This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004L0117
Council Directive 2004/117/EC of 22 December 2004 amending Directives 66/401/EEC, 66/402/EEC, 2002/54/EC, 2002/55/EC and 2002/57/EC as regards examinations carried out under official supervision and equivalence of seed produced in third countries
Direttiva tal-Kunsill 2004/117/KE tat- 22 ta' Diċembru 2004 li temenda d-Direttivi 66/401/KEE, 66/402/KEE, 2002/54/KE, 2002/55/KE u 2002/57/KE f'dak li għandu x'jaqsam ma' eżaminazzjonijiet imwettqa taħt sorveljanza uffiċjali u l-ekwivalenza taż-żerriegħa prodotta f'pajjiżi terzi
Direttiva tal-Kunsill 2004/117/KE tat- 22 ta' Diċembru 2004 li temenda d-Direttivi 66/401/KEE, 66/402/KEE, 2002/54/KE, 2002/55/KE u 2002/57/KE f'dak li għandu x'jaqsam ma' eżaminazzjonijiet imwettqa taħt sorveljanza uffiċjali u l-ekwivalenza taż-żerriegħa prodotta f'pajjiżi terzi
ĠU L 14, 18.1.2005, pp. 18–33
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 159M, 13.6.2006, pp. 22–37
(MT)
In force
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Modifies | 31966L0401 | Sostituzzjoni | artikolu 2.3 | 25/01/2005 | |
| Modifies | 31966L0401 | Emenda | artikolu 2.1 | 25/01/2005 | |
| Modifies | 31966L0401 | ||||
| Modifies | 31966L0401 | Sostituzzjoni | artikolu 7.1 | 25/01/2005 | |
| Modifies | 31966L0401 | Emenda | artikolu 2.4 | 25/01/2005 | |
| Modifies | 31966L0401 | Żieda | artikolu 7.1 TER | 25/01/2005 | |
| Modifies | 31966L0401 | Sostituzzjoni | artikolu 15.3 | 25/01/2005 | |
| Modifies | 31966L0401 | Żieda | artikolu 7.1 BIS | 25/01/2005 | |
| Modifies | 31966L0402 | Sostituzzjoni | artikolu 15.3 | 25/01/2005 | |
| Modifies | 31966L0402 | ||||
| Modifies | 31966L0402 | Emenda | artikolu 16.1 | 25/01/2005 | |
| Modifies | 31966L0402 | Emenda | artikolu 2.4 | 25/01/2005 | |
| Modifies | 31966L0402 | Sostituzzjoni | artikolu 7.1 | 25/01/2005 | |
| Modifies | 31966L0402 | Sostituzzjoni | artikolu 2.3 | 25/01/2005 | |
| Modifies | 31998D0320 | DATE artikolu 4 | |||
| Extended validity | 31998D0320 | 25/09/2005 | |||
| Modifies | 32002L0054 | Emenda | artikolu 23.1 | 25/01/2005 | |
| Modifies | 32002L0054 | Sostituzzjoni | artikolu 9.1 | 25/01/2005 | |
| Modifies | 32002L0054 | Emenda | artikolu 2.4 | 25/01/2005 | |
| Modifies | 32002L0054 | Sostituzzjoni | artikolu 2.3 | 25/01/2005 | |
| Modifies | 32002L0054 | Żieda | artikolu 30 BIS | 25/01/2005 | |
| Modifies | 32002L0054 | Żieda | artikolu 9.1 TER | 25/01/2005 | |
| Modifies | 32002L0054 | Żieda | artikolu 9.1 BIS | 25/01/2005 | |
| Modifies | 32002L0054 | Emenda | artikolu 2.1 | 25/01/2005 | |
| Modifies | 32002L0054 | Sostituzzjoni | artikolu 22.3 | 25/01/2005 | |
| Modifies | 32002L0055 | Żieda | artikolu 2.4 | 25/01/2005 | |
| Modifies | 32002L0055 | Żieda | artikolu 25.1 BIS | 25/01/2005 | |
| Modifies | 32002L0055 | Żieda | artikolu 25.1 TER | 25/01/2005 | |
| Modifies | 32002L0055 | Emenda | artikolu 2.1 | 25/01/2005 | |
| Modifies | 32002L0055 | Sostituzzjoni | artikolu 25.1 | 25/01/2005 | |
| Modifies | 32002L0057 | Żieda | artikolu 9.1 TER | 25/01/2005 | |
| Modifies | 32002L0057 | Emenda | artikolu 2.1 | 25/01/2005 | |
| Modifies | 32002L0057 | Żieda | artikolu 9.1 BIS | 25/01/2005 | |
| Modifies | 32002L0057 | Sostituzzjoni | artikolu 9.1 | 25/01/2005 | |
| Modifies | 32002L0057 | Sostituzzjoni | artikolu 19.3 | 25/01/2005 | |
| Modifies | 32002L0057 | Sostituzzjoni | artikolu 2.5 | 25/01/2005 | |
| Modifies | 32002L0057 | Emenda | artikolu 2.6 | 25/01/2005 | |
| Modifies | 32002L0057 | Emenda | artikolu 20.1 | 25/01/2005 |
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Corrected by | 32004L0117R(01) | (PL) |
|
13.6.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
22 |
DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2004/117/KE
tat-22 ta' Diċembru 2004
li temenda d-Direttivi 66/401/KEE, 66/402/KEE, 2002/54/KE, 2002/55/KE u 2002/57/KE f'dak li għandu x'jaqsam ma' eżaminazzjonijiet imwettqa taħt sorveljanza uffiċjali u l-ekwivalenza taż-żerriegħa prodotta f'pajjiżi terzi
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Billi:
|
(1) |
Taħt id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1966 dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-pjanta ta' l-għalf (2), id-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE ta' l-14 ta' Ġunju dwar il-marketing taż-żerriegħa taċ-ċereali (3), id-Direttiva tal-Kunsill 2002/54/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-pitravi (4), id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE tat-13 ta' Ġunju dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-ħaxix (5) u d-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-marketing taż-żerriegħa ta' pjanti taż-żejt u tal-fibri (6), iż-żerriegħa tista' tkun ċertifikata b'mod uffiċjali biss fejn il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu sodisfatti miż-żerriegħa ġew stabbiliti fl-eżaminar uffiċjali taż-żerriegħa fuq kampjuni ta' żerriegħa meħuda b'mod uffiċjali għall-fini ta' eżaminar taż-żerriegħa. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/320/KE tas-27 ta' April 1998 dwar l-organizzazzjoni ta' esperiment temporanju dwar it-teħid ta' kampjuni taż-żerriegħa u l-eżaminar taż-żerriegħa skond id-Direttivi tal-Kunsill 66/400/KEE, 66/401/KEE, 66/402/KEE u 69/208/KEE (7) tipprovdi għall-organizzazzjoni fuq il-livell Komunitarju ta' esperiment temporanju, bil-għan li jivvaluta jekk it-teħid ta' kampjuni taż-żerriegħa u l-eżaminar taż-żerriegħa taħt sorveljanza uffiċjali jistgħux jikkostitwixxu alternattivi mtejba għall-proċeduri għal ċertifikazzjoni uffiċjali taż-żerriegħa, mingħajr tnaqqis sinifikanti fil-kwalità taż-żerriegħa. |
|
(3) |
Ir-riżultati ta' l-esperiment urew li taħt kondizzjonijiet speċifikati l-proċeduri għal ċertifikazzjoni uffiċjali taż-żerriegħa jistgħu jiġu simplifikati mingħajr kwalunkwe tnaqqis sinifikanti fil-kwalità taż-żerriegħa mqabbla ma' dik miksuba taħt is-sistema ta' teħid ta' kampjuni taż-żerriegħa u eżaminar taż-żerriegħa uffiċjali. Għalhekk hu xieraq li jiġi provdut li dawk il-proċeduri simplifikati għandhom japplikaw abbażi ta' perijodu fit-tul u għandhom jiġu estiżi għal uċuħ tal-ħaxix. |
|
(4) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 98/96/KE (8), li temenda, inter alia, id-Direttivi 66/400/KEE, 66/401/KEE, 66/402/KEE u 69/208/KEE fir-rigward ta' spezzjonijiet mhux uffiċjali fuq il-post, tistabbilixxi regoli dwar proċeduri ta' ċertifikazzjoni għal spezzjonijiet fuq il-post taħt sorveljanza uffiċjali. Valutazzjoni dettaljata ta' dawk il-proċeduri wriet li l-ispezzjonijiet fuq il-post taħt sorveljanza uffiċjali għandhom jiġu estiżi għar-raba' kollha għall-produzzjoni ta' żerriegħa ċertifikata. Il-valutazzjoni wriet ukoll li l-proporzjon taż-żoni mdaħħla għaċ-ċertifikazzjoni uffiċjali li għandhom jiġu kkontrollati u spezzjonati minn spetturi uffiċjali għandu jiġi mnaqqas. |
|
(5) |
Hu xieraq li tiġi allinjata d-Direttiva 2002/54 mad-Direttivi l-oħra dwar iż-żerriegħa fir-rigward tal-possibilità li jiġu mogħtija derogi lill-Istati Membri fejn it-tkabbir tal-pitravi u l-marketing taż-żerriegħa tal-pitravi huma ta' importanza ekonomika minima. |
|
(6) |
