EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0552

Ir-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 dwar l-interoperabilità tax-Xibka Ewropea ta' Amministrazzjoni ta' Traffiku ta' l-Ajru (Ir-Regolament ta' interoperabilità)Test b'relevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 96, 31.3.2004, p. 26–42 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 10/09/2018; Imħassar b' 32018R1139

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/552/oj

32004R0552



Official Journal L 096 , 31/03/2004 P. 0026 - 0042


Ir-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tal-10 ta' Marzu 2004

dwar l-interoperabilità tax-Xibka Ewropea ta' Amministrazzjoni ta' Traffiku ta' l-Ajru

(Ir-Regolament ta' interoperabilità)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikularment l-Artikolu 80(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [2],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni [3],

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 251 tat-Trattat [4], fid-dawl tat-test konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni tal-11 ta' Diċembru 2003,

Billi:

(1) Biex jinħoloq Ajru Uniku Ewropew, miżuri għandhom ikunu addottati f'konnessjoni ma' sistemi, kostitwenti u proċeduri assoċjati bil-għan li jiżguraw l-interoperabilità tax-xbieki Ewropej ta' amministrazzjoni ta' traffiku ta' l-ajru (XEATA) konsistenti mal-proviżjoni ta' servizzi ta' navigazzjoni ta' l-ajru kif jipprovdi r-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Marzu 2004 dwar il-proviżjoni ta' servizzi ta' navigazzjoni ta' l-ajru fl-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament dwar il-proviżjoni ta' servizz) [5] u l-organizzazzjoni u l-użu ta' spazju ta' l-ajru kif jipprovdi r-Regolament (KE) Nru 551/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Marzu 2003 dwar l-organizzazzjoni u l-użu ta' l-ispazju ta' l-ajru ta' l-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament ta' l-spazju ta' l-ajru) [6].

(2) Ir-rapport tal-Grupp ta' Livell Għoli dwar l-Ajru Uniku Ewropew ikkonferma l-ħtieġa li jkun stabbilit regolament tekniku fuq il-bażi tat-"trattament ġdid" skond ir-riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-7 ta' Mejju 1985 dwar trattament ġdid ta' l-armonizzazzjoni u standards tekniċi [7] fejn rekwiżiti, regoli u standards essenzjali jkunu komplimentari u konsistenti.

(3) Ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Marzu 2004 (ir-Regolament qafas) [8] jippreskrivi il-qafas għal ħolqien ta' l-Ajru Uniku Ewropew.

(4) Ir-rapport tal-Grupp ta' Livell Għoli kkonferma li wkoll jekk inkiseb progress matul l-aħħar ftit snin lejn operat fl-assjem tiegħu tax-XEATA, is-sitwazzjoni tibqa' mhix sodisfaċenti, b'livell baxx ta' integrazzjoni bejn sistemi nazzjonali għall-amministrazzjoni ta' traffiku ta' l-ajru u pass bil-mod fl-introduzzjoni ta' konċetti ġodda ta' operat u teknoloġija meħtieġa biex jagħtu l-kapaċita addizzjonali rekwiżita.

(5) Żieda fil-livell ta' integrazzjoni f'livell Komunitarju għandha tirriżulta f'effiċjenza ikbar u spejjeż inqas għal-ksib (ta' oġġetti) u żamma tas-sistema u f'titjib fil-kordinazzjoni operazzjonali.

(6) Il-predominanza ta' speċifikazzjonijiet tekniċi nazzjonali wżati fil-ksib (ta' oġġetti) wasslet għal frammentazzjoni tas-suq tas-sistemi u ma tiffaċilitax koperazzjoni industrijali fil-livell Komunitarju; b'riżultat, l-industrija hija partikularment milquta ladarba teħtieġ b'mod konsiderevoli taddatta l-prodotti tagħha għal kull suq nazzjonali; dawn il-prattiċi jirrendu diffiċli bla mhu meħtieġ l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' teknoloġija ġdida u jirrallentaw l-introduzzjoni ta' konċetti ta' operat ġodda li huma rekwiżiti biex tiżdied il-kapaċita.

(7) Huwa għalhekk fl-interess ta' dawk kollha involuti fl-amministrazzjoni tat-traffiku ta' l-ajru li jiżviluppaw trattament ġdid ta' sħubija li jippermetti involviment ibbilanċjat tal-partijiet kollha u jistimula krejattivita u l-parteċipazzjoni fl-għarfien, esperjenza u riskji; sħubija tali għandu jkollha l-għan li tiddefinixxi, f'koperazzjoni ma' l-industrija, sett koerenti ta' speċifikazzjonijiet Komunitarji li jistgħu jissodisfaw ambitu l-aktar wiesa' ta' ħtiġiet.

(8) Is-suq intern huwa għan Komunitarju u għalhekk miżuri meħuda taħt dan ir-Regolament għandhom jikkontribwixxu għall-iżvilupp progressiv tiegħu f'dan is-settur.

(9) Huwa għalhekk xieraq li jkunu ddefiniti r-rekwiżiti essenzjali li għandhom japplikaw għax-xibka Ewropea ta' amministrazzjoni ta' traffiku ta' l-ajru, is-sistemi tagħha, kostitwenti u proċeduri assoċjati.

(10) Regoli li jimplimentaw għal interoperabilità għandhom jinkitbu għal sistemi kull meta jkun meħtieġ biex jikkompletaw jew jirraffinaw aktar ir-rekwiżiti essenzjali; dawk ir-regoli għandhom ukoll jinkitbu fejn meħtieġ biex jiffaċilitaw l-introduzzjoni kkordinata ta' konċetti ġodda, maqbula u validati ta' operat jew teknoloġiji; konformità ma' dawk il-liġijiet għandha dejjem tinżamm; dawk ir-regoli għandhom jistrieħu fuq regoli u standards żviluppati minn organizzazzjonijiet internazzjonali bħal Eurocontrol jew OIAĊ.

(11) L-iżvilupp u adozzjoni ta' speċifikazzjonijiet Komunitarji dwar XEATA, is-sistemi tagħha u konstitwenti jew proċeduri assoċjati huma mezzi xierqa biex jiddefinixxu l-kondizzjonijiet tekniċi u ta' operat meħtieġa biex jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali u r-regoli li jimplimentaw relevanti għal interoperabilità; konformità ma' speċifikazzjonijiet Komunitarji ppubblikati, li tibqa' voluntarja, toħloq preżunzjoni ta' konformità mar-rekwiżiti essenzjali u r-regoli ta' implimentazzjoni relevanti għal interoperabilità.

(12) Speċifikazzjonijiet Komunitarji għandhom ikunu stabbiliti minn korpi Ewropej ta' standardisation flimkien ma' l-Organizzazzjoni Ewropea għal Tagħmir ta' l-Avjazzjoni Ċivili (OETAĊ) u minn Eurocontrol, skond il-proċeduri ġeneral Komunitarji ta' standardisation

(13) Il-proċeduri li jirregolaw l-istima ta' konformità u konvenjenza għal użu ta' kostitwenti għandhom ikunu bbażati fuq l-użu tal-moduli koperti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/465/KEE tat-22 ta' Lulju 1993 dwar il-moduli għall-fażijiet varji tal-proċeduri ta' l-istima ta' konformità u r-regoli għat-twaħħil u l-użu tal-marka ta' konformità CE, li huma intiżi (maħsuba) li jkunu użati fid-direttivi ta' armonizzazzjoni teknika [9]; sakemm huwa meħtieġ, dawn il-moduli għandhom jitwessgħu biex ikopru ir-rekwiżiti speċifiċi ta' l-industrija kkonċernata.

