EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0414

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' April 2004 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/779/KE f'dak li tirrigwardja l-kondizzjomnijiet tas-saħħa ta' l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja tal-karkassi ta' l-annimali li jkunu fi transitu jew temporanjament maħżuna fil-Komunità (notifikata permezz ta' dokument numru K(2003) 1561)Test b'rilevanza għall-ŻEE

ĠU L 151, 30.4.2004, p. 65–72 (DE, FR, PT)
ĠU L 151, 30.4.2004, p. 64–71 (IT, NL)
ĠU L 151, 30.4.2004, p. 66–73 (ES, EL, FI)
ĠU L 151, 30.4.2004, p. 62–69 (DA, EN)
ĠU L 151, 30.4.2004, p. 63–70 (SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32020R2235

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/414/oj

32004D0414



Official Journal L 151 , 30/04/2004 P. 0065 - 0072


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-28 ta' April 2004

li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/779/KE f'dak li tirrigwardja l-kondizzjomnijiet tas-saħħa ta' l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja tal-karkassi ta' l-annimali li jkunu fi transitu jew temporanjament maħżuna fil-Komunità

(notifikata permezz ta' dokument numru K(2003) 1561)

(Test b'rilevanza għall-ŻEE)

(2004/414/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti ta' oriġini mill-annimali għall-konsum uman [1], u partikolarment l-Artikolu 8(5) u l-Artikolu 9(2)(b) u (4)(c) tagħha,

Billi:

(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE [2] tistabbilixxi l-ħtiġiet tas-saħħa ta' l-annimali u tas-saħħa pubblika li jirregolaw il-kummerċ fi, u l-importazzjoni fil-Komunità ta' prodotti li mhumiex suġġetti għall-imsemmija għall-ħtiġiet stabbiliti fir-regoli speċifiċi tal-Komunità referuti fl-Anness A(I), tad-Direttiva 89/662/KEE u, rigward il-patoġeni, tad-Direttiva 90/425/KEE.

(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/779/KE [3] tistabbilixxi l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterenarja għall-importazzjoni tal-karkassi ta' l-annimali minn ċerti pajjiżi terzi.

(3) Id-Direttiva tal-Kumsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji tal-prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi [4] u ċerti dispożizzjonijiet għat-transitu li diġa hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 11 bħal ma huma l-messaġġi ANIMO u d-dokument veterinarju komuni tad-dħul.

(4) B'dana kollu, huwa meħtieġ sabiex tkun salvagwardjata s-sitwazzjoni dwar il-mard fil-Komunità li jkun aktar assigurat li l-konsenji tal-karkassi ta' l-annimali li jkunu fi transitu matul il-Komunità, ikun konformi mal-kondizzjonijiet ta' l-importazzjoni dwar is-saħħa ta' l-annimal li huma applikabbli għall-pajjiżi awtorizzati.

(5) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE [5] tħejji lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi, u tistabbilixxi l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali u tas-saħħa pubblika, u l-kondizzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjoni fil-Komunità ta' ċerti annimali ħajjin u tal-laħam frisk tagħhom, kienet reċentament ġiet emendata sabiex tinkludi kondizzjonijiet ġenerali tat-transitu u tagħti deroga għal transitu bejn ir-Russja b'referenza għall-postijiet speċifiċi tal-ispezzjoni fil-fruntiera li huma innomati għal dan l-iskop ta' l-aħħar.

(6) Fid-dawl ta' l-esperjenza, jidher li l-preżentazzjoni fil-post tal-ispezzjoni fuq il-fruntiera, bis-saħħa ta' l-Artikolu 7 tad-Direttiva 97/78/KE, tad-dokumenti veterinarji oriġinali stabbiliti fil-pajjiż terz ta' l-esportazzjoni sabiex iwettqu l-ħtiġiet regolatorji tal-pajjiż terz tad-destinazzjoni, ma humiex suffiċjenti ħalli jassiguraw li l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali meħtieġa għall-introduzzjoni mingħajr periklu fit-territorju tal-Komunità tal-prodotti ikkonċernati huma effettivament sodisfatti; huwa għalhekk xieraq li jkun stabbilit mudell speċifiku taċ-ċertifikat tas-saħħa ta' l-annimali li għandu jkun użat f'sitwazzjonijiet ta' transitu għall-prodotti ikkonċernati.

(7) B'dana kollu, kondizzjonijiet speċifiċi għal transitu via il-Komunità ta' konsenji lejn u mir-Russja għandhom ikunu previsti minħabba s-sitwazzjoni ġeografika ta' Kaliningrad u billi jkunu meqjusa l-problemi klimatiċi li jfixklu l-użu ta' uħud mill-portijiet f'ċerti żminijiet tas-sena.

(8) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/881/KE [6] tħejji lista tal-postijiet tal-ispezzjoni fil-fruntieri kif mifthiema dwar il-verifiki veterinarji fuq l-annimali u l-prodotti ta' l-annimali minn pajjiżi terzi u huwa xieraq li jkunu speċifikati l-postijiet tal-ispezzjoni fil-fruntiera innomati għall-kontroll ta' tali transitu billi tkun meqjusa din id-Deċiżjoni.

(9) Huwa f'waqqtu li jkun emendat iċ-ċertifikat tas-saħħa ta' l-annimali għall-importazzjoni tal-karkassi ta' l-annimali sabiex ikun jirrefletti l-format stabbilit fiċ-ċertifikati l-oħrajn.

(10) Id-Deċiżjoni 2003/779/KEE għandha għalhekk tkun emendata kif xieraq.

(11) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'din id-Deċiżjoni huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/779/EC hija emendata kif ġej:

1. L-Artikolu 1 huwa mibdul b'dan li ġej:

"L-Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni tal-karkassi ta' l-annimali li jkun ġejjin minn kwalunkwe pajjiż terz akkumpanjati b'ċertifikat tas-saħħa kif stabbilit fl-Anness I A, li għandu jkun jikkonsisti minn folja waħda u għandu jkun mimli f'mill-anqas waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li jwettaq il-kontroll ta' l-importazzjoni."

2. L-Artikolu 1a li ġej huwa miżjud:

"L-Artikolu 1a

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-konsenji tal-karkassi ta' l-annimali intiżi għall-konsum uman introdotti fit-territorju tal-Komunità u li huma destinati għal pajjiż terz jew bħala transitu immedjetament jew inkella wara ħażna skond l-Artikoli 12(4) jew 13 tad-Direttiva 97/78/KE, ma jkunux intiżi għall-importazzjoni ġewwa l-KE u għandhom ikunu konformi ma' dawn il-ħtiġiet li ġejjin:

(a) għandhom jilħqu l-kondizzjonijiet speċifiċi tas-saħħa kif elenkati fiċ-ċertifikat tas-saħħa ta' l-annimali kif imħejji fl-Anness I A;

(b) għandhom ikunu akkumpanjati b'ċertifikat tas-saħħa ta' l-annimali stabbilit bi qbil mal-mudell elenkat fl-Anness I B, iffirmat mill-veterinarju uffiċjali tas-servizzi veterinarji kompetenti tal-pajjiż terz ikkonċernat.

(ċ) ikunu ċertifikati bħala aċċettabbli għat-transitu u l-ħażna (kif applikabbli) fuq id-Dokument Veterinarju Komuni tad-Dħul mill-Veterinarju Uffiċjali tal-Post tal-Ispezzjoni fuq il-Fruntiera ta' l-introduzzjoni"

3. L-Artikolu lb li ġej huwa miżjud:

"L-Artikolu 1b

1. Bħala deroga mill-Artikolu 1a, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw it-transitu bit-triq jew bil-ferrovija matul il-Komunità, bejn il-postijiet tal-ispezzjoni fuq il-fruntiera tal-Komunità kif innominati, li huma elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni 2001/881/KE, tal-konsenji li jkunu ġejjin minn, u iddestinati lejn, ir-Russja, direttament jew via xi pajjiż terz ieħor, basta li l-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu mwettqa:

(a) il-konsenja għandha tkun issiġillata, b'siġill b'numru serjali, fil-post tad-dħul tal-ispezzjoni ta' fuq il-fruntiera tal-KE, mis-servizzi veterinarji ta' l-awtorità kompetenti;

(b) id-dokumenti li jakkumpanjaw il-konsenja u referuti fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 97/78/KE għandhom ikunu ittimbrati "BISS GĦAL TRANSITU LEJN IR-RUSSJA VIA IL-KE" fuq kull paġna, mill-veterinarju uffiċjali ta' l-awtorità kompetenti responsabbli għall-post ta' l-ispezzjoni ta' fuq il-fruntiera;

(ċ) iridu jkunu konformi mal-ħtiġiet proċedurali li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 97/78/KEE;

(d) il-konsenja għandha tkun ċertifikata bħala aċċettabbli għat-transitu fuq id-Dokument Veterinarju Komuni tad-Dħul mill-Veterinarju Uffiċjali tal-Post tal-Ispezzjoni fuq il-Fruntiera ta' l-introduzzjoni.

2. il-ħatt u l-ħażna, kif definiti fl-Artikolu 12(4) jew fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 97/78/KE, fit-territorju KE, ta' tali konsenji m'għandhux ikun imħolli.

3. awditjar regolari għandu jseħħ mill-awtorità kompetenti sabiex jassigura li n-numru ta' konsenji u l-kwantitajiet ta' prodotti li jħallu t-territorju tal-KE ikun jaqbel man-numru u l-kwantitajiet li jkunu daħlu."

4. L-Anness I huwa mibdul bl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Iċ-ċertifikat preċedenti mħejji skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/779/KE għall-importazzjoni tal-karkassi ta' l-annimali jista juk użat sa 6 xhur minn wara d-data stabbilita fil-paragrafu 1 ta' l-Artikolu 3, l-aktar tard.

Artikolu 3

1. Din id-Deċiżjoni għandha tkun applikabbli mill-1 ta' Mejju 2004.

2. L-Artikolu 1, il-Punt 2 ta' l-Anness I B għandu jkun japplika biss mill-1 ta' Jannar 2005.

Artikolu 4

Dan id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-28 ta' April 2004.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 18, tat-23.1.2003, p. 11.

[2] ĠU L 62, tal-15.3.1993, p. 49. Id-Direttiva kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 445/2004 (ĠU L 72, tal-11.3.2004, p. 60.).

[3] ĠU L 285, ta’ l-1.11.2003, p. 38.

[4] ĠU L 24, tat-30.1.1998, p. 9. Id-Direttiva kif l-aħħar emendat bl-Att ta’ l-Adeżjoni 2003.

[5] ĠU L 146, ta’ l-14.6.1979, p. 15. Id-Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/372/KE (ĠU L 118, tat-23.3.2004, p. 45).

[6] ