------------------------------------------------- ANNESS I Perjodu | Kwota — PRC (tunnellati metriċi) | Kwota — il-pajjiżi l-oħra kollha (tunnellati metriċi) | tal- 11.4.2004 sa ta' l- 10.4.2005 | 30843 | 2314 | tal- 11.4.2005 sa ta' l- 10.4.2006 | 32385 | 2430 | tal- 11.4.2006 sa ta' l- 10.4.2007 | 34004 | 2551 | tal- 11.4.2007 sa tat- 8.11.2007 | 20738 | 1556 | -------------------------------------------------- ANNESS II Lista ta' pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw – esklużi mill-miżuri minħabba li jesportaw inqas minn 3 % ta' importazzjonijiet lejn il-Komunità. L-Għaqda tal-Emirati Għarab, Afghanistan, Antigua u Barbuda, Angola, l-Arġentina, il-Barbados, Bangladexx, Burkina Faso, Bahrain, Burundi, Benin, Brunei Darussalam, Bolivia, il-Brażil, Bahamas, Bhutan, il-Botswana, Belize, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, ir-Repubblika Afrikana ¬entrali, il-Kongo, il-Kosta ta' l-Avorju, iċ-Ċili, il-Kamerun, il-Kolumbia, il-Kosta Rika, Kuba, Cape Verde, Djibouti, Dominica, ir-Repubblika Dominikana, Alġerija, l-Ekwador, l-Eġittu, l-Eritrea, l-Etjopja, Fiji, l-Istati Federali ta' Micronesia, Gabon, Grenada, il-Gana, Gambia, Guinea, Guinea Ekwatorjali, il-Gwatemala, Guinea-Bissau, Guyana, il-Ħonduras, il-Ħaiti, Hong Kong, l-Indoneżja, l-Indja, l-Iraq, l-Iran (Repubblika Iżlamika ta'), il-Ġamajka, il-Ġordan, il-Kenya, il-Kambodja, Kiribati, Comoros, St Kitts u Nevis, il-Kuwajt, ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu ta' Lao, il-Lebanon, St Luċia, Sri Lanka, il-Liberja, Lesotho, Ġamahiriya Għarbija Libjana, il-Marokk, il-Madagaskar, il-Gżejjer Marshall, il-Mali, Myanmar, Mongolia, il-Mawritanja, il-Mawrizju, il-Maldive, il-Malawi, il-Messiku, il-Malasia, il-Mozambik, in-Namibia, Niġer, in-Niġeria, Nicaragua, Nepal, Nauru, Oman, Panama, Peru, Papua Guinea l-Ġdida, il-Filippini, il-Pakistan, Palau, Paraguay, Qatar, l-Irwanda, l-Arabia Saudita, il-Gżejjer Solomon, Seychelles, is-Sudan, is-Sierra Leone, is-Senegal, is-Somalia, Suriname, Sao Tomé u Principe, El Salvador, ir-Repubblika Għarbija Sirjana, Swaziland, iċ-Chad, Togo, it-Tajlandja, it-Tuniżija, Tonga, Timor ta' Lvant, Trinidad u Tobago, Tuvalu, Tanzania (Repubblika Unita ta'), Taipei Ċiniżi, l-Uganda, l-Uruguaj, San Vinċenz u l-Grenadini tan-Nort, il-Venezwela, Viet Nam, Vanuatu, Samoa, Jemen, Sud Africa, Zambia u Zimbabwe. --------------------------------------------------