(14) Is-suq ikkonċernat huwa żgħir u jikkonsisti minn sistemi u kostitwenti kważi użati esklussivament għal għanijiet ta' amministrazzjoni tat-traffiku ta' l-ajru u m'humiex maħsuba għall-pubbliku ġenerali; ikun għalhekk eċċessiv li titwaħħal il-marka CE fuq kostitwenti għax, fuq il-bażi ta' l-istima ta' konformità u/jew konvenjenza għal użu, id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-manifattur tkun suffiċjenti; dan m'għandux jolqot l-obbligu tal-manifattur li jwaħħal il-marka CE fuq ċerti kostitwenti biex jiċċertifika l-konformità tagħhom ma' leġislazzjoni Komunitarja oħra konnessa magħhom.

(15) It-tqegħid fis-servizz ta' sistemi ta' amministrazzjoni ta' traffiku ta' l-ajru għandu jkun suġġett għal verifika ta' konformità mar-rekwiżiti essenzjali u regoli ta' implimentazzjoni relevanti għal interoperabilità; użu ta' speċifikazzjonijiet Komunitarji joħloq preżunzjoni ta' konformità mar-rekwiżiti essenzjali u regoli ta' implimentazzjoni relevanti għal interoperabilità.

(16) L-applikazzjoni sħiħa ta' dan ir-Regolament għandha titwettaq permezz ta' strateġija transizzjonali maħsuba biex tikseb l-għanijiet ta' dan ir-Regolament filwaqt li ma toħloqx ilqugħ ta' relazzjoni bejn spejjeż u benefiċċji mhux iġġustifikati għal preżervazzjoni ta' l-infrastruttura eżistenti.

(17) Fil-qafas tal-leġislazzjoni Komunitarja relevanti, għandha titqies dovutement il-ħtieġa li jkunu żgurati:

- kondizzjonijiet armonizzati dwar id-disponibilità u l-użu effiċjenti ta' spectrum tar-radju meħtieġ għall-implimentazzjoni ta' l-Ajru Uniku Ewropew, inklużi aspetti ta' kompatibilita elettromanjetika,

- protezzjoni tas-servizzi ta' salvagwardja tal-ħajja minn interferenzi dannużi,

- użu effiċjenti u xieraq ta' frekwenzi allokati lis-settur ta' l-avjazzjoni w amministrati esklussivament minnu).

(18) Id-Direttiva tal-Kunsill 93/65/KEE tad-19 ta' Lulju 1993 dwar id-definizzjoni u użu ta' speċifikazzjonijiet tekniċi kompatibbli għal ksib ta' tagħmir għall-amministrazzjoni ta' traffiku ta' l-ajru u sistemi [10] hija ristretta għal obbligi ta' entitajiet li jippremjaw; dan ir-Regolament huwa aktar komprensiv minħabba li jindirizza obbligi ta' l-atturi kollha, inklużi fornituri ta' servizzi ta' navigazzjoni ta' l-ajru, utenti ta' spazju ta' l-ajru, l-industrija w ajruporti, u jipprovdi kemm għar-regoli applikabbli għal kulħadd kif ukoll għal adozzjoni ta' speċifikazzjonijiet Komunitarji li, filwaqt li jkunu voluntarji, toħloq preżunzjoni ta' konformità mar-rekwiżiti essenzjali. Għalhekk, id-Direttiva 93/65/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 97/15/KE) tal-25 ta' Marzu 1997 li taddotta standards ta' Eurocontrol u temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/65/KEE dwar id-definizzjoni w użu ta' speċifikazzjonijiet tekniċi kompatibbli għall-ksib ta' tagħmir għall-amministrazzjoni ta' traffiku ta' l-ajru u sistemi [11] Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2082/2000 tas-6 ta' Settembru 2000 li jaddotta standards ta' Eurocontrol u jemenda d-Direttiva 97/15/KE [12] u (KE) Nru 980/2002 ta' l-4 Ġunju 2002 li temenda r-Regolament (KE) Nru 2082/2000 għandhom ikunu rrevokati wara perjodu ta' transizzjoni.

(19) Għal raġunijiet ta' ċertezza legali huwa importanti li jkun żgurat li s-sustanza ta' ċerti dispożizzjonijiet ta' leġislazzjoni Komunitarja addottata fuq il-bażi tad-Direttiva 93/65/KEE tibqa' fis-seħħ mhux mibdula (kif inhi). L-adozzjoni taħt dan ir-Regolament tar-regoli li jimplimentaw li jikkorrispondu ma' dispożizzjonijiet tali ikunu jinħtieġu ċertu ammont ta' żmien,

ADDOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

IL-KAPITLU I

DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Għanijiet u ambitu

1. Fl-ambitu tar-Regolament qafas, dan ir-Regolament jikkonċerna l-interoperabilità tax-XEATA.

2. Dan ir-Regolament għandu japplika għas-sistemi, il-kostitwenti tagħhom u proċeduri assoċjati identifikati fl-Anness I.

3. L-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jikseb interoperabilità bejn is-sistemi, kostitwenti u proċeduri assoċjati differenti tax-XEATA, filwaqt li jittieħed qies tar-regoli internazzjonali relevanti. Dan ir-Regolament għandu l-għan ukoll li jiżgura l-introduzzjoni kkordinata u rapida tal-konċetti ta' operat ġodda maqbula u validati jew teknoloġija fl-amministrazzjoni tat-traffiku ta' l-ajru.

IL-KAPITLU II

REKWIŻITI ESSENZJALI, REGOLI LI JIMPLIMENTAW GĦALL-INTEROPERABILITÀ U SPEĊIFIKAZZJONIJIET KOMUNITARJI

Artikolu 2

Rekwiżiti essenzjali

Ix-XEATA, is-sistemi tagħha u l-kostitwenti tagħhom u proċeduri assoċjati għandhom jissodisfaw rekwiżiti essenzjali. Ir-rekwiżiti essenzjali huma miġbura fl-Anness II.

Artikolu 3

Regoli li jimplimentaw għal interoperabilità

1. Regoli li jimplimentaw għal interoperabilità għandhom jinkitbu kull meta meħtieġ biex jinkisbu b'manjiera koerenti l-għanijiet ta' dan ir-Regolament.

2. Sistemi, kostitwenti u proċeduri assoċjati għandhom jikkonformaw mar-regoli ta' implimentazzjoni relevanti għal interoperabilità matul iċ-ċiklu kollu ta' ħajjithom.

3. Regoli li jimplimentaw għal interoperabilità għandhom b'mod partikulari:

(a) jiddeterminaw kull rekwiżiti speċifiċi li jikkompletaw jew jirrafinaw ir-rekwiżiti essenzjali, b'mod partikulari f'termini ta' sugurezza, twettiq u operat fl-assjem tiegħu; u/jew

(b) jiddeskrivu, fejn xieraq, kull rekwiżiti speċifiċi li jikkompletaw jew jirraffinaw ir-rekwiżiti essenzjali, b'mod partikulari dwar l-introduzzjoni kkordinata ta' konċetti ġodda, maqbula u validati ta' operat jew teknoloġiji; u/jew

(ċ) jiddeterminaw il-kostitwenti meta jittrattaw ma' sistemi; u/jew

(d) jiddeskrivu l-proċeduri speċifiċi ta' stima ta' konformità li jinvolvu, fejn xieraq, korpi nnotifikati kif jirreferi għalihom l-Artikolu 8, ibbażati fuq il-moduli ddefiniti fid-Deċiżjoni 93/465/KEE li għandhom jintużaw biex ikunu stmati kemm il-konformità kif ukoll il-konvenjenza għal użu ta' kostitwenti kif ukoll il-verifika ta' sistemi; u/jew

(e) jispeċifikaw il-kondizzjonijiet ta' implimentazzjoni inkluża, fejn xieraq, id-data li sa fiha l-interessati (parteċipanti) kollha relevanti huwa rekwiżiti jikkonformaw magħhom.

4. Il-preparazzjoni, adozzjoni u reviżjoni ta' regoli ta' implimentazzjoni għal interoperabilità għandhom iqisu s-siwi (spejjeż) u l-benefiċċji stmati tas-soluzzjonijiet tekniċi li permezz tagħhom jistgħu jkunu osservati (mħarsa), bil-ħsieb li tkun iddefinita l-aktar soluzzjoni vijabbli, b'rispett dovut għaż-żamma ta' livell għoli maqbul ta' sigurezza. Stima tas-siwi (spejjeż) u benefiċċji ta' dawk is-soluzzjonijiet għall-interessati (parteċipanti) kollha kkonċernati għandha tinhemeż ma' kull abbozz ta' regola li timplimenta għal interoperabilità.

5. Regoli li jimplimentaw għal interoperabilità għandhom ikunu stabbiliti skond il-proċedura taħt l-Artikolu 8 tar-Regolament qafas.

Artikolu 4

Speċifikazzjonijiet Komunitarji

1. Fl-insegwiment ta' l-għan ta' dan ir-Regolament, speċifikazzjonijiet Komunitarji jistgħu jkunu stabbiliti. Speċifikazzjonijiet tali jistgħu:

(a) standards Ewropej għal sistemi jew kostitwenti, flimkien ma' proċeduri relevanti, miktuba minn korpi Ewropej ta' standardisation b'koperazzjoni ma' OETAĊ, b'mandat mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1998 li tippreskrivi l-proċedura għall-proviżjon ta' informazzjoni fil-qasam ta' standards u regolamenti tekniċi [13] u skond il-linji gwida ġenerali dwar koperazzjoni bejn il-Deċiżjoni u l-korpi ta' standardisation ffirmati fit-13 ta' Novembru 1984;

jew

(b) speċifikazzjonijiet miktuba minn Eurocontrol dwar materji ta' kordinazzjoni ta' operat bejn il-fornituri ta' servizzi ta' navigazzjoni ta' l-ajru, bi tweġiba għal talba mill-Deċiżjoni skond il-proċedura li jirreferi għaliha l-Artikolu 5(2) tar-Regolament qafas.

2. Konformità mar-rekwiżiti essenzjali u/jew ir-regoli ta' implimentazzjoni ta' interoperabilità għandha tkun preżunta għal sistemi, flimkien mal-proċeduri assoċjati, jew kostitwenti li jissodisfaw l-speċifikazzjonijiet Komunitarji relevanti u li n-numri ta' referenza tagħhom kienu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

3. Il-Deċiżjoni għandha tippubblika r-referenzi għall-istandards Ewropej li jirreferi għalihom il-paragrafu 1(a) fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

4. Ir-referenzi għal speċifikazzjonijiet ta' Eurocontrol li jirreferi għalihom il-paragrafu 1(b), għandhom ikunu ppubblikati mill-Deċiżjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea skond il-proċedura li jirreferi għaliha l-Artikolu 5(2) tar-Regolament qafas.

5. Fejn Stat Membru jew il-Kummissjoni j(t)ikkunsidra li konformità ma' speċifikazzjoni Komunitarja ppubblikata ma tiżgurax konformità mar-rekwiżiti essenzjali u/jew regoli ta' implimentazzjoni għal interoperabilità li l-ispeċifikazzjoni Komunitarja msemmija hija intiża li tkopri, il-proċedura li jirreferi għaliha l-Artikolu 5(2) tar-Regolament qafas għandħa tapplika.

6. Fil-każ ta' nuqqasijiet ta' standardsEwropej ippubblikati, irtirar parzjali jew totali ta' l-istandards ikkonċernati mill-pubblikazzjonijiet li jkunu fihom, jew emendi għalihom, jistgħu jkunu deċiżi skond il-proċedura li jirreferi għaliha l-Artikolu 5(2) tar-Regolament qafas wara konsultazzjoni mal-kumitat imwaqqaf taħt l-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/34/KE.

7. Fil-każ ta' nuqqasijiet ta' speċifikazzjonijiet ta' Eurocontrol ippubblikati, irtirar parzjali jew totali ta' l-speċifikazzjonijiet ikkonċernati mill-pubblikazzjonijiet li jkunu fihom, jew emendi għalihom, jistgħu jkunu deċiżi skond il-proċedura li jirreferi għaliha l-Artikolu 5(2) tar-Regolament qafas.

IL-KAPITLU III

VERIFIKA TA' KONFORMITÀ

Artikolu 5

Dikjarazzjoni tal-KE ta' konformità jew konvenjenza għal użu ta' kostitwenti

1. Kostitwenti għandhom ikunu akkompanjati b'dikjarazzjoni tal-KE ta' konformità jew konvenjenza għal użu. L-elementi ta' din id-dikjarazzjoni huma miġbura fl-Anness III.

2. Il-manifattur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità, għandu jiżgura u jiddikjara, permezz tad-dikjarazzjoni tal-KE ta' konformità jew konvenjenza għal użu, li huwa applika d-dispożizzjonijiet preskritti fir-rekwiżiti essenzjali u fir-regoli ta' implimentazzjoni relevanti għal interoperabilità.

3. Konformità mar-rekwiżiti essenzjali u r-regoli ta' implimentazzjoni relevanti għal interoperabilità għandha tkun preżunta f'konnessjoni ma' dawk il-kostitwenti li huma akkompanjati mid-dikjarazzjoni tal-KE ta' konformità jew konvenjenza għal użu.

4. Ir-regoli ta' implimentazzjoni relevanti għal interoperabilità għandhom jidentifikaw, fejn xieraq, ix-xogħol li jappartieni lill-istima ta' konformità jew konvenjenza għal użu ta' kostitwenti li għandu jitwettaq mill-korpi nnotifikati li jirreferi għalihom l-Artikolu 8.

Artikolu 6

Dikjarazzjoni tal-KE ta' verifika tas-sistemi

1. Sistemi għandhom ikunu suġġetti għal verifika tal-KE mill-fornitur tas-servizz ta' navigazzjoni ta' l-ajru skond ir-regoli ta' implimentazzjoni relevanti għal interoperabilità, biex ikun żgurat li jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali ta' dan ir-Regolament u r-regoli ta' implimentazzjoni għal interoperabilità, meta jkunu integrati flx-XEATA.

2. Qabel ma sistema titqiegħed fis-servizz, fil-fornitur tas-servizz ta' navigazzjoni ta' l-ajru relevanti għandu jistabbilixxi dikjarazzjoni tal-KE ta' verifika, li tikkonferma konformità, u għandu jissottomettiha lill-awtorita nazzjonali ta' sorveljanza flimkien mal-file tekniku. L-elementi ta' din id-dikjarazzjoni u tal-file tekniku huma miġbura fl-Anness IV. L-awtorita nazzjonali ta' sorveljanza tista' tirrekjedi kull informazzjoni addizzjonali meħtieġa biex tissorvelja konformità tali.

3. Ir-regoli ta' implimentazzjoni relevanti għal interoperabilità għandhom jidentifikaw, fejn xieraq, ix-xogħol li jappartieni lill-verifika ta' sistemi li għandu jitwettaq mill-korpi nnotifikati kif jirreferi għalihom l-Artikolu 8.

4. Id-dikjarazzjoni tal-KE ta' verifika għandha tkun mingħajr preġudizzju għal kull stima li l-awtorita nazzjonali ta' sorveljanza tista' tinħtieġ li twettaq għal raġunijiet barra dawk ta' interoperabilità.

Artikolu 7

Salvagwardji

1. Fejn l-awtorita nazzjonali ta' sorveljanza taċċerta li:

(a) kostitwent akkompanjat minn dikjarazzjoni tal-KE ta' konformità jew konvenjenza għal użu, jew

(b) sistema akkompanjata mid-dikjarazzjoni tal-KE ta' verifika,

ma tikkonformax mar-rekwiżiti essenzjali u/jew regoli ta' implimentazzjoni relevanti għal interoperabilità, hija għandha, b'rispett dovut għall-ħtieġa ta' sigurezza u kontinwita' ta' operat, tieħu l-miżuri meħtieġa biex tirrestrinġi ż-żona ta' applikazzjoni tal-kostitwent jew is-sistema kkonċernat(a) jew tipprojbixxi l-użu tiegħu (tagħha) mill-entitajiet taħt ir-responsabbilta ta' l-awtorita.

2. L-Istat Membru kkonċernat għandu immedjatament jgħarraf lill-Kummissjoni b'kull miżuri tali, filwaqt li jindika r-raġunijiet tiegħu u, b'mod partikulari, jekk fl-opinjoni tiegħu non-konformità mar-rekwiżiti essenzjali hix dovuta għal:

(a) nuqqas li tissodisfa r-rekwiżiti essenzjali;

(b) applikazzjoni mhux korretta tar-regoli ta' implimentazzjoni għal interoperabilità u/jew speċifikazzjonijiet Komunitarji;

(ċ) nuqqasijiet fir-regoli ta' implimentazzjoni għal interoperabilità u/jew speċifikazzjonijiet Komunitarji.

3. Kemm jista' jkun malajr, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-partijiet kkonċernati. Wara konsultazzjoni tali, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istat Membru bir-riżultati tagħha u bl-opinjoni tagħha jekk il-miżuri meħuda mill-awtorita nazzjonali ta' sorveljanza humiex iġġustifikati.

4. Fejn il-Kummissjoni tistabbilixxi li l-miżuri meħuda mill-awtorita nazzjonali ta' sorveljanza mhumiex iġġustifikati, hi għandha titlob lill-Istat Membru kkonċernat biex jiżgura li jkunu rtirati bla dewmien. Hija għandha mill-ewwel tgħarraf b'hekk lill-manifattur jew lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità.

5. Fejn il-Kummissjoni tistabbilixxi li non-konformità mar-rekwiżiti essenzjali tkun dovuta għal applikazzjoni mhux korretta tar-regoli ta' implimentazzjoni għal interoperabilità u/jew speċifikazzjonijiet Komunitarji, l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri xierqa kontra l-awtur (oriġinatur) tad-dikjarazzjoni ta' konformità jew konvenjenza għal użu jew id-dikjarazzjoni tal-KE ta' verifika u għandu jgħarraf b'dan lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra.

6. Fejn il-Kummissjoni tistabbilixxi li non-konformità mar-rekwiżiti essenzjali tkun dovuta għal nuqqasijiet fl- speċifikazzjonijiet Komunitarji, il-proċeduri li jirreferi għalihom l-Artikolu 4(6) jew (7) għandhom japplikaw.

Artikolu 8

Korpi nnotifikati

1. Stati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-korpi li jkunu ħatru biex iwettqu x-xogħol li jappartieni lill-istima ta' konformità jew konvenjenza għal użu li jirreferi għaliha l-Artikolu 5, u/jew il-verifika li jirreferi għaliha l-Artikolu 6, filwaqt li jindikaw il-qasam ta' responsabbilita ta' kull korp u u-numru ta' identifikazzjoni tiegħu miksub mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea il-lista tal-korpi, in-numru ta' identifikazzjoni u l-oqsma ta' responsabbilta tagħhom, u għandha żżomm il-lista aġġornata.

2. Stati Membri għandhom japplikaw il-kriterji li jipprovdi għalihom l-Anness V għall-istima (assessjar) tal-korpi li għandhom ikunu nnotifikati. Korpi li jissodisfaw il-kriterji ta' stima li jipprovdu għalihom l-istandards Ewropej relevanti għandhom jitqiesu li jissodisfaw il-kriterja msemmija.

3. Stati Membri għandhom jiritiraw notifika ta' korp innotifikat li m'għadux jissodisfa l-kriterji li jipprovdi għalihom l-Anness V. Għandhom mill-ewwel jgħarrfu b'dan lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra.

4. Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti li jirreferu għalihom il-paragrafi 1, 2 u 3, Stati Membri jistgħu jiddeċiedu jaħtru organizzazzjonijiet rikonoxxuti skond l-Artikolu 3 tar-Regolament dwar il-proviżjoni ta' servizz bħala korpi nnotifikati.

IL-KAPITLU IV

DISPOSIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 9

Reviżjoni ta' annessi

Fil-każ ta' xi żviluppi tekniċi jew operazzjonali, jistgħu jsiru aġġustamenti lill-Annessi I u II skond il-proċedura li jirreferi għaliha l-Artikolu 5(3) tar-Regolament qafas.

Artikolu 10

Arranġamenti transizzjonali

1. Jibdew mill-20 ta' Ottubru 2005, ir-rekwiżiti essenzjali għandhom japplikaw għad-dħul fis-servizz ta' sistemi u kostitwenti tax-XEATA, jekk ma jkunx speċifikat mod ieħor mir-regoli ta' implimentazzjoni relevanti għal interoperabilità.

2. Konformità mar-rekwiżiti essenzjali għandha tkun rekwiżita għas-sistemi u kostitwenti kollha tax-XEATA preżentement f'operat sa l-20 ta' April 2011, jekk mhux speċifikat mod ieħor bir-regoli ta' implimentazzjoni relevanti għal interoperabilità.

3. Fejn sistemi tax-XEATA kienu ordnati jew kuntratti vinkolanti għal dak l-effett kienu ffirmati

- qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, jew, fejn xieraq,

- qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' regola jew regoli ta' implimentazzjoni relevanti għal interoperabilità,

biex b'hekk il-konformità mar-rekwiżiti essenzjali u/jew ir-regoli ta' implimentazzjoni relevanti għal interoperabilità ma tistax tkun garantita fil-limitu ta' żmien msemmi fil-paragrafu 1, l-Istat Membru kkonċernat għandu jikkomunika lill-Kummissjoni informazzjoni ddettaljata dwar ir-rekwiżiti essenzjali u/jew ir-regoli ta' implimentazzjoni għal interoperabilità fejn kienet identifikata inċertezza ta' konformità.

Il-Kummissjoni għandha tidħol f'konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, imbagħad għandha tieħu deċiżjoni skond il-proċedura li jireferi għaliha l-Artikolu 5(3) tar-Regolament qafas.

Artikolu 11

Revokar

Id-Direttivi 93/65/KEE u 97/15/KE u r-Regolamenti (KE) Nri 2082/2000 u 980/2002 għandhom ikunu rrevokati fl-20 ta' Ottubru 2005.

Artikolu 12

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasbourg (Strasburgu), fl-10 ta' Marzu 2004.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

P. Cox

F'isem il-Kunsill

Il-President

D. Roche

[1] ĠU C 103 E, tat-30.4.2002, p. 41.

[2] ĠU C 241, tas-7.10.2002, p. 24.

[3] ĠU C 278, ta' l-14.11.2002, p. 13.

[4] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Settembru 2002 (ĠU C 272 E, tat-13.11.2003, p. 325), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tat-18 ta' Marzu 2003 (ĠU C 129 E, tat-3.6.2003, p. 26) u l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Lulju 2003 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Ir-Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Jannar 2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-2 ta' Frar 2004.

[5] ĠU L 96, tal-31.3.2004, p. 10.

[6] ĠU L 96, tal-31.3.2004, p. 20.

[7] ĠU C 136, ta' l-4.6.1985, p. 1.

[8] ĠU L 96, tal-31.3.2004, p. 1.

[9] ĠU L 220, tat-30.8.1993, p. 23.

[10] ĠU L 187, tad-29.7.1993, p. 52. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, tal-31.10.2003, p. 1).

[11] ĠU L 95, ta' l-10.4.1997, p. 16. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 2082/2000 (ĠU L 254, tad-9.10.2000, p. 1).

[12] ĠU L 254, tad-9.10.2000, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 980/2002 (ĠU L 150, 8.6.2002, p. 38).

[13] ĠU L 204, tal-21.7.1998, p. 37. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 98/48/KE (ĠU L 217, tal-5.8.1998, p. 18).

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

LISTA TA' SISTEMI TA' SERVIZZI TA' NAVIGAZZJONI TA' L-AJRU

Għall-fini ta' dan ir-Regolament ix-XEATA hija suddiviża fi tmien sistemi.

1. Sistemi u proċeduri għall-amministrazzjoni ta' spazju ta' l-ajru.

2. Sistemi u proċeduri għall-amministrazzjoni tal-fluss tat-traffiku ta' l-ajru.

3. Sistemi u proċeduri għal servizzi tat-traffiku ta' l-ajru, b'mod partikulari sistemi ta' pproċessar ta' data tat-titjir, sistemi ta' pproċessar ta' data ta' sorveljanza u sistemi umani-mekkaniċi ta' interface (konfini bejn saffi ta' spazju ta' l-ajru).

4. Sistemi u proċeduri ta' komunikazzjonijiet għal komunikazzjonijiet mill-art għall-art, mill-ajru għall-art u mill-ajru għall-ajru.

5. Sistemi u proċeduri ta' navigazzjoni.

6. Sistemi u proċeduri ta' sorveljanza.

7. Sistemi u proċeduri għal servizzi ta' informazzjoni aeronawtika.

8. Sistemi u proċeduri għall-użu ta' informazzjoni meteoroloġika.

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

REKWIŻITI ESSENZJALI

Parti A: Rekwiżiti ġenerali

Dawn huma rekwiżiti max-xibka kollha li huma ġeneralment applikabbli għal kull waħda mis-sistemi fl-Anness I.

1. Operat fl-assjem tiegħu

Sistemi ta' amministrazzjoni tat-traffiku ta' l-ajru u l-kostitwenti tagħhom għandhom ikunu ddisinjati, mibnija, mantnuti u operati (mħaddma) billi jintużaw proċeduri xierqa (propjri) u validati, f'manjiera tali li tiżgura l-operat fl-assjem tiegħu tax-XEATA fil-ħinijiet kollha u għall-fażijiet kollha ta' titjir. Operat fl-assjem tiegħu jista' jkun espress, b'mod partikulari, f'termini ta' pparteċipar fl-informazzjoni, inklużi informazzjoni dwar status operazzjonali relevanti, fehma komuni ta' l-informazzjoni, twettiq ta' pproċessar komparabbli u l-proċeduri assoċjati li jagħmlu possibbli t-twettiq operazzjonali komuni maqbul għax-XEATA kollha jew parti minnha.

2. Appoġġ għal konċetti ġodda ta' operat

Ix-XEATA, is-sistemi tagħha u l-kostitwenti tagħhom għandhom jappoġġaw, fuq bażi kkordinata, konċetti ta' operat ġodda maqbula u validati li jtejbu l-kwalità u l-effikaċja ta' servizzi ta' navigazzjoni ta' l-ajru, b'mod partikulari f'termini ta' sigurezza u kapaċita.

Il-potenzjal ta' konċetti ġodda, bħal itteħid kollaborattiv ta' deċiżjonijiet, żieda fl-awtomazzjoni u metodi alternattivi ta' delegazzjoni ta' responsabbilta ta' separazzjoni, għandu jkun eżaminat waqt li jitqiesu dovutement żviluppi teknoloġiċi u l-implimentazzjoni b'sigurezza tagħhom, wara validazzjoni.

3. Sigurezza

Sistemi u operati tax-XEATA għandhom jilħqu livelli għolja maqbula ta' sigurezza. Metodoloġiji maqbula ta' amministrazzjoni u rrapportar ta' sigurezza għandhom ikunu stabbiliti biex jinkiseb dan.

Rigward sistemi proprji bbażati fl-art, jew partijiet tagħhom, dawn il-livelli għolja ta' sigurezza għandhom jitjiebu permezz ta' lqugħ ta' sigurezza li għandu jkun suġġett għal karatteristiċi ta' twettiq komuni maqbul.

Sett armonizzat ta' rekwiżiti ta' sigurezza għad-disinn, implimentazzjoni, manutenzjoni u operat ta' sistemi u l-kostitwenti tagħhom, kemm għal modi normali kif ukoll degradati ta' operazzjoni, għandu jkun iddefinit bil-ħsieb li jinkisbu l-livelli maqbula ta' sigurezza, għall-fażijiet kollha tat-titjir u għax-XEATA intiera.

Sistemi għandhom ikunu ddisinjati, mibnija, mantnuti u operati (mħaddma), billi jintużaw proċeduri proprji u validati, b'tali manjiera li x-xogħol assenjat lill-istaff ta' kontroll ikun kompatibbli mal-kapaċitajiet umani, kemm fil-modi normali kif ukoll degradati ta' operazzjoni, u jkunu konsistenti mal-livelli ta' sigurezza rekwiżiti.

Sistemi għandhom ikunu ddisinjati, mibnija, mantnuti u operati (mħaddma) billi jintużaw proċeduri proprji u validati, b'tali manjiera li jkunu liberi (ħielsa) minn tfixkil dannuż għall-ambjent normali operazzjonali tagħhom.

4. Kordinazzjoni ċivili-militari

Ix-XEATA, is-sistemi tagħha u l-kostitwenti tagħhom għandhom jappoġġaw l-implimentazzjoni progressiva tal-kordinazzjoni ċivili/militari, sal-punt meħtieġ għal amministrazzjoni effettiva ta' spazju ta' l-ajru u fluss ta' traffiku ta' l-ajru, u għal użu salv u effiċjenti ta' spazju ta' l-ajru mill-utenti kollha, permezz ta' l-applikazzjoni tal-konċett ta' l-użu flessibbli ta' l-ispazju ta' l-ajru.

Biex jinkisbu dawn l-għanijiet, ix-XEATA, is-sistemi tagħha u l-kostitwenti tagħhom għandhom jappoġġaw l-ipparteċipar f'waqtu f'informazzjoni korretta u konsistenti li tkopri l-fażijiet kollha ta' titjir, bejn il-partijiet ċivili u militari.

Għandhom jitqiesu r-rekwiżiti ta' sigurta nazzjonali.

5. Sfurzar ambjentali

Sistemi u operazzjonijiet tax-XEATA għandhom iqisu l-ħtieġa li jimminimizzaw l-impatt ambjentali skond il-leġislazzjoni Komunitarja.

6. Prinċipji li jirregolaw l-arkitettura loġika ta' sistemi

Sistemi għandhom ikunu ddisinjati u integrati progressivament bil-għan li jiksbu arkitettura loġika koerenti w aktar ma tmur armonjuża, evoluzzjonarja u validata fix-XEATA.

