Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004L0022

Id-Direttiva 2004/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 dwar l-istrumenti tal-kejlTest b'relevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 135, 30.4.2004, p. 1–80 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2016; Imħassar b' 32014L0032

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2004/22/oj

32004L0022

Id-Direttiva 2004/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 dwar l-istrumenti tal-kejlTest b'relevanza għaż-ŻEE.

Official Journal L 135 , 30/04/2004 P. 0001 - 0080
CS.ES Chapter 13 Volume 34 P. 149 - 228
ET.ES Chapter 13 Volume 34 P. 149 - 228
HU.ES Chapter 13 Volume 34 P. 149 - 228
LT.ES Chapter 13 Volume 34 P. 149 - 228
LV.ES Chapter 13 Volume 34 P. 149 - 228
MT.ES Chapter 13 Volume 34 P. 149 - 228
PL.ES Chapter 13 Volume 34 P. 149 - 228
SK.ES Chapter 13 Volume 34 P. 149 - 228
SL.ES Chapter 13 Volume 34 P. 149 - 228


Id-Direttiva 2004/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tal-31 ta' Marzu 2004

dwar l-istrumenti tal-kejl

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [2],

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [3],

Billi:

(1) Numru ta' strumenti tal-kejl huma koperti b'Direttivi speċifiċi, adottati fuq il-bażi tad-Direttiva tal-Kunsill 71/316/KEE ta-26 ta' Lulju 1971 dwar it-tqarrib lejn xulxin tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mad-disposizzjonijiet komuni kemm sabiex ikelju l-istrumenti u kemm għall-metodi tal-kontroll metroloġiku [4]. Id-Direttivi speċifiċi li għadda żmienhom teknikment għandhom jiġu mħassra u mibdula b'Direttiva indipendenti li tirrifletti l-ispirtu tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-7 ta' Mejju 1985 dwar avviċinament ġdid għall-armonizazzjoni teknika u l-istandards tekniċi [5].

(2) L-istrumenti korretti u traċċjabbli tal-kejl jistgħu jintużaw għal varjetà ta' kompiti tal-kejl. Jistgħu jeħtieġu l-użu ta' strumenti tal-kejl ikkontrollat b'mod legali dawk li jirrispondu għall-interes pubbliku, is-saħħa pubblika, is-salvagward u l-ordni, il-protezzjoni ta' l-ambjent u tal-konsumatur, il-liġijiet tal-ġbir tat-taxxi u tad-dazji u tal-kummerċ ġust, li jaffettwaw il-ħajja taċ-ċittadini direttament u indirettament f'ħafna modi.

(3) Il-kontroll metroloġiku legali ma għandux iwassal għal xkilijiet għall-moviment ħieles ta' l-istrumenti tal-kejl. Id-disposizzjonijiet interessati għandhom ikunu l-istess fl-Istati Membri kollha u l-prova tal-konformità għandha tiġi aċċettata fil-Komunità kollha.

(4) Il-kontroll metroloġiku legali jeħtieġ il-konformità nal-ħtiġiet speċifikati tat-twettiq tax-xogħol. Il-ħtiġiet tat-twettiq tax-xogħol li l-istrumenti tal-kejl jridu jissodisfaw għandhom jipprovdu livell għoli ta' protezzjoni. L-istima tal-konformità għandha tipprovdi livell għoli ta' fiduċja.

(5) Bħala regola ġenerali, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-kontroll metroloġiku legali. Meta jiġi stabbilit il-kontroll metroloġiku legali, għandhom jintużaw biss l-istrumenti tal-kejl li jħarsu l-ħtiġet komuni tat-twettiq tax-xogħol.

(6) Il-prinċipju tal-għażla mdaħħal b'din id-Direttiva, li bih l-Istati Membri jistgħu jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jiddeċiedu jekk jirregolawx jew le wieħed mill-istrumenti koperti b'din id-Direttiva, għandu jkun jista' japplika biss safejn u sakemm dan ma jikkawżax kompetizzjoni inġusta.

(7) Ir-responsabbiltajiet tal-fabbrikant sabiex iħares il-ħtiġiet ta' din id-Direttiva għandhom ikuu ddikjarati b'mod speċifiku.

(8) It-twettiq tax-xogħol ta' l-istrumenti tal-kejl huwa sensittiv partikolarment għall-ambjent, b'mod partikolari l-ambjent elettro-menjetiku. L-immunità ta' l-istrumenti tal-kejl mill-interferenza elettro-manjetika tagħmel parti integrali minn din id-Direttiva, u l-ħtiġiet ta' l-immunità tad-Direttiva tal-Kunsill 89/336/KEE tat-3 ta' Mejju 1989 dwar it-tqarrib lejn xulxin tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-kompatibbilità elettro-manjentika [6] għalhekk ma għandhomx japplikaw.

(9) Il-leġislazzjoni Komunitarja għandha tispeċifika l-ħtiġiet essenzali li ma jimpedux il-progres tekniku, preferibbilment il-ħtiġiet tat-twettiq tax-xogħol. Id-diposizzjonijiet għalbiex jitneħħew ix-xkilijiet tekniċi għandhom isegwu r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-7 ta' Mejju 1985 dwar avviċinament ġdid għall-armonizzazzjoni teknika u l-istandards tekniċi.

(10) Sabiex iqisu d-differenzi fil-kondizzjonijiet klimatiċi jew tal-livelli differenti tal-protezzjoni tal-konsumaturi li jistgħu japplikaw fil-livell nazzjonali, il-ħtiġet essenzali jistgħu jwasslu għall-ħolqien li jiġu stabbiliti klassijiet ambjentali jew ta' l-eżattezza.

(11) Sabiex iħaffu l-kompitu tal-prova tal-konformità mal-ħtiġiet essenzali u sabiex jgħinu li tiġi stmata l-konformità, huwa mixtieq li jkun hemm standards armonizzati. Dawn l-istandards armonizzati jitfasslu minn korpi tal-liġijiet privati u għandhom iżommu l-istatus tagħhom ta' testi mhux mandatorji. Għal dan il-fini, il-Kumitat Ewropew ta' l-Istandardizzazzjoni (CEN), il-Kumitat Ewropew ta' l-Istandardizzazzjoni Elettro-teknika (CENLEC) u l-Istitut Ewropew ta' l-Istandards tat-Telekomunikazzjoni (ETSI) huma magħrufa bħala l-korpi kompetenti sabiex jiġu adottati l-istandards armonizzati skond il-linji gwida ġenerali dwar il-koperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-korpi Ewropej ta' l-Istandardizzazzjoni ffirmati fit-13 ta' Novembru 1984.

(12) L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u tat-twettiq tax-xogħol tad-dokumenti normattivi miftiehma internazzjonalment jistgħu jikkonformaw ukoll, fl-intier tagħhom jew f'parti minnhom, mal-ħtiġiet essenzali stabbiliti b'din id-Direttiva. F'dawn il-każijiet, l-użu ta' dawn id-dokumenti normattivi miftiehma internazzjonalment jistgħu jkunu alternattiva għall standards armonizzati u, taħt kondizzjonijiet speċifiċi, jistgħu jwasslu li joħolqu l-preżunzjoni ta' konformità.

(13) Il-konformità mal-ħtiġiet essenzali stabbiliti b'din id-Direttiva jistgħu jiġu pprovvduti wkoll mill-ispeċifikazzjonijiet li ma jkunux forniti minn standard tekniku Ewropew jew dokument normattiv miftiehem internazzjonalment. L-użu ta' l-istandards tekniċi Ewropej jew ta' dokumenti normattivi miftiehma internazzjonalment għandhom għalhekk ikunu fuq għażla.

(14) L-istima tal-konformità tas-sub-tagħqid għandha tirrispetta d-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva. Jekk is-sub-tagħqidiet jiġu kkummerċjati b'mod separat u indipendenti minn strument, l-eżerċizzju tal-konformità għandu jiġi midħul għalih b'mod indipendenti mill-istrument interessat.

(15) L-iktar stat avvanzat fit-teknoloġija tal-kejl huwa bla ħsara għal evoluzzjoni kostanti li tista' twassal għal bidliet fil-ħtiġiet ta' l-istimi tal-konformità. Għalhekk, għal kull kategorija ta' kejl u, meta approprjat, għas-sub-tagħqid, irid ikun hemm proċedura approprjata jew għażla bejn il-proċeduri differenti ta' strettezza ekwivalenti. Il-proċeduri adottati huma kif meħtieġa mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/465/KEE tat-22 ta' Lulju 1993 li tirigwarda l-moduli għall-fażijiet differenti tal-proċeduri ta' l-istima tal-konformità u r-regoli għat-twaħħil u l-użi tal-marki "CE", li huma maħsuba li jridu jintużaw fid-Direttivi ta' l-armonizzazzjoni teknika [7]. Madankollu, jista' jkollhom jsiru derogi għal dawn il-moduli sabiex jirriflettu aspetti speċifiċi tal-kontroll metroloġiku. Għandha ssir disposizzjoni sabiex il-marki "CE" jiġu mwaħħla matul il-proċess tal-fabbrikazzjoni.

(16) L-iżvilupp issoktat fit-teknoloġija tal-kejl kif ukoll tħassib espress minn dawk li għadhom sehem dwar iċ-ċertifikazzjoni, jenfasizzaw il-ħtieġa li jiġu żgurati l-proċeduri ta' l-istima konsistenti tal-konformità għall-prodotti industrijali, kif mitluba mir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill adottata fl-10 ta' Novembru 2003 [8].

(17) L-Istati Membri ma għandhomx ifixklu t-tqegħid fis-suq u/jew it-tidħil fl-użu ta' l-istrumenti tal-kejl li jġorru l-marka "CE" u l-marka supplimentari tal-metroloġija skond id-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva.

(18) L-Istati Membri għandhom jieħdu l-azzjoni approprjata sabiex jipprevjienu l-istrumenti li ma jikkonformawx milli jitqiegħdu fis-suq u/jew jiddaħħal fl-użu. Hija għalhekk meħtieġa l-koperazzjoni adegwata bejn l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri sabiex jiġi żgurat l-effett ta' dan il-għan mal-Komunità kollha.

(19) Il-fabbrikanti għandhom jiġu mgħarrfa bir-raġunijiet li fuqhom kienu ttieħdu d-deċiżjonijiet negattivi rigward il-prodotti tagħhom, u tar-rimedji legali disponibbli għalihom.

(20) Il-fabbrikanti għandhom jiġu offruti l-possibbiltà li jeżerċitaw id-drittijiet miksuba qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, matul perjodu transitorju raġjonevoli taż-żmien.

(21) L-ispeċifikazzjonijiet nazzjonali li jirrigwardaw il-ħtiġiet approprjati nazzjonali fl-użu ma għandhomx jinterferu mad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva dwar "it-tidħil fl-użu",

(22) Il-miżuri meħtieġa sabiex tiġi implimentata din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri sabiex jiġu eżerċitati l-poteri ta' l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni [9].

(23) L-attività tal-Kumitat ta' l-Istrumenti tal-Kejl għandu jinkudi konsultazzjonijiet xierqa mar-rappreżentanti tal-partijiet interessati.

(24) Id-Direttivi 71/318/KEE, 71/319/KEE, 71/348/KEE, 73/362/KEE, 75/33/KEE, sa fejn jirrigwardaw l-arloġġi ddefiniti fl-Anness MI-001 ta' din id-Direttiva, 75/410/KEE, 76/891/KEE, 77/95/KEE, 77/313/KEE, 78/1031/KEE u 79/830/KEE għandhom għalhekk jiġu mħassra,

ADDOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-iskop

Din id-Direttiva tapplika għall-mezzi u s-sistemi b'funzjoni tal-kejl iddefiniti fl-annessi speċifiċi għall-istrumenti li jirrigwardaw l-arloġġi ta' l-ilma (MI = 001), l-arloġġi tal-gass u l-mezzi li jaqilbu l-volum (MI-002), l-arloġġi attivi ta' l-enerġija elettrika (MI-003), l-arloġġi tas-sħana (MI-004), is-sistemi tal-kejl għall-kejl kontinwu u dinamiku ta' kwantitajiet ta' likwidi oħra għajr l-ilma (MI-005), l-istrumenti awtomatiċi tal-kejl (MI-006), it-tassimetri (MI-007), il-miżuri materjali (MI-008), il-miżuri tal-kejl tad-dimensjonijiet (MI-009) u l-analizzaturi tal-gassijiet tat-tubi ta' l-emissjoni (MI-010).

Artikolu 2

1. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu l-użu ta' l-istrumenti tal-kejl imsemmija fl-Artikolu 1 sabiex ikejlu l-kompiti għal raġunijiet ta' l-interess pubbliku, is-saħħa pubblika, l-ordni pubblika, il-protezzjoni ta' l-ambjent, il-protezzjoni tal-konsumaturi, l-ordnijiet tal-ġbir tat-taxxi u d-dazji u l-kummerċ ġust, li jikkunsidrawh iġġustifikat.

2. Meta l-Istati Membri ma jistabbilixxux dan l-użu, għandhom jikkomunikaw ir-raġunijiet għalihom lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra.

Artikolu 3

Il-Għan

Din id-Direttiva tistabbilixxi l-ħtiġiet li jridu jissodisfaw il-mezzi u s-sistemi riferiti fl-Artikolu 1 bil-ħsieb li jitqiegħdu fis-suq u/jew jiddaħħlu fl-użu għal dawk il-kompiti msemmija fl-Artikolu 2(1).

Din id-Direttiva hija Direttiva speċifika rigward il-ħtiġiet ta' l-immunità elettro-manjetika fis-sens ta' l-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 89/336/KEE. Id-Direttiva 89/336/KEE tissokta tapplika rigward il-ħtiġiet ta' l-emissjonijiet.

Artikolu 4

Id-definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva:

(a) "strument tal-kejl" ifisser kull mezz jew sistema bil-funzjoni tal-kejl li huma koperti bl-Artikoli 1 u 3;

(b) "sub-tagħqida" tfisser mezz ta' materjal iebes, imsemmi ta' hekk fl-annessi speċifiċi, li jiffunzjona b'mod indipendenti u jagħmel strument tal-kejl flimkien:

- ma' sub-tagħqidiet oħra li magħhom huwa kompatibbli, jew

- ma' strument tal-kejl li magħhom huwa kompatibbli;

(ċ) "kontroll metroloġiku legali" ifisser il-kontroll għall-kompiti tal-kejl maħsuba għall-kamp ta' l-applikazzjoni ta' strument tal-kejl, għal raġunijiet ta' interess pubbliku, is-saħħa pubblika, is-igurtà pubblika, l-ordni pubbliku, il-protezzjoni ta' l-ambjent, il-liġijiet għall-ġbir tat-taxxi u tad-dazji, il-protezzjoni tal-konsumaturi u l-kummerċ ġust;

(d) "fabbrikant" ifisser persuna naturali jew legali responsbbli mill-konformità ta' strument tal-kejl ma' din id-Direttiva bil-ħsieb jew li jqiegħdu fis-suq taħt u f'ismu u/jew idaħħlu fl-użu għall-għanijiet tiegħu;

(e) "tqegħid fis-suq" ifisser li jintgħamel disponibbli għall-ewwel daba fil-Komunità strument maħsub għall-utent aħħari, sewwa jekk bi qligħ u sewwa jekk bla ħlas;

(f) "tidħil fl-użu" ifisser l-ewwel użu ta' strument maħsub għall-utent aħħari għall-għanijiet li għalih kien maħsub;

(g) "rappreżentant awtorizzat" ifisser persuna naturali jew legali li huwa stabbilit ġewwa l-Komunità u awtorizzat minn fabbrikant, bil-miktub, sabiex jaġixxi f'ismu għall-kompiti speċifikati fit-tifsira ta' din id-Direttiva;

(h) "standard armonizzat" ifisser speċifikazzjoni teknika adottata mis-CEN, is-CENELEC jew l-ETSI, jew konġuntament minn tnejn minn dawn l-orgnizzazzjonijiet jew minn kollha fuq it-talba tal-Kummissjni skond id-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-provvediment tat-tagħrif fil-kamp ta' l-istandards u tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjeta ta' l-Informatika [10] u mħejjija skond il-Linji Gwida Ġenerali miftiehma bejn il-Kummissjoni u l-organizzazzjonijiet Ewropej ta' l-istandards.

(i) "dokument normattiv" ifisser dokument li jkun fih speċifikazzjonijiet tekniċi adottati mill-Organisation Internationale de Métrologie Légale (OIML), bla ħsara għall-proċdura stabbilita fl-Artikolu 16(1).

Artikolu 5

L-applikabbiltà għas-sub-tagħqid

Meta jeżistu annessi speċifiċi, li jistabbilixxi l-ħtiġiet essenzali għas-sub-tagħqid, għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva mutatis mutandis għal dawn is-sub-tagħqidiet.

Is-sub-tagħqid u l-istrumenti tal-kejl jistgħu jiġu stmati indipendenement u separatament bil-għan li tiġi stabbilita l-konformità.

Artikolu 6

Il-ħtiġiet essenzali u l-istima tal-konformità

1. Strument tal-kejl għandu jissodisfa l-ħtiġiet essenzali stabbiliti fl-Anness I u fl-Anness rilevanti speċifiku għall-istrumenti.

L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu, jekk meħtieġ għall-użu korrett ta' l-istrument, it-tagħrif riferit fl-Anness I jew fl-annessi rilevanti speċifiċi għall-istrument li jridu jiġu pprovvduti fl-ilsien/ilsna uffiċjali ta' l-Istat Membru li fih l-istrument jitqiegħed fis-suq.

2. Il-konformità ta' strument tal-kejl mal-ħtiġiet essenzali għandha tiġi stmata skond l-Artikolu 9.

Artikolu 7

Il-għoti tal-marka tal-konformità

1. Il-konformità ta' strument tal-kejl mad-disposizzjonijiet kollha ta' din id-Direttiva għandha tiġi indikata bil-preżenza fuqha tal-marka "CE" u tal-marka supplimetari tal-metroloġija kif speċifikat fl-Artikolu 17.

2. Il-marka "CE" u l-marka supplimentari tal-metroloġija għandhom jiġu mwaħħla minn, jew fuq ir-responsabblità tal-fabbrikant. Dawn il-marki jistgħu jitwaħħlu ma' l-istrument matul il-proċess tal-fabbrikazzjoni, jekk iġġustifikati.

3. It-twaħħil ta' marki fuq strument tal-kejl li x'aktarx iqarrqu lil partijiet terzi rigward it-tisfira u/jew il-għamla tal-marka "CE" għandu jkun ipprojbit. Tista' titwaħħal kull marka oħra fuq l-istrument tal-kejl, sakemm b'daqshekk ma jitnaqqsux il-viżibbiltà u l-leġibbiltà tal-marka "CE"' u l-marka supplimentari tal-metroloġija.

4. Meta l-istrument tal-kejl ikun bla ħsara għall-miżuri adottati skond Direttivi oħra li jkorpu aspetti oħra li jeħtieġu t-twaħħil tal-marka "CE", il-marka għandha tindika illi l-istrument fil-kwistjoni huwa wkoll preżunt li jikkonforma mal-ħtiġiet ta' dawn id-Direttivi l-oħra. F'dan il-każ, trid tingħata r-referenza għall-pubblikazzjoni tad-Direttivi msemmija, fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, fid-dokumenti, l-avviżi jew l-istruzzjonijiet meħtieġa minn dawn id-Direttivi u mill-istrument tal-kejl.

Artikolu 8

It-tqegħid fis-suq u t-tidħil fl-użu

1. L-Istati Membri ma għandhomx, għal raġunijiet koperti b'din id-Dirtetiva. ifixklu t-tqegħid fis-suq u/jew it-tidħil fl-użu ta' kull strumenti tal-kejl li jġorr il-marka "CE" u l-marka supplimentari tal-metroloġija skond l-Artikolu 7.

