EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0317

Ir-Regolament tal-Kummisjoni (KE) Nru 317/2004 tat-23 ta’ Frar 2004 dwar l-adozzjoni ta’ derogi mid-disposizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nr 2150/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq statistiċi dwar l-iskart kif jirrigwarda l-Awstrija, Franza u l-LussemburguTest b'relevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 55, 24.2.2004, p. 43–43 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/317/oj

32004R0317



Official Journal L 055 , 24/02/2004 P. 0043 - 0043


Ir-Regolament tal-Kummisjoni (KE) Nru 317/2004

tat-23 ta’ Frar 2004

dwar l-adozzjoni ta’ derogi mid-disposizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nr 2150/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq statistiċi dwar l-iskart kif jirrigwarda l-Awstrija, Franza u l-Lussemburgu

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nr 2150/2002 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2002 dwar statistiċi(1) fuq l-iskart, b’mod partikolari l-Artikolu 4 [1] miġjub fih,

Wara li kkunsidrat it-talba li saret mill-Awstrija fit-30 ta’ Ġunju 2003,

Wara li kkunsidrat it-talba magħmula minn Franza fit-12 ta’ Gunju 2003,

Wara li kkunsidrat it-talba magħmula mill-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2003,

Billi:

(1) Skond l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nr 2150/2002, derogi minn ċerti disposizzjonijiet ta’ l-Annessi ma’ dak ir-Regolament, jistgħu jingħataw mill-Kummissjoni waqt perjodu transitorju.

(2) Derogi ta’ dan it-tip għandhom jingħataw, fuq talba tagħhom, lill-Awstrija, Franza u l-Lussemburgu.

(3) Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tal-Programm ta’ l-Istatistika stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom [2],

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Id-derogi li ġejjin mid-disposizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nr 2150/2002 huma hawnhekk konċessi:

(a) L-Awstrija ingħatat derogi għall-produzzjoni ta’ riżultati li għandhom x’jaqsmu mat-Taqsima 8(1.1), partita 1 (agrikoltura, kaċċa u forestrija) ta’ l-Anness I.

(b) Franza ingħatat deroga għall–produzzjoni tar-riżultati marbuta mat-Taqsima 8(1.1), partita 1 (agrikoltura, kaċċa u forestrija), 2 (sajd) u 16 (attivitajiet servizzi) ta’ l-Annes I u dawk marbuta mat-taqsima 8(2) ta’ l-Anness II.

(ċ) Il-Lussemburgu ingħata deroga għall-produzzjoni tar-riżultati relatati mat-Taqsima 8(1.1), partita 1 (agrikoltura, kaċċa, u forestrija) u 2 (sajd) ta’ l-Annes I.

2. Id-derogi previsti fil-paragrafu 1 jingħataw biss rigward data mill-ewwel sena ta’ referenza, jiġifieri l-2004.

Wara li jiskadi il-perjodu transitorju, l-Awstrija, Franza u l-Lussemburgu għandhom jittrasmettu d-data mis-sena ta’ referenza, jiġifieri l-2006.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fil-kumplessità tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-23 ta’ Frar 2004.

Għall-Kummissjoni

Pedro Solbes Mira

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 181, tat-28.6.1989, p. 47.

[2] ĠU L 167, tat-9.7.1993, p. 31.

--------------------------------------------------

Top