7. Prinċipji li jirregolaw il-kostruzzjoni ta' sistemi

Sistemi għandhom ikunu ddisinjati, mibnija u mantnuti fuq il-bażi ta' prinċipji solidi ta' inġinerija, b'mod partikulari dawk konnessi ma' modularita, li jagħmlu possibbli l-bdil ma' xulxin ta' kostitwenti, disponibbiltà għolja, u tolleranza ta' kostitwenti kritiċi żejda u bil-ħsara (difettużi).

Parti B: Rekwiżiti speċifiċi

Dawn huma r-rekwiżiti li huma speċifiċi għal kull waħda mis-sistemi u li jikkompletaw jew jirrafinaw aktar ir-rekwiżiti ġenerali.

1. Sistemi u proċeduri għal amministrazzjoni ta' spazju ta' l-ajru

1.1. Operat fl-assjem tiegħu

Informazzjoni konnessa ma' aspetti pre-tattiċi u tattiċi ta' disponibbiltà ta' spazju ta' l-ajru għandha tkun ipprovduta lill-partijiet kollha interessati f'manjiera korretta u fil-ħin biex tiżgura l-allokazzjoni u l-użu effiċjenti ta' l-ispazju ta' l-ajru mill-utenti kollha ta' spazju ta' l-ajru. Dan għandu jqis ir-rekwiżiti tas-sigurta nazzjonali.

2. Sistemi u proċeduri għal amministrazzjoni tal-fluss tat-traffiku ta' l-ajru

2.1. Operat fl-assjem tiegħu

Sistemi u proċeduri ta' amministrazzjoni ta' fluss tat-traffiku ta' l-ajru għandhom jappoġġaw l-ipparteċipar f'informazzjoni korretta, koerenti u relevanti strateġika, pre-tattika u tattika, kif applikabbli, ta' titjir li jkopru l-fażijiet kollha ta' titjir u joffru kapaċitajiet ta' djalogu bil-ħsieb li jiksbu l-aħjar użu ta' spazju ta' l-ajru.

3. Sistemi u proċeduri għal servizzi ta' traffiku ta' l-ajru

3.1. Sistemi li jipproċessaw data ta' titjir

3.1.1. Operat fl-assjem tiegħu

Sistemi ta' pproċessar ta' data ta' titjir għandħom ikunu interoperabbli f'termini ta' pparteċipar f'waqtu f'informazzjoni korretta u konsistenti, u fehma komuni operazzjonali ta' dik l-informazzjoni, biex ikun żgurat proċess ta' ppjanar koerenti u konsistenti u kordinazzjoni tattika bla ħela ta' riżorsi max-XEATA kollha matul il-fażijiet kollha ta' titjir.

Biex jiżgura pproċessar salv, għal-lixx u bil-ħeffa max-XEATA kollha, twettiq ta' pproċessar ta' data tat-titjir għandu jkun ekwivalenti u xieraq għal ambjent speċifiku (wiċċ, żona ta' mmanuvrar fit-terminal (ŻMT), en-route), b'karatteristiċi ta' traffiku magħrufa u utilizzat taħt konċett operazzjonali maqbul u validat, b'mod partikulari f'termini ta' tolleranza ta' akkuratezza u żball ta' riżultati ta' pproċessar.

3.1.2. Appoġġ għal konċetti ġodda ta' operat

Sistemi ta' pproċessar ta' data għal titjir għandhom jaċċettaw l-implimentazzjoni progressiva ta' konċetti ta' operat avvanzati, maqbula u validati għal fażijiet kollha ta' titjir.

Il-karatteristiċi ta' għodod ta' awtomazzjoni intesiva għandhom ikunu tali li jagħmlu possibbli pproċessar pre-tattiku u tattiku koerenti u effiċjenti ta' informazzjoni ta' titjir f'partijiet tax-XEATA.

Sistemi fl-ajru u fl-art u l-kostitwenti tagħhom li jappoġġaw konċetti ta' operat ġodda, maqbula u validati għandhom ikunu ddisinjati, mibnija, mantenuti u operati (mħaddma), billi jużaw proċeduri proprji u validati, f'manjiera tali li jkunu interoperabbli f'termini ta' pparteċipar f'waqtu f'informazzjoni korretta u konsistenti u fehma komuni ta' sitwazzjoni ta' operat kurrenti u mbassra.

3.2. Sistemi ta' pproċċessar ta' data ta' sorveljanza

3.2.1. Operat fl-assjem tiegħu

Sistemi ta' pproċessar ta' data ta' sorveljanza għandhom ikunu ddisinjati, mibnija, mantenuti u operati (mħaddma) billi jużaw proċeduri proprji u validati, f'manjiera tali li jipprovdu t-twettiq rekwiżit u kwalità ta' servizz f'ambjent speċifikat (wiċċ, ŻMT, en-route) b'karatteristiċi ta' traffiku magħrufa, b'mod partikulari f'termini ta' akkuratezza u fiduċja ta' riżultati kkomputati, korretezza, integrita, disponibbilta, kontinwita u fil-ħin ta' l-informazzjoni fil-pożizzjoni tal-kontroll.

Sistemi ta' pproċessar ta' data ta' sorveljana għandhom jaċċettaw l-ipparteċipar f'waqtu f'informazzjoni relevanti, eżatta, konsistenti u koerenti bejniethom biex jiżguraw l-aħjar operazzjonijiet f'partijiet differenti tax-XEATA.

3.2.2. Appoġġ għal konċetti ġodda ta' operat

Sistemi ta' pproċessar ta' data ta' sorveljanza għandhom jaċċettaw id-disponibbilta progressiva ta' sorsi ġodda ta' informazzjoni ta' sorveljanza f'manjiera tali li ttejjeb il-kwalità ġenerali tas-servizz.

3.3. Sistemi ta' interface (konfini bejn saffi ta' spazju ta' l-ajru) umani-mekkaniċi

3.3.1. Operat fl-assjem tiegħu

Sistemi ta' interfaces umani-mekkaniċi ta' amministrazzjoni ta' traffiku ta' l-ajru fl-art għandhom ikunu ddisinjati, mibnija, mantnuti w operati (mħaddma) billi jintużaw proċeduri proprji u validati, f'manjiera tali li toffri lill-istaff kollu tal-kontroll ambjent ta' xogħol armonizzat b'mod progressiv, inklużi funzjonijiet u ergonomija, li jissodisfa t-twettiq rekwiżit ta' ambjent speċifiku (wiċċ, ŻMT, en-route), b'karatteristiċi ta' traffiku magħrufa.

3.3.2. Appoġġ għal konċetti ġodda ta' operat

Sistemi ta' interface umani-mekkaniċi għandhom jaċċettaw l-introduzzjoni progressiva ta' konċetti ġodda, maqbula u validati ta' operat u awtomazzjoni mkattra, f'manjiera tali li tiżgura li x-xogħol assenjat lill-istaff tal-kontroll jibqa' kompatibbli mal-kapaċitajiet umani, kemm fil-modi normali kif ukoll degradati ta' l-operat.

4. Sistemi ta' komunikazzjoni u proċeduri għal komunikazzjonijiet mill-art għall-art, mill-ajru għall-art u mill-ajru għall-ajru

4.1. Operat fl-assjem tiegħu

Sistemi ta' komunikazzjoni għandhom ikunu ddisinjati, mibnija, mantnuti w operati (mħaddma) billi jintużaw proċeduri proprji u validati, f'manjiera tali li tikseb it-twettiq rekwiżit ġewwa volum speċifiku ta' spazju ta' l-ajru jew għal applikazzjoni speċifika, b'mod partikulari f'termini ta' ħin għall-ipproċessar ta' komunikazzjoni, integrita, disponibbiltà u kontinwita ta' funzjoni.