2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri approprjati kollha sabiex jiżguraw illi l-istrumenti tal-kejl jitqiegħdu fis-suq u/jew jiddaħħlu fl-użu jekk jissodisfaw il-ħtiġiet ta' din id-Direttiva biss.

3. Stat Membru jista' jeħtieġ li strument tal-kejl jissodisfa d-disposizzjonijiet li jirregolaw it-tidħil fl-użu li jkun iġġustifikat bil-kondizzjonijit klimatiċi lokali. F'dan il-każ, l-Istat Membru għandu jagħżel il-limiti approprjati tal-temperaturi l-iktar għolja u l-iktar baxxi mit-Tabella 1 ta' l-Anness I u, b'żieda ma' dan, jista' jispeċifika l-kondizzjonijiet ta' l-umdità (il-kondensazzjoni u n-nuqqas tal-kondensazzjoni) u jekk il-post maħsuba ta' l-użu tkunx fil-miftuħ jew magħluqa.

4. Meta jiġu ddefiniti klassijiet differenti ta' l-eżattezza għal strument tal-kejl:

(a) il-miżuri speċifiċi għall-istrumenti taħt l-intestatura "Tidħil fl-użu" tista' tindika l-klassijiet ta' l-eżattezza li jridu jiġu wżati għal speċifikazzjonijiet speċifiċi.

(b) fil-każijiet l-oħra kollha, Stat Membru jista' jistabbilixxi l-klassijiet ta' l-eżattezza li jridu jintużaw għal applikazzjonijiet speċifiċi ġewwa l-klassijiet iddefiniti, bla ħsara li jiġi permess l-użu tal-klassijiet kollha ta' l-eżattezza fit-territorju tiegħu.

F'kull wieħed miż-żewġ każi taħt il-(a) jew il-(b), jistgħu jintużaw strumenti tal-kejl ta' klassi aħjar ta' eżattezza jekk is-sid hekk jagħżel.

5. Fil-fieri, l-esibizzjonijiet, id-demostrazzjonijiet, eċċ. kummerċjali, l-Istati Membri ma għandhomx jipprevjienu li juru l-istrumenti mhux f'konformità ma' din id-Direttiva, sakemm sinjal viżibbli jindika biċ-ċar in-nuqqas tal-konformità u n-nuqqas tad-disponibbiltà tat-tqegħid tagħhom fis-suq u/jew it-tidħil tagħhom fl-użu sakemm jinġiebu f'konformità.

Artikolu 9

L-istima tal-konformità

L-istima tal-konformità ta' strument tal-kejl bil-ħtiġiet essenzali rilevanti għandha titwettaq bl-applikazzjoni, fuq il-għażla tal-fabbrikant, ta' waħda mill-proċeduri ta' l-istima tal-konformità elenkati fl-anness speċifikat għall-istrumenti. Meta approprjat, il-fabbrikant għandu jipprovdi d-dokumentazzjoni teknika għall-istrumenti speċifiċi jew il-gruppi ta' l-istrumenti kif iddikjarati fl-Artikolu 10.

Il-moduli ta' l-istima tal-konformità li jagħmlu l-proċeduri huma deskritti fl-Annessi minn A sa H1.

Ir-reġistri u l-korrispondenza li għandhom x'jaqsmu ma' l-istima tal-konformità għandhom jitfasslu fl-ilsien/ilsna uffiċjali ta' l-Istat Membru fejn ikun stabbilit il-korp innotifikat li jwettaq il-proċeduri ta' l-istima tal-Konformità, jew f'ilsien aċċettat minn dan il-korp.

Artikolu 10

Id-dokumentazzjoni teknika

1. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tagħmel intelliġibbli d-disinn, il-fabbrikazzjoni u l-ħidma ta' l-istrument tal-kejl u għandha tippermetti stima tal-konformità tiegħu mal-ħtiġiet approprjati ta' din id-Direttiva.

2. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tkun iddettaljata b'mod suffiċjenti għalbiex tiżgura:

- id-definizzjoni tal-karatteristiċi metroloġiċi,

- ir-riproduċibbiltà tat-twettiq tax-xogħol metroloġiku ta' l-istrumenti prodotti meta aġġustati kif jixraq bl-użu approprjat tal-mezzi maħsuba, u

- l-integrità ta' l-istrument.

3. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi safejn u sakemm rilevanti għall-istima u l-identifikazzjoni tat-tip u/jew l-istrument:

(a) deskrizzjoni ġenerali ta' l-istrument;

(b) disinn konċettwali u t-tpinġijiet u l-pjani tal-fabbrikazzjoni tal-komponenti, tas-sub-tagħqid, taċ-ċirkwiti, eċċ.;

(ċ) il-proċeduri tal-fabbrikazzjoni sabiex jiżguraw produzzjoni konsistenti;

(d) jekk japplikaw, deskrizzjoni tal-mezzi elettroniċi bi tpinġijiet, dijagrammi, dijagrammi tal-moviment tal-loġika u tagħrif ġenerali dwar is-software li jispjega l-karatteristiċi u l-ħidma tagħhom;

(e) id-deskrizzjonijiet u l-ispjegi meħtieġa sabiex jinftiehmu l-paragrafi (b), (ċ) u (d), inkluża l-ħidma ta' l-istrument;

(f) lista ta' l-istandards u/jew id-dokumenti normattivi riferiti fl-Artikolu 13, applikat fl-intier tiegħu jew f'parti minnu;

(g) id-dekrizzjonijiet tas-soluzzjonijiet adottati sabiex jissodisfaw il-ħtiġiet essenzali meta ma jkunux ġew applikati l-istandards u/jew id-dokumenti normattivi riferiti fl-Artikolu 13;

(h) ir-riżultati tal-kalkoli tad-disinni, l-eżamijiet, eċċ.;

(i) ir-riżultati tat-testijiet approprjati, meta meħtieġa, sabiex juru illi t-tip u/jew l-istrumenti jikkonformaw ma':

- il-ħtiġiet ta' din id-Direttiva skond kondizzjonijiet iddikjarati rrattati tal-ħidma u skond id-disturbanzi ambjentali speċifikati,

- l-ispeċifikazzjonijiet tad-durabbiltà għall-arloġġi tal-gass, ta' l-ilma u tas-sħana kif ukoll għal likwidi oħra għajr l-ilma.

(j) iċ-ċertifikati ta' l-eżami tat-tip "EC" jew iċ-ċertifikati ta' l-eżami tad-disinn "EC" rigward l-istrumenti li jkun fihom partijiet identiċi għal dawk fid-disinn.

4. Il-fabbrikant għandu jispeċifika meta kienu applikati s-siġilli u l-għoti tal-marki.

5. Il-fabbrikant għandu jindika l-kondizzjonijiet għall-kompatibbiltà ma' l-interfaces u s-sub-tagħqidiet, meta rilevanti.

Artikolu 11

In-Notifika

1. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bil-korpi taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom, li jkunu nnominaw sabiex iwettqu l-kompiti li jappartjienu għall-moduli ta' l-istima tal-konformità riferiti fl-Artikolu 9, flimkien man-numri ta' l-identifikazzjoni mogħtija lilhom mill-Kummissjoni skond il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, il-kwalità/jiet ta' l-istrument tal-kejl li għalih kull korp kien innominat u, b'żieda ma' dawn, meta rilevanti, il-klassijiet ta' l-eżattezza ta' l-istrument, il-firxa tal-kejl, it-teknoloġija tal-kejl u kull karatteristika oħra ta' l-istrument li tillimita l-iskop tan-notifika.

2. L-Istati Membri għandhom japplikaw il-kriterji ddikjarati fl-Artikolu 12 għan-nomina ta' dawn il-korpi. Il-korpi li jilħqu l-kriterji stabbiliti fl-istandards nazzjonali li jittrasponu l-istandards armonizzati rilevanti, li r-referenzi għalihom ikunu ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu preżunti li jilħqu l-kriterji korrispondenti. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw ir-referenzi ta' dawn l-istandards nazzjonali.

Jekk Stat Membru ma jkunx daħħal il-leġislazzjoni għall-kompiti msemmija skond l-Artikolu 2, għandu jżomm id-dritt li jonnomina u jinnotifika korp għall-kompiti li jkollhom x'jaqsmu ma' l-istrument.

3. Stat Membru li jkun innotifika korp għandu:

- jiżgura illi l-korp jissokta jissodisfa l-kriterji ddikjarati fl-Artikolu 12,

- jirtira din in-notifika jekk isib illi l-korp ma jissodisfax dawn il-kriterji iktar.

Għandu jgħarraf lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni b'dan l-irtirar.

4. Kull wieħed mill-korpi li jrid jiġi nnotifikat għandu jingħata numru ta' l-identifikazzjoni mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista tal-korpi nnotifikati, flimkien mat-tagħrif rigward l-iskop tan-notifika riferita fil-paragrafu 1, fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, Serje Ċ, u għandha tiżgura illi l-lista tinżamm aġġornata.

Artikolu 12

Il-kriterji li jridu jiġu ssodisfatti mill-korpi nnominati

L-Istati Membri għandhom japplikaw il-kriterji li ġejjin għan-nomina tal-korpi skond l-Artikolu 11(1).

1. Il-korp, id-direttur u l-personal tiegħu involuti fil-kompiti ta' l-istima tal-konformità ma għandhomx ikunu d-disinjatur, il-fabbrikant, il-fornitur jew l-utent ta' l-istrumenti tal-kejl li jispezzjonaw, u l-anqas ir-rappreżentant awtorizzat ta' wieħed minnhom. B'żieda ma' dan, ma jistgħux ikunu involuti direttament fid-disinn, il-fabbrikazzjoni, it-tqegħid fis-suq jew il-manutenzjoni ta' l-istrumenti, u lanqas ma jirrappreżentaw lill-partijiet imħaddħla f'dawn l-attivitajiet. Il-kriterju preċedenti ma għandu, madankollu, jipprekludi fl-ebda manjiera l-possibbiltà ta' l-iskambji tat-tagħrif tekniku bejn il-fabbrikant u l-korp għall-għanijiet ta' l-istima tal-konformità.

