This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004D0511
2004/511/EC:Council Decision of 10 June 2004 concerning the representation of the people of Cyprus in the European Parliament in case of a settlement of the Cyprus problem
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l- 10 ta' Ġunju 2004 li tikkonċerna r-rappreżentanza tal-poplu ta' Ċipru fil-Parlament Ewropew fil-każ ta' ftehim dwar il-problema ta' Ċipru
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l- 10 ta' Ġunju 2004 li tikkonċerna r-rappreżentanza tal-poplu ta' Ċipru fil-Parlament Ewropew fil-każ ta' ftehim dwar il-problema ta' Ċipru
ĠU L 211, 12.6.2004, p. 22–23
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 142M, 30.5.2006, p. 58–59
(MT)
In force
30.5.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
58 |
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
ta' l-10 ta' Ġunju 2004
li tikkonċerna r-rappreżentanza tal-poplu ta' Ċipru fil-Parlament Ewropew fil-każ ta' ftehim dwar il-problema ta' Ċipru
(2004/511/KE)
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 10 dwar Ċipru ta' l-Att ta' l-Adeżjoni tal-2003, u partikolarment l-Artikolu 4 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta minn għand il-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Il-Kunsill Ewropew ripetutament issottolineja il-preferenza qawwija tiegħu għall-adeżjoni ta' Ċipru bħala pajjiż magħqud. S'issa, għandu ma ntlaħaqx ftehim komprensiv għall-problema ta' Ċipru u l-għaqda mill-ġdid tal-gżira. |
(2) |
Skond l-Artikolu 189 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, il-Parlament Ewropew jikkonsisti fir-rappreżentanti tal-popli ta' l-Istati li jingħaqdu flimkien fil-Komunità. Il-Membri tal-Parlament Ewropew jiġu eletti b'suffraġju universali dirett bi qbil ma' l-Artikolu 190 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, l-Artikolu 108 tat-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika u l-Att li jikkonċerna l-elezzjoni tal-membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, anness mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 76/787/KEFA, KEE, Euratom (1), kif emendat b'Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/772/KE, Euratom (2). (minn issa msejjaħ “l-Att ta' l-1976”). |
(3) |
Il-Membri tal-Parlament Ewropew għat-terminu li jmiss li jkopri l-perjodu bejn l-2004 u l-2009 ser ikunu eletti fl-elezzjonijiet li għandhom isiru bejn l-10 u t-13 ta' Ġunju 2004. Skond l-Artikolu 11 ta' l-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003, in-numru ta' rappreżentanti eletti f'Ċipru mill-bidu tat-terminu 2004-2009 għandu jkun ta' sitta. Iżda l-elezzjonijiet għal dan it-terminu 2004-2009 mhumiex ser isiru fil-parti ta' Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta' ċipru ma jeżerċitax kontroll effettiv. |
(4) |
Biex tiġi ggarantita r-rappreżentanza u d-drittijiet elettorali taċ-Ċiprijotti kollha, fil-każ ta' ftehim komprensiv, huwa meħtieġ li jkun hemm provvediment għall-għeluq kmieni tal-mandat tar-rappreżentanti tal-poplu ta' Ċipru fil-Parlament Ewropew eletti fl-2004 jew f'elezzjonijiet sussegwenti u li jsiru elezzjonijiet straordinarji f'Ċipru kollu għat-terminu taż-żmien li jkun baqa' tal-Parlament Ewropew, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Fl-eventwalità tad-dħul fis-seħħ ta' ftehim komprensiv għall-problema ta' Ċipru, id-disposizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw b'deroga minn Artikolu 190 (3) tat-Trattat tal-KE kif ukoll l-Artikolu 5 u l-Artikolu 10 (1) u l-Artikolu 11 (2) ta' l-Att ta' l-1976:
(a) |
Il-mandat tar-rappreżentanti eletti tal-poplu ta' Ċipru fil-Parlament Ewropew għandu jintemm mall-ftuħ ta' l-ewwel sessjoni tal-Parlament Ewropew wara l-elezzjonijiet kif imsemmija fil-punt (b). |
(b) |
Elezzjonijiet straordinarji tar-rappreżentanti tal-poplu ta' Ċipru fil-Parlament Ewropew għandhom isiru f'Ċipru kollu għall-bqija tat-terminu 2004 — 2009 jew xi terminu sussegwenti tal-Parlament Ewropew fil-ġurnata tal-Ħadd li tiġi wara t-tmiem tal-perjodu ta' erba' xhur wara l-adozzjoni mill-Kunsill, bi qbil ma' l-Artikolu 1 (2) tal-Protokoll Nru. 10 ta' l-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003, ta' l-ewwel deċiżjoni ta' l-irtirar tas-sospensjoni ta' l-applikazzjoni ta' l-acquis. |
(ċ) |
Il-mandat tal-membri tal-Parlament Ewropew eletti fl-elezzjonijiet imsemmija f'(b) għandu jibda mall-ftuħ ta' l-ewwel sessjoni tal-Parlament Ewropew wara l-elezzjonijiet imsemmija f'(b) u għandu jintemm mall-ftuħ ta' l-ewwel sessjoni tal-Parlament Ewropew wara l-elezzjoni li jkun imiss. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata ta' wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fil-Lussemburgu, nhar il-10 ta' Ġunju 2004.
Għall-Kunsill
Il-President
D. AHERN
(1) ĠU L 278, tat-8.10.1976, p. 1.
(2) ĠU L 283, tal-21.10.2002, p. 1.