Ix-xibka ta' komunikazzjoni ġewwa x-XEATA għandha tkun tali li tissodisfa r-rekwiżiti ta' kwalità ta' servizz, kopertura u oġġetti żejda (redundancy).

4.2. Appoġġ għal konċetti ġodda ta' operat

Sistemi ta' komunikazzjoni għandhom jappoġġaw l-implimentazzjoni ta' konċetti avvanzati, maqbula u validati ta' operat għall-fażijiet kollha ta' titjir.

5. Sistemi u proċeduri ta' navigazzjoni

5.1. Operat fl-assjem tiegħu

Sistemi ta' navigazzjoni għandhom ikunu ddisinjati, mibnija, mantnuti w operati (mħaddma) billi jintużaw proċeduri proprji u validati f'manjiera tali li tikseb it-twettiq orizzontali u vertikali ta' navigazzjoni rekwiżit, b'mod partikulari f'termini ta' eżattezza u kapaċita funzjonali, għal ambjent speċifiku (wiċċ, ŻMT, en-route), b'karatteristiċi ta' traffiku magħrufa w utilizzati taħt konċett ta' operat maqbul u validat.

6. Sistemi u proċeduri ta' sorveljanza

6.1. Operat fl-assjem tiegħu

Sistemi ta' sorveljanza għandhom ikunu ddisinjati, mibnija, mantnuti w operati (mħaddma) billi jintużaw proċeduri proprji u validati f'manjiera li tipprovdi t-twettiq rekwiżit applikabbli għal ambjent speċifiku (wiċċ, ŻMT, en-route) b'karatterisiċi ta' traffiku magħrufa u utilizzati taħt konċett ta' operat maqbul u validat, b'mod partikulari f'termini ta' eżattezza, kopertura, ambitu u kwalità ta' servizz.

Ix-xibka ta' sorveljanza ġewwa x-XEATA għandha tkun tali li tissodisfa r-rekwiżiti ta' eżattezza, fil-ħin, kopertura w oġġetti żejda. Ix-xibka ta' sorveljanza għandha tagħmel possibbli li d-data ta' sorveljanza tkun ipparteċipata biex jitjiebu l-operazzjonijiet max-XEATA kollha.

7. Sistemi u proċeduri għal servizzi ta' informazzjoni aeronawtika

7.1. Operat fl-assjem tiegħu

Informazzjoni aeronawtika eżatta, fil-ħin u konsistenti għandha tkun progressivament ipprovduta f'għamla elettronika, ibbażata fuq sett ta' data maqbula bejn kulħadd u standardizzata.

Informazzjoni aeronawtika eżatta u konsistenti, b'mod partikulari dwar kostitwenti jew sistemi fl-ajru jew ibbażat fl-art, għandha tintgħamel disponibbli f'manjiera f'waqtha.

7.2. Appoġġ għal konċetti ġodda ta' operat

Informazzjoni aeronawtika aktar ma jmur aktar eżatta, kompleta w aġġornata għandha tintgħamel disponibbli u tkun utilizzata f'manjiera f'waqtha biex tappoġġa titjib kontinwu ta' l-effiċjenza ta' l-ispazju ta' l-ajru u l-użu ta' ajruporti.

8. Sistemi u proċeduri għall-użu ta' informazzjoni meteoroloġika

8.1. Operat fl-assjem tiegħu

Sistemi u proċeduri għall-użu ta' informazzjoni meteoroloġika għandhom itejbu l-konsistenza u l-fil-ħin ta' l-għoti tagħha u l-kwalità tal-preżentazzjoni tagħha, billi jużaw sett ta' data maqbul.

8.2. Appoġġa għal konċetti ġodda ta' operat

Sistemi u proċeduri għall-użu ta' informazzjoni meteoroloġika għandhom itejbu l-prontezza tad-disponibbiltà tagħha u l-velocità li biha tista' tintuża, biex jappoġġaw it-titjib kontinwu ta' l-effiċjenza ta' l-ispazju ta' l-ajru u l-użu ta' ajruporti.

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

KOSTITWENTI

Dikjarazzjoni KE

- ta' konformità

- ta' konvenjenza għal użu

1. Kostitwenti

Il-kostitwenti għandhom ikunu identifikati fir-regoli ta' implimentazzjoni għal interoperabilità skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artiklu 3 ta' dan ir-Regolament.

2. Ambitu

Id-dikjarazzjoni KE tkopri:

- jew l-istima tal-konformità intrinsika ta' kostitwent, ikkunsidrat f'iżolazzjoni, ma' l-ispeċifikazzjonijiet Komunitarji li għandhom ikunu ssodisfatti, jew

- l-istima/ġudizzju ta' konvenjenza għal użu ta' kostitwent, ikkunsidrat fl-ambjent ta' l-amministrazzjoni ta' traffiku ta' l-ajru tiegħu.

Il-proċeduri ta' stima implimentati mill-korpi nnotifikati fl-istadji tad-disinn u produzzjoni jistgħu jinħarġu mil-moduli ddefiniti fid-Deċiżjoni 93/465/KEE, skond il-kondizzjonijiet miġbura fir-regoli ta' implimentazzjoni relevanti għal interoperabilità.

3. Kontenut tad-dikjarazzjoni tal-KE

Id-dikjarazzjoni tal-KE ta' konformità u konvenjenza għal użu u d-dokumenti magħha għandhom ikunu ddatati u ffirmati.

Dik id-dikjarazzjoni għandha tinkiteb fl-istess lingwa bħall-istruzzjonijiet u għandu jkun fiha li ġej:

- ir-referenzi tar-Regolament,

- l-isem u l-indirizz tal-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit ġewwa l-Komunità (agħti l-isem tal-kummerċ u l-indirizz sħiħ u, fil-każ ta' rappreżentant awtorizzat, agħti wkoll l-isemm tal-kummerċ tal-manifattur),

- deskrizzjoni tal-kostitwent,

- deskrizzjoni tal-proċedura segwita biex tkun iddikjarata konformità jew konvenjenza ta' użu (l-Artiklu 5 ta' dan ir-Regolament),

- il-provvedimenti kollha ssodisfatti mill-kostitwent u b'mod partikulari l-kondizzjonijiet ta' użu tiegħu,

- jekk applikabbli, l-isem u l-indirizz tal-korp jew korpi nnotifikat(i) involut(i) fil-proċedura segwita fir-rigward tal-konformità u konvenjenza għal użu u d-data taċ-ċertifikat ta' l-eżami flimkien, jekk xieraq, mat-tul ta' żmien u l-kondizzjonijiet ta' validita taċ-ċertifikat,

- fejn xieraq, referenza għall-ispeċifikazzjonijiet Komunitarji segwiti,

- identifikazzjoni tal-firmatarju li għandu s-setgħa jidħol f'impenji f'isem il-manifattur jew tar-rappreżentant awtorizzat tal-manifattur stabbilit fil-Komunità.

--------------------------------------------------

L-ANNESS IV

SISTEMI

Dikjarazzjoni ta' verifika tal-KE ta' sistemi

Proċedura ta' verifika għal sistemi

1. Kontenut tad-dikjarazzjoni ta' verifika tal-KE ta' sistemi

Id-dikjarazzjoni ta' verifika tal-KE u d-dokumenti magħha għandhom ikunu ddatati u ffirmati. Id-dikjarazzjoni għandha tinkiteb fl-istess lingwa bħal file tekniku u għandu jkun fiha li ġej:

- ir-referenzi tar-Regolament,

- isem u indirizz tal-fornitur tas-servizzi ta' navigazzjoni ta' l-ajru (isem tal-kummerċ u indirizz sħiħ),

- deskrizzjoni qasira tas-sistema,

- deskrizzjoni tal-proċedura segwita biex tkun iddikjarata l-konformità tas-sistema (l-Artiklu 6 ta' dan ir-Regolament),

- isem u indirizz tal-korp innotifikat li wettaq ix-xogħol li jappartieni għall-proċedura ta' verifika, jekk applikabbli,

- ir-referenzi tad-dokumenti li qegħdin fil-file tekniku,

- fejn xieraq, referenza għall-ispeċifikazzjonijiet Komunitarji,

- il-provvedimenti temporanji jew definittivi li s-sistemi għandhom jikkonformaw ruħhom magħhom u b'mod partikulari, fejn xieraq, kull restrizzjonijiet jew kondizzjonijiet ta' operat,

- jekk temporanju: it-tul ta' żmien tal-vaildita tad-dikjarazzjoni tal-KE,

- identifikazzjoni tal-firmatarju.

2. Proċedura tal-verifika għas-sistemi

Verifika tas-sistemi hija l-proċedura li biha l-fornitur tas-servizz ta' navigazzjoni ta' l-ajru jikkontrolla u jiċċertifika li sistema tikkonforma ma' dan ir-Regolament u tista' titqiegħed f'operat fuq il-bażi ta' dan ir-Regolament.

Is-sistema tkun ikkontrollata għal kull wieħed mill-aspetti li ġejjin:

- disinn ġenerali,

- żvilupp u integrazzjoni tas-sistema, b'mod parikulari l-immuntar ta' kostitwenti u aġġustamenti ġenerali,

- integrazzjoni tas-sistema operazzjonali,

- provvedimenti speċifiċi għall-manutenzjoni tas-sistema jekk applikabbli.

Fejn involviment ta' korp innotifikat ikun rekwiżit mir-regola ta' implimentazzjoni relevanti għal interoperabilità, il-korp innotifikat, wara li jkun wettaq ix-xogħol dmir tiegħu skond ir-regola, jikteb ċertifikat ta' konformità f'konnessjoni max-xogħol li jkun wettaq. Dan iċ-ċertifikat huwa intiż għall-fornitur tas-servizz ta' navigazzjoni ta' l-ajru. Imbagħad dan il-fornitur jikteb id-dikjarazzjoni ta' verifika tal-KE intiża għall-awtorija nazzjonali ta' sorveljanza.

3. File tekniku

Il-file tekniku mad-dikjarazzjoni ta' verifika tal-KE għandu jkun fih id-dokumenti kollha meħtieġa konnessi mal-karatteristiċi tas-sistema, inklużi kondizzjonijiet u limiti ta' użu, kif ukoll id-dokumenti li jiċċertifikaw il-konformità ta' kostitwenti fejn xieraq.

Id-dokumenti li ġejjin għandhom ikunu inklużi bhala minimu:

- indikazzjoni tal-partijiet relevanti ta' l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi wżati għal ksib li jiżguraw konformità mar-regoli ta' implimentazzjoni għal interoperabilità applikabbli u, fejn xieraq, l-ispeċifikazzjonijiet Komunitarji,

- lista ta' kostitwenti kif jirreferi għaliha l-Artiklu 3 ta' dan r-Regolament,

- kopji tad-dikjarazzjoni tal-KE ta' konformità jew konvenjenza għal użu li magħhom il-kostiwenti msemmija hawn aktar "il fuq għandhom ikunu pprovduti skond l-Artiklu 5 ta' dan ir-Regolament akkompanjati, fejn xieraq, b'kopja tar-reġistrazzjoni tat-testijiet u eżamijiet imwettqa mill-korpi nnotifikati,"

- fejn korp innotifikat kien involut fil-verifika tas-sistema(i), ċertifikat kontro-iffirmat minnu, li jiddikjara li s-sistema tikkonforma ma dan ir-Regolament u jsemmi kull riżervi rreġistrati matul it-twettiq ta' attivitajiet u li ma kinux irtirati,

- fejn ma kienx hemm involviment ta' korp innotifikat, reġistrazzjoni tat-testijiet u konfigurazzjonijiet ta' stallazzjoni magħmulin bil-ħsieb li jiżguraw konformità ma' rekwiżiti essenzjali u kull rekwiżiti partikulari li jkunu qegħdin fir-regoli ta' implimentazzjoni relevanti għal interoperabilità.

4. Sottomissjoni

Il-file tekniku għandu jinhemeż mad-dikjarazzjoni ta' verifika tal-KE li l-fornitur tas-servizz ta' navigazzjoni ta' l-ajru jissottometti lill-awtorita nazzjonali ta' sorveljanza.

Kopja tal-file tekniku għandha tinżamm mill-fornitur matul il-ħajja kollha tas-servizz tas-sistema. Għandha tintbagħat lil kull Stati Membri oħra li jitolbuha.

--------------------------------------------------

L-ANNESS V

KORPI NNOTIFIKATI

1. Il-korp, id-Direttur tiegħu u l-istaff responsabbli li jwettaq il-kontrolli jista' ma jkunx involut, kemm direttament kif ukoll bħala rappreżentanti awtorizzati, fid-disinn, manifattura, bejgħ (marketing) jew manutenzjoni tal-kostitwenti jew sistemi jew fl-użu tagħhom. Dan ma jeskludix il-possibbilta ta' skambju ta' informazzjoni teknika bejn il-manifattur jew kostruttur u dak il-korp.

2. Il-korp u l-istaff responsabbli għall-kontrolli għandhom iwettqu l-kontrolli bl-akbar integrita professjonali possibbli u bl-akbar kompetenza teknika possibbli u għandhom ikunu liberi minn kull pressjoni u inċentivi, b'mod partikulari ta' tip finanzjarju, li setgħu jaffettwaw il-ġudizzju tagħhom jew ir-riżultati ta' l-ispezzjonijiet tagħhom, b'mod partikulari minn persuni jew grupp ta' persuni milquta bir-riżultati tal-kontrolli.

3. Il-korp għandu jimpjiega staff u jippossiedi l-mezzi rekwiżiti biex iwettaq adegwatement ix-xogħol tekniku u amminitrattiv konness mal-kontrolli; għandu wkoll ikollu aċċess għat-tagħmir meħtieġ għal kontrolli eċċezzjonali.

4. L-istaff responsabbli għall-ispezzjonijiet għandu jkollu:

- taħriġ tekniku u professjonali solidu,

- għarfien sodisfaċenti tar-rekwiżiti ta' l-ispezzjonijiet li jwettaq u esperjenza adegwata ta' operazzjonijiet tali,

- l-abbilta rekwiżita biex jinkitbu dikjarazzjonijiet, reġistrazzjonijiet u rapporti biex juru li l-ispezzjonijiet ikunu twettqu.

5. L-imparzjalita ta' l-istaff ta' spezzjoni għandha tkun iggarantita. Ir-remunerazzjoni m'għandhiex tiddependi fuq in-numru ta' spezzjonijiet imwettqa jew ir-riżultati ta' spezzjonijiet tali.

6. Il-korp għandu jixtri assigurazzjoni ta' responsabbilta sakemm ir-responsabbilta tiegħu ma tkunx ittieħdet mill-Istat Membru skond il-liġi nazzjonali, jew l-Istat Membru nnifsu ma jkunx direttament responsabbli għall-ispezzjonijiet.

7. L-istaff tal-korp għandu josserva s-segretezza professjonali rigward l-informazzjoni kollha miksuba fit-twettiq tax-xogħol tiegħu taħt dan ir-Regolament.

--------------------------------------------------

Top