2. Il-korp, id-direttur u l-pesonal tiegħu involuti fil-kompiti ta' l-istima tal-konformità għandhom ikunu ħielsa mill-pressjonijiet u t-tħajjir kollha, b'mod partikolari t-tħajjir finanzjarju, li jistgħu jinfluwenzaw il-ġudizzju tagħhom jew ir-riżultati ta' l-istima tagħhom tal-konformità, b'mod speċjali minn persuni jew gruppi ta' persuni b'interess fir-riżultati ta' l-istimi.

3. L-istima tal-konformità għandha titwettaq bil-ogħla livell ta' integrità professjonali u l-kompetenza mitluba fil-kamp tal-metroloġija. Jekk il-korp jissubkontratta kompiti speċifiċi, għandu l-ewwel jiżgura illi s-sub-kuntrattur jissodisfa l-ħtiġiet ta' din id-Direttiva, u b'mod partikolari ta' dan l-Artikolu. Il-korp għandu jżomm id-dokumenti rilevanti li jistmaw il-kwalifiki tas-sub-kuntrattur u x-xogħol imwettaq minnu skond din id-Direttiva għad-disposizzjoni ta' l-awtorità notifikatur.

4. Il-korp għandu jkollu l-kapabbiltà li jwettaq il-kompiti kollha ta' l-istima tal-konformità li għalihom ikun ġie nnominat, sewwa jekk dawn il-kompiti jitwettqu mill-korp innifsu u sewwa jekk f'ismu jew fuq ir-responsabbiltà tiegħu. Għandu jkollu għad-disposizzjoni tiegħu il-personal meħtieġ u għandu jkollu aċċess għall-faċilitajiet meħtieġa sabiex iwettaq f'manjiera xierqa l-kompiti tekniċi u amministrattivi involuti fl-istima tal-konformità.

5. Il-personal tal-korp għandu jkollu:

- taħriġ tekniku u vokazzjonali sod li jkopri l-kompiti kollha ta' l-istima tal-konformità li għalihom il-korp kien innominat,

- għerf sodisfaċenti dwar ir-regoli li jirregolaw il-kompiti li jwettaq, u esperjenza adegwata ta' dawn il-kompiti,

- il-ħila mitluba sabiex ifasslu ċ-ċertifikati, ir-reġistrazzjonijiet u r-rapporti li juru li twettqu l-kompiti.

6. Għandha tkun garantita l-imparzjalità tal-korp, tad-direttur u tal-persunal tiegħu. Il-ħlas tal-korp ma għandux jiddependi mir-riżultati tal-kompiti li jwettaq. Il-ħlas tad-direttur u tal-peronal tal-korp ma għandhomx jiddependu min-numri ta' kompiti mwettqa jew mir-riżultati ta' dawn il-kompiti.

7. Il-korp għandu jidħol f'assigurazzjoni ta' lijabbiltà ċivili jekk il-lijabbiltà ċivili tiegħu ma tkunx koperta mill-Istat Membru interessat skond il-liġijiet nazzjonali.

8. Id-direttur u l-personal tal-korp għandhom ikunu marbuta li josservaw is-segreteza professjonali rigward it-tagħrif kollu miksub fit-twettiq tax-xogħol fid-dmirijiet tagħhom skond din id-Direttiva għajr rigward l-awtorità ta' l-Istat Membru li jkun innomina lill-korp.

Artikolu 13

L-istandards armonizzati u d-dokumenti normattivi

1. L-Istati Membri għandhom jippreżumu l-konformità mal-ħtiġiet essenzali riferiti fl-Anness I u fl-Annessi rilevanti speċifiċi għall-istrumenti ta' strument tal-kejl li jkkonforma ma' l-elementi ta' l-istandards nazzjonali li jimplimentaw l-istandard Ewropew armonizzat li jikkorrispondi ma' dawn l-elementi ta' dan l-istandard Ewropew armonizzat li r-riferimenti fir-rigward tiegħu ikunu ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, Serje Ċ.

Meta strument tal-kejl jikkonforma ma' parti biss ta' l-elementi ta' l-istandard nazzjonali riferiti fl-ewwel sub-paragrafu, l-Istati Membri għandhom jippreżumu l-konformità mal-ħtiġiet essenzali li jikkorispondu ma' l-elementi ta' l-istandard nazzjonali li magħhom jikkonforma l-istrument.

L-Istati Membri għandhom jippubblikaw ir-riferimenti għall-istandards nazzjonali riferiti fl-ewwel sub-paragrafu.

2. L-Isatati Membri għandhom jippreżumu l-konformità mal-ħtiġiet essenzali riferiti fl-Annes I u fl-Annessi rilevanti speċifiċi għall-istrumenti rigward strument tal-kejl li jikkonforma mal-partijiet korrispondenti tad-dokumenti normattivi u tal-listi riferiti fl-Artikolu 16(1)(a), li r-riferimenti fir-rigward tiegħu kienu ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, Serje Ċ.

Meta strument tal-kejl jikkonforma ma' parti biss tad-dokument normattiv riferit fl-ewwel sub-paragrafu, l-Istati Membri għandhom jippreżumu l-konformità mal-ħtiġiet essenzali li jikkorrispondi ma' l-elementi normattivi li magħhom jikkonforma l-istrument.

L-Istati Membri għandhom jippubblikaw ir-riferimenti għad-dokument normattiv riferit fl-ewwel sub-paragrafu.

3. Fabbrikant jista' jagħżel li juża kull soluzzjoni teknika li tikkonforma mal-ħtiġiet essenzali riferiti fl-Annes I u fl-Annessi rilevanti speċifiċi għall-istrumenti (minn MI-001 sa MI-010). B'żieda ma' dan, sabiex jibbenefika mill-preżunzjoni tal-konformità, il-fabbrikant irid japplika b'mod korrett is-soluzzjonijiet imsemmija jew fl-istandards Ewropej armonizzati rilevanti, jew fil-partijiet korrispondenti tad-dokumenti u l-listi normattivi riferiti fil-paragrafi 1 u 2.

4. L-Istati Membri għandhom jippreżumu l-konformità mat-testijiet approprjati msemmija fil-punt (i) ta' l-Artikolu 10 jekk il-programm korrispondenti tat-testijiet ikun ġie mwettaq skond id-dokumenti rilevanti msemmija fil-paragrafi minn 1 sa 3 jekk ir-riżultati tat-testijiet jiżguraw il-konformità mal-ħtiġiet essenzali.

Artikolu 14

Il-Kumitat Permanenti

Meta Stat Membru jew il-Kummissjoni jikkunsidraw illi l-istandard Ewopew armonizzat riferit fl-Artikolu 13(1) ma jissodisfax għal kollox il-ħtiġiet essenzali riferiti fl-Anness I u fl-Annessi rilevanti speċifiċi għall-istrumenti, l-Istat Membru jew il-Kummissjoni għandhom iressqu l-materja quddiem il-Kumitat Permanenti stabbilit skond l-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/34/KE, filwaqt li jagħtu r-raġunijiet għal dan l-għemil. Il-Kumitat għandu jagħti opinjoni mingħajr dewmien.

Fid-dawl ta' l-opinjoni tal-Kumitat, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri jekk ikunx meħtieġ jew le li tirtita r-riferimenti għall-istandards nazzjonali milli jiġu ppubblikati skond it-tielet sub-paragrafu ta' l-Artikolu 13(1).

Artikolu 15

Il-Kumitat ta' l-Istrumenti tal-Kejl

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat ta' l-Istrumenti tal-Kejl.

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE wara li jkunu ġew ikkunsidrati d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE wara li jkunu ġew ikkunsidrati d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit għal tliet xhur.

4. Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli tiegħu ta' Proċedura.

5. Il-Kummissjoni għandha tiżgura illi t-tagħrif rilevanti dwar il-miżuri previsti, kif riferit fl-Artikolu 16, jintgħamel disponibbli għall-partijiet interessati fiż-żmien mistħoqq.

Artikolu 16

Il-funzjonijiet tal-Kumitat ta' l-Istrumenti tal-Kejl

1. Fuq it-talba ta' Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha nfisha, il-Kummisjoni, hija u taġixxi kond il-proċedura riferita fl-Artikolu 15(2), tista' tieħu kull miżura approprjata għalbiex:

(a) tidentifika d-dokumenti normattivi mfassla mill-OIML, u, f'lista, tindika l-partijiet tagħhom li l-konformità tagħhom toħloq preżunzjoni tal-konformità mal-ħtiġiet essenzali korrispondenti ta' din id-Direttiva;

(b) tippubblika r-referenzi għad-dokumentri normattivi u l-lista riferita fil-punt (a) fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, Serje Ċ.

2. Fuq it-talba ta' Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha nfisha, il-Kummisjoni, hija u taġixxi skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 15(3), tista' tieħu kull miżura approprjata għalbiex temenda l-annessi speċifiċi għall-istrumenti (minn MI-001 sa MI-010) rigward:

- l-iżbalji massimi permissibbli (ŻMPijiet) u l-klassijiet ta' l-eżattezza,

- il-kondizzjonijiet irratati tal-ħidma,

- il-valuri kritiċi tal-bidla,

- id-disturbanzi.

3. Meta Stat Membru jew il-Kummissjoni jikkunsidraw li dokument normattiv li r-referenzi għalih ikunu ġww ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, Serje Ċ, skond il-paragrafu 1(b), ma jissodisfax għal kollox il-ħtiġiet essenzali riferiti fl-Anness I u fl-Annessi rilevanti speċiifi għall-istrumenti, dan l-Istat Membru jew il-Kummissjoni għandhom iressqu l-materja quddien il-Kumitat ta' l-Istrumenti tal-Kejl, filwaqt li jagħtu raġunijiet għal dan l-għemil.