L-għan ta' l-ekwivalenza Komunitarja taż-żerriegħa fir-rispett ta' żerriegħa maħsuda fi pajjiżi terzi hi attwalment ristretta għal ċerti kategoriji ta' żerriegħa. Minħabba, b'mod partikolari, l-iżviluppi fuq livell internazzjonali, ir-reġim ta' ekwivalenza għandu jiġi estiż għall-għamliet kollha ta' żrieragħ li jissodisfaw il-karatteristiċi, il-ħtiġiet ta' eżaminazzjoni, il-kondizzjonijiet ta' l-immarkar u s-siġill stabbiliti fid-Direttivi 66/401/KEE, 66/402/KEE, 2002/54/KE, 2002/55/KE u 2002/57/KE. |
|
(7) |
Id-Deċiżjoni 98/320/KE tiskadi fis-27 ta' April 2005. Huwa għalhekk xieraq li jinżammu l-kondizzjonijiet tal-Komunità dwar il-marketing ta' żerriegħa prodotta skond dik id-Deċiżjoni, sakemm jiġu applikati d-dispożizzjonijiet il-ġodda. |
|
(8) |
Id-Direttivi 66/401/KEE, 66/402/KEE, 2002/54/KE, 2002/55/KE u 2002/57/KE għandhom għalhekk jiġu emendati għaldaqstant, |
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Id-Direttiva 66/401/KEE hija hawn emendata kif ġej:
|
1) |
L-Artikolu 2(1) għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
2) |
L-Artikolu 2(3) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej: “3. Meta l-eżaminazzjoni taħt sorveljanza uffiċjali stabbilita f'paragrafi (1)(B)(1)(d), (1)(B)(2)(d), (1)(Ċ)(d), (1)(Ċa)(d), (1)(Ċb)(d) u (1)(D)(ċ) hi mwettqa, għandu jkun hemm konformità mal-ħtiġiet li ġejjin:
|
|
3) |
Fl-Artikolu 2(4), it-tieni subparagrafu għandu jiġi mħassar. |
|
4) |
L-Artikolu 7 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
5) |
L-Artikolu 15(3) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej: “3. L-Istati Membri għandhom jipprovdu wkoll li ż-żerriegħa tal-pjanta ta' l-għalf maħsuda fi pajjiż terzi għandha, fuq talba, tiġi ċertifikata b'mod uffiċjali jekk:
|
|
6) |
Fl-Artikolu 16(1), il-punt (b) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:
|
Artikolu 2
Id-Direttiva 66/402/KEE qegħda hawn tiġi emendata kif ġej:
|
1) |
L-Artikolu 2(1) għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
2) |
L-Artikolu 2(3) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej: “3. Meta l-eżaminazzjoni taħt sorveljanza uffiċjali stabbilita fil-paragrafi (1)(Ċ)(d), (1)(Ċa)(ċ), (1)(D)(1)(d), (1)(D)(2)(b), (1)(D)(3)(ċ), (1)(E)(d), (1)F)(d) u (1)(G)(d) hi mwettqa, għandu jkun hekk konformità mal-ħtiġiet li ġejjin:
|
|
3) |
Fl-Artikolu 2(4), it-tieni subparagrafu għandu jiġi mħassar. |
|
4) |
L-Artikolu 7 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
5) |
L-Artikolu 15(3) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej: “3. L-Istati Membri għandhom jipprovdu wkoll li ż-żerriegħa taċ-ċereali maħsuda fi pajjiż terz għandha, fuq talba, tiġi ċertifikata b'mod uffiċjali jekk:
|
|
6) |
Fl-Artikolu 16(1), il-punt b għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:
|
Artikolu 3
Id-Direttiva 2002/54/KE hija b'dan emendata kif ġej:
|
1) |
L-Artikolu 2(1) għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
2) |
L-Artikolu 2(3) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej: “3. Meta l-eżaminazzjonijiet taħt is-sorveljanza uffiċjali msemmija fil-paragrafu (1)(ċ)(iv) u (1)(d)(iv) huma mwettqa, għandu jkun hemm konformità mal-ħtiġiet li ġejjin:
|
|
3) |
Fl-Artikolu 2(4), it-tieni subparagrafu għandu jiġi mħassar. |
|
4) |
L-Artikolu 9 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
5) |
L-Artikolu 22(3) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej: “3. L-Istati Membri għandhom jipprovdu wkoll li ż-żerriegħa taċ-ċereali maħsuda fi pajjiż terz għandha, fuq talba, tiġi ċertifikata b'mod uffiċjali jekk:
|
|
6) |
Fl-Artikolu 23(1), il-punt b għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:
|
|
7) |