Il-Kummissjoni, hija u taġixxi skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 15(2), għandha tgħarraf lill-Istati Membri jekk huwiex meħtieġ jew le li jiġu rtirati r-referenzi għad-dokument normattiv interessat milli jiġu ppublikati fil-Ġurnal Uffiċjali.

4. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri approprjati sabiex jikkonsultaw lill-partijiet interessati fil-livell nazzjonali dwar ix-xogħol ta' l-OIML li jkollu x'jaqsam ma' din id-Direttiva.

Artikolu 17

Il-għoti tal-marki

1. Il-għoti tal-marki "CE" riferit fl-Artikolu 7 jikkonsisti mis-simbolu "CE" skond id-disinn stabbilit fil-paragrafu I.B(d) ta' l-Anness mad-Deċiżjoni 93/465/KEE. Il-marki "CE" għandhom ikunu mill-inqas 5 mm għolja.

2. Il-għoti tal-marki supplimentarji jikkonsisti fl-ittra kapital "M" u l-aħħar żewġ ċifri tas-sena tat-twaħħil tagħhom, imdawra b'rettangolu. Il-għoli tar-rettangolu għandu jkun egwali għall-għoli tal-marka "CE". Il-għoti tal-marka supplimentari tal-metroloġija għandu jiġi segwit minnufih bil-għoti tal-marka "CE".

3. In-numru ta' l-identifikazzjoni tal-korp innotifikat interessat riferit fl-Artikolu 11, jekk stabbilit bil-proċedura ta' l-istima tal-konformità, għandu jsegwi l-għoti tal-marka "CE" u l-marka suplimentari tal-metroloġija.

4. Meta strument tal-kejl jikkonsisti minn sett ta' mezzi, mhux sub-tagħqid, li jaħdmu flimkien, il-marki għandhom jitwaħħlu fuq il-mez prinċipali tal-mezz.

Meta strument tal-kejl ikun żgħir wisq jew sensittiv iżżejjed biex iġorr il-marka "CE" u l-marka supplimentari tal-metroloġija, il-marki għandhom jinġarru mill-pakkeġġjar, jekk ikun hemm minnu, u mid-dokumenti li jakkumpanjawh meħtieġa b'din id-Direttiva.

5. Il-għoti tal-marka "CE" u tal-marka supplimentari tal-metroloġija għandhom ikunu li ma jitħassrux. In-numru ta' l-identifikazzjoni tal-korp innotifikat interessat għandu jkun li ma jitħassarx jew jinqered minnu nnifsu mat-tneħħija. Il-għoti kollu tal-marki għandu jkun viżibbli jew aċċessibbli bla xkiel.

Artikolu 18

Is-sorveljnza tas-suq u l-koperazzjoni amministrattiva

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri approprjati kollha sabiex jiżguraw illi l-istrumenti tal-kejl li jkunu bla ħsara għall-kontroll metroloġiku legali imma li ma jikkonformawx mad-disposizzjonijiet applikabbli ta' din id-Direttiva la jistgħu jitqiegħdu fis-suq u lanqas jiddaħħlu fl-użu.

2. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jgħinu lil xulxin fit-twettiq ta' l-obbligi tagħhom li jwettqu s-sorveljanza tas-suq.

B'mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiskambjaw:

- it-tagħrif li jirrigwarda safejn u sakemm li l-istrumenti li jeżaminaw jikkonformaw mad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva, u r-riżultati ta' dawn l-eżamijiet;

- iċ-ċertifikat tat-tip "CE" u ċ-ċertifikati ta' l-eżamijiet tad-disinji u l-annessi ta' magħhom maħruġa mill-korpi nnotifikati kif ukoll, iż-żidiet, l-emendi u l-irtirar li jkollhom x'jaqsmu maċ-ċertifikati diġà maħruġa;

- l-approvazzjonijiet tas-sistema tal-kwalità maħruġa mill-korpi nnotifikati, kif ukoll it-tagħrif dwar is-sistemi tal-kwalità rrifjutati jew irtirati;

- ir-rapporti tal-valutazzjoni stabbiliti mill-korpi nnotifikati meta mitluba minn awtoritajiet oħra.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi t-tagħrif kollu meħtieġ li jkollu x'jaqsam maċ-ċertifikati u ma' l-approvazzjonijiet tas-sistemi tal-kwalità jintgħamel disponibbli lill-kopi li jkunu nnotifikaw.

4. Kull wieħed mill-Istati Membri għandu jgħarraf lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni liema awtoritajiet kompetenti jkun innomina għal dan l-iskambju tat-tagħrif.

Artikolu 19

Il-klawsola ta' salvagward

1. Meta Stat Membru jistabbilixxi illi l-istrumenti kollha jew il-partijiet tagħhom ta' mudell partikolari li jġorru l-marka "CE" u l-marka supplimentari tal-metroloġija ma jissodisfawx il-ħtiġiet essenzali li jkollhom x'jaqsmu mat-twettiq tax-xogħol metroloġiku ddikjarat f'din id-Direttiva, meta stallati b'mod korrett u wżati skond l-istruzzjonijiet tal-fabbrikant, għandu jieħu l-miżuri kollha approprjati sabiex jirtira dawn l-istrumenti mis-suq, jipprojibixxi jew jirrestrinġi li jitqiegħdu iktar fis-suq, jew jipprojbixxi jew jirrestrinġi li jintużaw iktar.

Meta jkun qiegħed jiddeċiedi dwar dawn il-miżuri, l-Istat Membru għandu jqis in-natura sistematika jew inċidentali tan-nuqqas tal-konformità. Meta l-Istat Membru jkun stabbilixxa illi n-nuqqas tal-konformità jkun ta' natura sistematika, għandu jgħarraf minnufih lill-Kummissjoni bil-miżuri meħuda, fejn indika r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu.

2. Il-Kummissjoni għandha tidħol f'konsultazzjoni mal-partijiet interessati malajr kemm jista' jkun.

(a) Jekk il-Kummissjoni ssib illi l-miżuri meħuda mill-Istat Membru interessat huma ġġustifikati, għandha tgħarraf minnufih b'dawn lill-Istat Membru, kif ukoll lill-Istati Membri l-oħra.

L-Istat Membru kompetenti għandu jieħu l-azzjoni xierqa kontra kull persuna li tkun waħħlet il-marki u għandu jgħarraf b'dan lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra.

Jekk in-nuqqas tal-konformità jiġi attribwit għan-nuqqasijiet fl-istandards jew fid-dokumenti normattivi, il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsula lill-partijiet interessati, tressaq il-materja malajr kemm jista jkun quddiem il-Kumitat approprjat riferit fl-Artikoli 14 u 15.

(b) Jekk il-Kummissjoni ssib illi l-miżuri meħuda mill-Istat Membru interessat mhumiex iġġustifikati, għandha tgħarraf minnufih b'dawn lill-Istat Membru, kif ukoll lill-fabbrikant interessat jew lir-rappreżentat awtorizzat tiegħu.

Il-Kummissjoni għandha tiżgura illi l-Istati Membri jinżammu mgħarrfa bil-progress u bir-riżultat tal-proċedura.

Artikolu 20

Il-marki mwaħħla mhux kif mistħoqq

1. Meta Stat Membru jistabbilixxi illi l-għoti tal-marka "CE" u l-marka supplimentari tal-metroloġija jkunu ġew imwaħħla mhux kif mistħoqq, il-fabbrikant jew ir-rappreżentat awtorizzat tiegħu għandhom ikunu obbligati li:

- jagħmlu lill-istrument jikkonforma rigward dawk id-disposizzjonijiet li jirrigwardaw il-għoti tal-marka "CE" u l-marka supplimentari tal-metroloġija mhux koperti bl-Artikolu 19(1) u

- li jtemmu l-kontravenzjoni skond il-kondizzjonijiet imposti mill-Istat Membru.

2. (b) Jekk jippersisti l-ksur deskritt hawn fuq, l-Istat Membru għandu jieħu l-miżuri kollha approprjati sabiex jirrestrinġi jew jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta' l-istrument fil-kwistjoni jew li jiżgura illi jiġi rtirat mis-suq jew li jipprojbixxi jew jirrestrinġi l-użu iktar tiegħu skond il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 19.

Artikolu 21

Id-deċiżjonijiet li jinvolvu l-irtirar jew ir-restrizzjoni

Kull deċiżjoni meħuda skond din id-Direttiva li tinvolvi l-irtirar mis-suq ta' strument tal-kejl, jew li tipprojbixxi jew tirrestrinġi t-tqegħid fis-suq jew it-tidħil fl-użu ta' strument, għandha tiddikjara b'mod eżatt ir-raġunijiet li fuqhom ikunu msejsa. Din id-deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lill-parti interessata, li għandha fl-istess ħin tiġi mgħarrfa bir-rimedji legali disponibbli għaliha skond il-liġijiet fis-seħħ fl-Istat Membru interessat u fil-limiti taż-żmien li għalihom dawn ir-rimedji jkunu soġġetti.

Artikolu 22

It-tħassir

Id-Direttivi li ġejjin għandhom jiġu mħassra mit-30 ta' Ottubru 2006 mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 23:

- id-Direttiva tal-Kunsill 71/318/KEE tas-26 ta' Lulju 1971 dwar it-tqarrib lejn xulxin tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' l-arloġġi tal-gass [11],

- id-Direttiva tal-Kunsill 71/319/KEE tas-26 ta' Lulju 1971 dwar it-tqarrib lejn xulxin tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' l-arloġġi tal-likwidi għajr l-ilma [12],

- id-Direttiva tal-Kunsill 71/348/KEE tat-12 ta' Ottubru 1971 dwar it-tqarrib lejn xulxin tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' l-arloġġi tal-likwidi għajr l-ilma [13],

- id-Direttiva tal-Kunsill 73/362/KEE tad-19 ta' Novembru 1973 dwar it-tqarrib lejn xulxin tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' l-arloġġi tal-kejl tat-tul [14],

- id-Direttiva 75/33/KEE tas-17 ta' Diċembru 1974 dwar it-tqarrib lejn xulxin tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' l-arloġġi ta' l-ilma kiesaħ, kif jirrigwarda l-arloġġi ddefiniti fl-Anness MI-001 ma' din id-Direttiva [15],

- id-Direttiva 75/410/KEE ta' l-24 ta' Ġunju 1975 dwar it-tqarrib lejn xulxin tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-magni ta' l-użin kontinwu tat-totalizzazzjoni [16],

- id-Direttiva tal-Kunsill 76/891/KEE ta' l-4 ta' Novembru 1976 dwar it-tqarrib lejn xulxin tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' l-arloġġi ta' l-enerġija elettrika [17],

- id-Direttiva tal-Kunsill 77/95/KEE tal-21 ta' Diċembru 1976 dwar it-tqarrib lejn xulxin tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mat-tassimetri [18],

- id-Direttiva tal-Kunsill 77/313/KEE tal-5 ta' April 1977 dwar it-tqarrib lejn xulxin tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mas-sistemi tal-kejl tal-likwidi għajr l-ilma [19],

- id-Direttiva 78/1031/KEE tal-5 ta' Diċembru 1978 dwar it-tqarrib lejn xulxin tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-magni li jiċċekkjaw l-użin u li jiggradaw il-piż [20],

- id-Direttiva tal-Kunsill 79/830/KEE tal-11 ta' Settembru 1979 dwar it-tqarrib lejn xulxin tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' l-arloġġi tal-misħum [21],

Artikolu 23

Disposizzjonijiet transitorji

Bħala deroga mill-Artikolu 8(2), l-Istati Membri għandhom jippermettu, sabiex ikejlu kompiti li għalihom stabbilew l-użu ta' strument tal-kejl ikkontrollat legalment, it-tqegħid fis-suq u t-tidħil fl-użu ta' l-istrumenti tal-kejl li jissodisfaw ir-regoli li jkunu japplikaw qabel it-30 ta' Ottubru 2006 sakemm tiskadi l-validità ta' l-approvazzjoni tat-tip ta' dawn l-istrumenti tal-kejl jew, fil-każ ta' approvazzjoni tat-tip valida b'mod indefinit, għall-perjodu massimu taż-żmien ta' għaxar snin mit-30 ta' Ottubru 2006.

Artikolu 24

It-Trasposizzjoni

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva qabel it-30 ta' April 2006. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dan minnufih.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew inkella għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi kif issir din ir-referenza għandhom jiġu stbbiliti mill-Istati Membri.

L-Istati Membri għandhom japplikaw dawn id-disposizzjonijiet mit-30 ta' Ottubru 2006.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-disposizzjonijiet fil-liġijiet nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttva.

Artikolu 25

Il-klawsola tar-reviżjoni

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistiednu lill-Kummissjoni li tirrapporta, qabel it-30 ta' April 2011 dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva fuq, fost ħwejjeġ oħra, il-bażi tar-rapporti pprovduti mill-Istati Membri, u, meta approprjat, jissottomettu proposta għall-emendi.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistiednu lill-Kummissjoni sabiex tivvaluta jekk il-proċeduri ta' l-istima tal-konformità għall-prodotti industrijali humiex applikati kif jixraq u, meta approprjat, tipproponi emendi sabiex tiżgura ċertifikazzjoni konsistenti.

Artikolu 26

Id-Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 27

Id-destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Strasburgu fil-31 ta' Marzu 2004.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

P. Cox

Għall-Kunsill

Il-President

D. Roche

[1] ĠU C 62 E, tas-27.2.2001, p. 1 uĠU C 126 E, tat-28.5.2002, p. 368.

[2] ĠU C 139, tal-11.5.2001, p. 4.

[3] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Lulju 2001 (ĠU C 65 E, ta' l-14.3.2002, p.34). Posizzjoni Komuni tal-Kunsill tat-22 ta' Lulju 2003 (ĠU C 252 E, tal-21.10.2003, p. 1) u l-Posizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 200 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2004.

[4] ĠU L 202, tas-6.9.1971, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 807/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 36).

[5] ĠU C 136, ta' l-4.6.1985, p. 1.

[6] ĠU L 139, tat-23.5.1989, p. 19. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 93/68/KEE (ĠU L 220, tat-30.8.1993, p. 1).

[7] ĠU L 220, tat-30.8.1993, p. 23.

[8] ĠU C 282, tal-25.11.2003, p. 3.

[9] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

[10] ĠU L 204, tal-21.7.1998, p. 37. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 98/48/KE (ĠU L 217, tal-5.8.1998, p. 18).

[11] ĠU L 202, tas-6.9.1971, p. 21. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 82/623/KE (ĠU L. 252, tas-27.8.1982, p. 5).

[12] ĠU L 202, tas-6.9.1971, p. 32.

[13] ĠU L 239, tal-25.10.1971, p. 9. Direttiva kif l-aħħar emendata bl-Att ta' l-Adeżjoni 1994.

[14] ĠU L 335, tal-5.12.1973, p. 56. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 85/146/KEE (ĠU L. 54, tat-23.2.1985, p. 29).

[15] ĠU L 14, tal-20.1.1975, p. 1.

[16] ĠU L 183, ta' l-14.7.1975, p. 25.

[17] ĠU L 336, ta' l-4.12.1976, p. 30.

[18] ĠU L 26, tal-31.1.1977, p. 59.

[19] ĠU L 105, tat-28.4.1977, p. 18. Direttiva, kif emendata bid-Direttiva 82/625/KEE, (ĠU L 252, tas-27.8.1982, p. 10).

[20] ĠU L 364, tas-27.12.1978, p. 1.

[21] ĠU L 259, tal-15.10.1979, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS I

IL-ĦTIĠIJIET ESSENZALI

Strument tal-kejl għandu jipprovdi livell għoli ta' protezzjoni metroloġika sabiex kull parti affettwata jkun jista' jkollha fiduċja fir-riżultat tal-kejl, u għandu jiġi ddisinjat u ffabbrikat għal livell għoli tal-kwalità rigward it-teknoloġija tal-kejl u s-sigurtà ta' l-informazzjoni tal-kejl.

Il-ħtiġiet li jridu jiġu ssodisfatti mill-istrumenti tal-kejl huma ddikjarati hawn taħt u huma ssupplimentati, meta approprjati, bil-ħtiġiet speċifiċi ta' l-istrumenti fl-Annessi mill-MI-001sal-MI-010 li jipperovdu iktar dettal dwar ċerti aspetti tal-ħtiġiet ġenerali.

Is-soluzzjonijiet adottati fis-segwiment tal-ħtiġiet għandhom iqisu l-użu maħsub ta' l-istrument u kull użu ħażin previst tiegħu.

ID-DEFINIZZJONIJIET

"Miżurand" Il-miżurand huwa l-kwantità partikolari bla ħsara għall-kejl.

"Kwantità ta' influwenza" Kwantità ta' influwenza hija kwantità li mhux miżurand imma taffettwa r-riżultat tal-kejl.

"Kondizzjonijiet Irrarati tal-Ħidma" Il-kondizzjonijiet irratati tal-ħidma huma l-valuri għall-miżurand u l-kwantitajiet ta' l-influwenza li flimkien jagħmlu l-kondizzjonijiet normali tax-xogħol ta' strument.

"Disturbanza" Kwantità ta' l-influwenza li jkollha valur ġewwa l-limiti speċifikati fil-ħtieġa approprjata imma ‘l barra mill-kondizzjonijiet speċifikati irratati tal-ħidma ta' l-istrument tal-kejl. Kwantità ta' l-influwenza hija distrubanza jekk għal din il-kwantità ta' influwenza ma jkunux speċifikati l-kondizzjonijiet irratati tal-ħidma.

"Valur kritiku tal-bidla" Il-valur kritiku tal-bidla huwa l-valur li fih il-bidla fir-riżultat tal-kejl hija kkunsidrata mhux mixtieqa.

"Kejl tal-materjali" Kejl tal-materjali huwa mezz maħsub biex jirriproduċi jew iforni f'manjiera permanenti matul l-użu tiegħu valur magħruf jew iktar ta' kwantità mogħtija.

"Bejgħ dirett" - ir-riżultat tal-kejl iservi bħala l-bażi tal-prezz li jrid jitħallas; u

- mill-inqas waħda mill-partijiet involuti fit-transazzjoni li jkollha x'taqsam mal-kejl hija l-konsumatur jew kull parti oħra li teħtieġ livell simili ta' protezzjoni; u

- il-partijiet kollha fit-transazzjoni jaċċettaw ir-riżultat tal-kejl f'dak il-ħin u post.

"Ambjenti klimatiċi" Ambjenti klimatiċi huma l-kondizzjonijiet li fihom jista' jintuża l-istrument tal-kejl. Għalbiex id-differenzi klimatiċi bejn l-Istati Membri jitlaħħqu magħhom, ġiet iddefinita firxa ta' temperaturi.

"Utilità" Utilità hija meqjusa bħala fornitur ta' l-elettriku, tal-gass, tas-sħana jew ta' l-ilma.

ĦTIĠIJIET

1. L-Iżbalji Permessi

1.1. Taħt il-kondizzjonijiet irratati tal-ħidma u fl-assenza ta' disturbanza, l-iżball tal-kejl ma għandux jaqbeż il-valur massimu permissibbli għall-iżball (ŻMP) kif stabbilit fil-ħtiġiet approprjati speċifiċi għall-istrumenti.

Għajr jekk iddikjarat xorta oħra fl-annessi speċifiċi għall-istrumenti, iż-ŻMP huwa espress bħala valur bilaterali tad-devjazzjoni mill-valur veru tal-kejl.

1.2. Taħt il-kondizzonijiet irratati tal-ħidma u fil-preżenza ta' disturbanza, il-ħtieġa tat-twettiq tax-xogħol għandha tkun kif stabbilita fil-ħtiġiet approprjati speċifiċi għall-istrumenti.