L-Artikolu li ġej għandu jiġi mdaħħal wara l-Artikolu 30: “Artikolu 30 A Skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 28(2), Stat Membru jista', jekk jitlob hekk, ikun rilaxxat b'mod sħiħ jew parzjali mill-obbligu li japplika d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, bl-eċċezzjoni ta' l-Artikolu 20, safejn it-tkabbir tal-pitravi u l-marketing taż-żerriegħa tal-pitravi huma ta' importanza ekonomika minima fit-territorju tiegħu.” |
Artikolu 4
Id-Direttiva 2002/57/KE hija b'dan emendata kif ġej:
|
1) |
L-Artikolu 2(1) għandu jiġi kif ġej:
|
|
2) |
L-Artikolu 2 (5) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej: “5. Meta l-eżaminazzjonijiet taħt sorveljanza uffiċjali msemmija fil-paragrafi (1)(ċ)(iv), (1)(d)(1)(ii), (1)(d)(2)(iii), (1)(e)(iv), (1)(f)(iv), (1)(g)(iv), (1)(h)(iv), (1)(i)(iv) u (1)(j)(iii) huma mwettqa, għandu jkun hemm konformità mal-ħtiġiet li ġejjin:
|
|
3) |
Fl-Artikolu 2(6), it-tieni subparagrafu għandu jiġi mħassar. |
|
4) |
L-Artikolu 9 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
5) |
L-Artikolu 19(3) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej: “3. L-Istati Membri għandhom jipprovdu wkoll li ż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u l-fibri maħsuda fi pajjiż terz għanda, fuq talba, tiġi ċertifikata b'mod uffiċjali jekk:
|
|
6) |
Fl-Artikolu 20(1), punt b għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:
|
Artikolu 5
Id-Direttiva 2002/55/KE hija b'dan emendata kif ġej:
|
1) |
L-Artikolu 2(1) għandha tiġi emendat kif ġej:
|
|
2) |
Il-paragrafu 4 li ġej għandu jiġi miżjud ma’ l-Artikolu 2: “4. Meta l-eżaminazzjonijiet taħt sorveljanza uffiċjali msemmija fil-paragrafu (1)(ċ)(iv) u (1)(d)(iv) huma mwettqa, għandu jkun hemm konformità mal-ħtiġiet li ġejjin:
|
|
3) |
L-Artikolu 25 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
Artikolu 6
Fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 98/320/KE, id-data “27 ta' April 2005” għandha tiġi mibdula b' “30 ta' Settembru 2005”.
Artikolu 7
Sa l-1 ta' Ottubru 2010, il-Kummissjoni għandha tippreżenta valutazzjoni dettaljata tas-simplifikazzjoni tal-proċeduri ta' ċertifikazzjoni introdotti minn din id-Direttiva. Din il-valutazzjoni għandha tiffoka b'mod partikolari fuq l-eżekuzzjoni ta' sistemi ta' sorveljanza f'termini ta' effetti possibbli fuq il-kwalità taż-żerriegħa.
Artikolu 8
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa l-1 ta' Ottubru 2005. Għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet u skeda ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew tali referenza għandha takkumpanjahom meta jiġu pubblikati b'mod uffiċjali. Il-metodi ta' kif issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 9
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak li fih tkun ġiet ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 10
Din id-Direttiva qed tiġi indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussel, nhar it-22 ta' Diċembru 2004.
Għall-Kunsill
Il-President
C. VEERMAN
(1) Opinjoni tas-17 ta' Novembru 2004 (Għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) ĠU L 125, 11.7.1966, p. 2298/66. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2004/55/KE (ĠU L 114, 21.4.2004, p. 18).
(3) ĠU L 125, 11.7.1966, p. 2309/66. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2003/61/KE (ĠU L 165, 3.7.2003, p. 23).
(4) ĠU L 193, 20.7.2002, p. 12. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2003/61/KE.
(5) ĠU L 193, 20.7.2002, p. 33. Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1).
(6) ĠU L 193, 20.7.2002, p. 74. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2003/61/KE.
(7) ĠU L 140, 12.5.1998, p. 14. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2004/626/KE (ĠU L 283, 2.9.2004, p. 16).