Meta l-istrument ikun maħsub għalbiex jintuża f'kamp elettro-manjetiku speċifikat permanenti u kontinwu, it-twettiq permess tax-xogħol matul it-test immodulat ta' l-amplitudni tal-kamp elettro-manjetiku irradjat għandu jkun ġewwa ż-ŻMP.

1.3. Il-fabbrikant għandu jispeċifika l-ambjenti klimatiċi, mekkaniċi u elettro-manjetiċi li fihom l-istrument ikun maħsub li jiġi wżat, il-forniment ta' l-enerġija u kwantitajiet oħra ta' l-influwenza li x'aktarx jaffettwaw l-eżattezza tiegħu, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġiet stabbiliti fl-annessi approprjati speċifiċi għall-istrumenti.

1.3.1. L-ambjenti klimatiċi

Il-fabbrikant għandu jispeċifika l-limitu ta' fuq tat-temperatura u l-limitu ta' isfel tat-temperatura minn kull wieħed mill-valuri fit-Tabella 1 għajr jekk speċifikat xorta oħra fl-Annessi minn MI-001 sa MI-010, u jindika jekk l-istrument hux iddisinjat sabiex jikkondensa jew ma jikkondensax l-umdità kif ukoll il-post maħsuba għall-istrument, jiġifieri fil-miftuħ jew magħluq.

Tabella 1

| Il-Limiti tat-Temperatura |

Il-Limitu ta' fuq tat-temperatura | 30°Ċ | 40°Ċ | 55°Ċ | 70°Ċ |

Il-Limitu ta' isfel tat-temperatura | 50°Ċ | -10°Ċ | -25°Ċ | -40°Ċ |

1.3.2. (a) L-ambjenti mekkaniċi huma kklasifikati fi klassijiet minn MI sa M3 kif deskritti hawn taħt.

Il-MI Din il-klassi tapplika għall-istrumenti wżati fil-lokazzjonijiet b'vibrazzjonijiet u xokkijiet ta' sinifikat baxx, p.e. għall-istrumenti mwaħħla ma' strutturi ħfief bla ħsara għall-vibrazzonijiet u x-xokkijiet negliġibbli trasmessi mill-attivitajiet tal-kolpi tar-riħ u taċ-ċaqliq ta' l-imniezel, it-tisbit tal-bibien, eċċ.

Il-M2 Din il-klassi tapplika għall-istrumenti wżati fil-postjiet b'vibrazzjonijiet u xokkijiet sinifikanti jew ta' livelli għolja, p.e. trasmessi mill-makkinarji u minn vetturi għaddejja fil-qrib jew imissu ma' magni tqal, ċineg trasportaturi, eċċ.

Il-M3 Din il-klassi tapplika għall-istrumenti wżati fil-postijiet fejn il-livell tal-vibrazzjonijiet u tax-xokkijiet huwa għoli jew għoli ħafna, p.e. għall-istrumenti mmuntati direttament fuq il-magni, iċ-ċineg trasportaturi, eċċ.

(b) Il-kwantitajiet ta' l-influwenza li ġejjin għandom jiġu kkunsidrati f'relazzjoni ma' l-ambjenti mekkaniċi:

- Il-vibrazzjoni:

- Ix-xokk mekkaniku.

1.3.3. (a) L-ambjenti elettro-manjetiċi huma kklassifikati fil-klassijiet E1, E2 u E3 kif deskritti hawn taħt, għajr jekk stabbilit xorta oħra fl-annessi approprjati speċifiċi għall-istrumenti.

Il-E1 Din il-klassi tapplika għall-istrumenti wżati fil-postjiet b'disturbanzi elettro-manjetiċi li jikkorrispondu ma' dawk li x'aktarx ikunu jinsabu fil-bini residenzali, kummerċjali u ta' industriji ħfief.

Il-E2 Din il-klassi tapplika għall-istrumenti wżati fil-postjiet b'disturbanzi elettro-manjetiċi li jikkorrispondu ma' dawk li x'aktarx ikunu jinsabu fil-bini industrijali.

Il-E3 - it-tnaqqis fil-voltaġġ ikkawżat mill-għoti ta' l-enerġija taċ-ċirkwiti tat-tqabbid tal-magna tal-kombustjoni interna,

- it-transjenti tal-fqigħ tat-tagħbijiet li jiġru fl-eventwalità li batterija skarigata tiġi konnessa waqt li l-magna tkun taħdem.

(b) il-kwantitajiet li ġejjin ta' l-influwenza għandhom jiġu kkunsidati f'relazzjoni ma' l-ambjenti elettro-manjetiċi:

- L-interruzzjonijiet fil-voltaġġ,

- It-tnaqqis qasir tal-voltaġġ,

- It-transjenti tal-voltaġġ fuq il-linji tal-forniment u/jew il-linji tas-sinjali,

- L-iskarigi elettro-statiċi,

- Radio frequency electromagnetic fields,

- Il-firxiet elettro-manjetiċi tal-frekwenzi tar-radjo,

- Firxiet elettro-manjetiċi tal-frekwenzi tar-radjo fuq il-linji tal-forniment u/jew il-linji tas-sinjali,

- Iż-żieda f'daqqa fuq il-linji tal-forniment u/jew il-linji tas-sinjali.

1.3.4. Kwantitajiet oħra ta' l-influwenza li jridu jiġu kkunsidrati, meta approprjati, huma:

- Il-varjazzjoni fil-voltaġġ,

- Il-varjazzjoni fil-frekwenza fil-fili ewliena,

- Il-firxiet manjetiċi tal-frekwenza ta' l-enerġija,

- Kull kwantità oħra li x'aktarx tinfluwenza f'manjiera sinifikanti l-eżattezza ta' l-istrument.

1.4. Meta jkunu qegħdin jitwettqu t-testijiet kif previsti f'din id-Direttiva, japplikaw il-paragrafi li ġejjin:

1.4.1. Ir-regoli bażiċi għat-testijiet u kif jiġu stabbiliti l-iżbalji

Il-ħtiġiet essenzali speċifikati fil-1.1 u l-1.2 għandhom jiġu vverifikati għal kull waħda mill-kwantitajiet ta' l-influwenza. Għajr jekk speċifikat xorta oħra fl-anness approprjat speċifiku għall-istrumenti, dawn il-ħtiġiet essenzali japplikaw meta tiġi applikata kull waħda mill-kwantitajiet ta' l-influwenza u l-effett tagħha jiġi vvalutat separatament, filwaqt li l-kwantitajiet l-oħra kollha ta' l-influwenza jinżammu relattivament kostanti fil-valur tagħhom tar-riferiment.

Għandhom jitwettqu testijiet metroloġiċi matul jew wara l-applikazzjoni tal-kwantità ta' l-influwenza, tkun liema tkun il-kondizzjoni li tikkorrispondi ma' l-istatus normali tal-ħidma ta' l-istrument meta din il-kwantità ta' l-influwenza x'aktrx li tiġri.

1.4.2. L-umdità ta' mad-dwar

- Skond l-ambjent klimatiku li jkun qiegħed jopera li fih l-istrument ikun maħsub li jintuża, jistgħu jkunu approprjati jew test fi-sod ta' l-istat niedi tas-sħana (li ma jikkondensax) jew it-test ċikliku tas-sħana niedja (li jikkondensa).

- It-test ċikliku tas-sħana niedja huwa approprjat meta l-kondensazzjoni hija importanti jew meta l-penetrazzjoni tal-fwar trid tiġi aċċellerata bl-effett tat-teħid tan-nifs. Fil-kondizzonijiet meta l-umdità li ma tikkondensax hija fattur, huwa approprjat l-istat fis-sod tas-sħana niedja.

2. Il-kapaċità tar-riproduzzjoni

L-applikazzjoni ta' l-istess miżurand f'post differenti jew minn utent differenti, filwaqt li l-kondizzjonijiet l-oħra kollha jibqgħu l-itess, għandha tirriżulta fil-qbil mill-qrib ta' kejlijiet suċċessivi. Id-differenza bejn ir-riżultati tal-kejl għandha tkun żgħira meta pparagunata maż-ŻMP.

3. Il-kapaċità tat-tennija

L-applikazzjoni ta l-istess miżurand taħt l-istess kondizzonijiet ta' kejl għandha tirriżulta fi qbil mill-qrib ma' kejlijiet suċċesivi. Id-differenza bejn ir-riżultati tal-kejl għandha tkun żgħira meta pparagunata maż-ŻMP.

4. Id-diskriminazzjoni u s-sensittività

Strument tal-kejl għandu jkun sensittiv biżżejjed u l-għatba tad-diskriminazzjoni għandha tkun baxxa biżżejjed għall-kompitu maħsub tal-kejl.

5. It-tul taż-żmien li jibqa' tajjeb għax-xogħol

Strument tal-kejl għandu jkun iddisinjat sabiex iżomm stabbiltà adegwata tal-karatteristiċi tiegħu metroloġiċi fuq perjodu taż-żmien stmat mill-fabbrikant, sakemm ikun stallat kif xieraq, miżmum u wżat skond l-istruzzjonijiet tal-fabbrikant meta jkun fil-kondizzjonijiet ambjentali li għalihom ikun maħsub.

6. Il-fiduċja

Strument tal-kejl għandu jkun iddisinjat li jnaqqas kemm jista' jkun l-effett ta' difett li jwassal għal riżultat mhux eżatt tal-kejl, għajr jekk tkun ovvja l-preżenza ta' dan id-difett.

7. Kemm jixraq

7.1. Strument tal-kejl ma għandu jkollu l-ebda karatteristika li x'aktarx tiffaċilita l-użu frawdolenti, billi l-possibbiltajiet ta' l-użu ħażin għandhom ikunu minimi.

7.2. Strument tal-kejl għandu jkun jixraq l-użu maħsub għalih filwaqt li jitqiesu l-kondizzjonijiet prattiċi tax-xogħol u ma għandux ma jirrispondix b'mod raġjonevoli għad-domandi ta' l-utent sabiex jikeb riżultat korrett tal-kejl.

7.3. L-iżbalji ta' strument tal-kejl ta' l-utilitajiet f'mixi jew kurrenti barra mill-firxa kkontrollata ma għandhomx ikunu ppreġudikati b'mod mhux mistħoqq

7.4. Meta strument tal-kejl ikun iddisinjat għall-kejl tal-valuri tal-miżurand li jkunu kostanti matul iż-żmien, l-istrument tal-kejl ma għandux ikun sensittiv għal ċaqliqiet żgħar tal-miżurand, jew għandu jieħu l-azzjoni approprjata.

7.5. Strumnet tal-kejl għandu jkun ta' saħħa u l-materjali tal-kostruzzjoni tiegħu għandhom ikunu xierqa għall-kondizzjonijit li fihom ikun maħsub li jintuża.

7.6. Strument tal-kejl għandu jiġi ddisinjat hekk li jippermetti l-kontroll tal-kompiti tal-kejl wara li l-istrument ikun tqiegħed fis-suq u mdaħħal fl-użu. Jekk meħtieġa, tagħmir speċjali jew software għal dan il-kontroll għandhom ikunu parti minn dan l-istrument. Il-proċedura tat-testijiet għandha tiġi deskritta fil-manwal tal-ħidma.

Meta strument tal-kejl ikollu assoċjat miegħu software li jipprovdi funzjonijiet oħra minbarra l-funzjoni tal-kejl, is-software li jkun kritiku għall-karatteristiċi metroloġiċi għandu jkun jista' jiġi identifikat u ma għandux ikun influenzat b'mod mhux ammissibbli mis-software assoċjat.

8. Il-protezzjoni kontra l-korruzzjoni

8.1. Il-karatteristiċi metroloġiċi ta' strument tal-kejl ma għandhomx inkunu influwenzati b'mod mhux ammissibbli mill-konnessjoni tiegħu ma' mezz ieħor, minn kull karatteristika tal-mezz innifsu ikkonnettjat jew minn kull mezz remot li jikkomunika ma' l-istrument tal-kejl.

8.2. Għandu jiġi ddisinjat komponent tal-hardware li jkun kritiku għall-karatteristiċi metroloġiċi sabiex ikun jista' jiġi magħmul fis-sigurtà. Il-miżuri tas-sigurtà previsti għandhom jipprovdu x-xiehda ta' intervent.

8.3. Is-software li jkun kritiku għall-karatteristiċi metroloġiċi għandu jiġi identifikat bħala ta' hekk u għandu jiġi żgurat.

L-identifikazzjoni tas-software għandha tiġi pprovvduta bla xkiel mill-istrument tal-kejl.

Għandha tkun disponibbli x-xiehda għal perjodu raġjonevoli taż-żmien.

8.4. L-informazzjoni dwar il-kejl, is-software li jkun kritiku għall-karatteristiċi tal-kejl u l-parametri metroloġiċi importanti maħżuna jew trasmessi għandhom ikunu protetti b'mod adegwat kontra l-korruzzjoni aċċidentali jew maħsuba.

8.5. Rigward l-istrumenti tal-kejl ta' l-utilitajiet il-wiri tal-kwantità totali fornita jew il-wiri li minnhom tista' jiġi dderivata l-kwantità totali fornita, li riferiment totali jew parzjali tagħhom huwa l-bażi għall-ħlas, ma għandux ikun jista' jiġi ffissat mill-ġdid matul l-użu.

9. It-tagħrif li jrid jinġarr mill-istrument u li jrid akkumpanjah

9.1. Strument tal-kejl għandu jkollu fuqu l-iskrizzjonijiet li ġejjin:

- il-marka jew l-isem tal-fabbrikant;

- it-tagħrif rigward l-eżattezza tiegħu,

flimkien, meta japplika:

- it-tagħrif rigward il-kondizzjoniiet ta' l-użu'measuring capacity;

- il-kapaċita tal-kejl;

- il-firxa tal-kejl:

- il-għoti tal-marki ta' identità;

- in-numru taċ-ċertifikat ta' l-eżami tat-tip "CE" jew iċ-ċertifikat tad-disinn "CE";

- it-tagħrif dwar jekk il-mezzi addizzjonali li jipprovdu r-riżultati jikkonformawx jew le mad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva dwar il-kontroll metroloġiku legali.

9.2. Strumen ta' dimensjonijiet żgair iżżejjed jew ta' komposizzjoni sensittiva żżejjed sabiex jippermettulu jġorr it-tagħrif rilevanti għandu jkollu mmarkat kif xieraq il-pakkeġġjar tiegħu, jekk ikollu minnu, u d-dokumenti li jakkumpanjawh meħtieġa mid-disposizzjoniiet ta' din id-Direttiva.

9.3. L-istrument għandu jkun akkumpanjat bit-tagħrif dwar il-ħidma tiegħu, għajr jekk is-sempliċità ta' l-istrument tal-kejl tagħmel dan mhux meħtieġ. It-tagħrif għandu jinftiehem bla xkiel u, meta rilevanti, għandu jinkludi:

- il-kondizzjonijiet irratati tal-ħidma;

- il-klassijiet ambjentali mekkaniċi u elettro-manjetiċi;

- il-limiti ta' fuq u ta' isfel tat-temnperatura, sewwa jekk tkun possibbli l-kondensazzjoni u sewwa jekk le, u sewwa jekk il-post ikun fil-miftuħ jew magħluq;

- l-istruzzjonijiet għall-istallazzjoni, il-manutenzjoni, it-tiswijiet u l-aġġustamenti permissibbli;

- l-istruzzonijiet għall-ħidma korretta u kull kondizzjoni speċjali ta' l-użu;

- il-kondizzjonijiet kompatibbli ma' l-interfaces, is-sub-tagħqidiet jew l-istrumenti tal-kejl.

9.4. Il-gruppi ta' strumenti identiċi tal-kejl użati fl-istess post jew użati għall-kejl ta' l-utilitajiet mhux bil-fors jeħtieġu manwali individwali ta' l-istruzzjonijiet.

9.5. Għajr jekk speċifikat xorta oħra f'anness speċifiku għall-istrumenti, l-intervall fl-iskala għal valur imkejjel għandu jkun fil-għamla ta' 1×10n, 2×10n, or 5×10n, fejn il-n hija numru sħiħ jew żero. L-unità tal-kejl jew is-simbolu tiegħu għandhom jintwerew qrib il-valur numeriku.

9.6. Kejl tal-materjali għandu jkun immarkat b'valur jew skala numerika, akkumpanjat bl-unità tal-kejl użat.

9.7. L-unitajiet tal-kejl użati u s-simboli tagħhom għandhom ikunu skond id-disposizzjonijiet tal-leġislazzjoni Komunitarja dwar l-unitajiet tal-kejl u s-simboli tagħhom.

9.8. Il-marki u l-iskrizzjonijiet kollha meħtieġa taħt kull ħtieġa għandhom ikunu ċari, li ma jistgħux jitħassru, mhux ambigwi u li ma jistgħux jiġu ttrasferiti.

10. L-indikazzjoni tar-riżultat

10.1. L-indikazzjoni tar-riżultat għandha tkun permezz tal-wiri jew ta' kopja iebsa.

10.2. L-indikazzjoni ta' kull riżultat għandha tkun ċara u mhux ambigwa u akkumpanjata b'dawk il-marki u skrizzjonijiet meħtieġa sabiex jgħarrfu lill-utent bis-sinifikat tar-riżultat. Għandu jkun permess il-qari bla xkiel tar-riżultat ippreżentat taħt kondizzjonijiet normali ta' l-użu. Jistgħu jiġu murija indikazzjonijiet addizzjonali sakemm dawn ma jkunux jistgħu jiġu konfużi ma' l-indikazzjonijiet metroloġiċi kkontrollati.

10.3. Fil-każ ta' kopja iebsa, l-istampatura jew ir-reġistrazzjoni għandhom ukoll ikunu jistgħu jinqraw bla xkiel u ma jkunux jistgħu jitħassru.

10.4. Strument tal-kejl għal transazzjonijiet kummerċjali diretti tal-bejgħ għandu jkun iddisinjati li jippreżenta r-riżultat tal-kejl liż-żewġ partijiet fit-transazzjoni meta stallat kif maħsub. Meta kritiku fil-każ ta' kull bejgħ dirett, kull biljett ipprovvdut lill-konsumatur b'mezz anċillari li ma jikkonformax mal-ħtiġiet approprjati ta' din id-Direttiva għandu jġorr tagħrif restritttiv approprjat.

10.5. Sewwa jekk strument tal-kejl maħsub għall-għanijiet tal-kejl ta' l-utilitajiet ikun jista' jinqara mill-bogħod u sewwa jekk le, għandu f'kull każ ikun imgħammar b'wiri kkontrollat metroloġikament aċċessibbi għall-konsumatur mingħajr għodda. IDak li inqara f'dan il-wiri huwa r-riżultat tal-kejl li jservi bħala l-bażi għall-prezz li jrid jitħallas.

11. Iktar proċessar ta' l-informazzjoni sabiex tiġi konkluża t-transazzjoni kummerċjali

11.1. Strument tal-kejl għajr strument li jkejjel l-utilitajiet għandu jirreġistra b'mezz għat-tul taż-żmien ir-riżultat tal-kejl akkumpanjat bit-tagħrif sabiex jidentifika t-transazzjoni partikolari, meta:

- il-kejl ma jerġax itenni ruħu; u

- l-istrument tal-kejl ikun normalment maħsub sabiex jintuża fin-nuqqas ta' waħda mill-partijiet li jikkummerċjaw.

11.2. B'żieda ma' dan, għandha tkun disponibbli prova għat-tul taż-żmien tar-riżultat tal-kejl u tagħrif sabiex jidentifika t-transazzjoni fuq it-talba u mal-waqt li fihom jiġi konkluż il-kejl.

12. Il-valutazzjoni tal-konformità

Strument tal-kejl għandu jkun iddisinjat hekk li jippermetti valutazzjoni fil-pront tal-konformità mal-ħtiġiet approprjati ta' din id-Direttiva.

--------------------------------------------------

Top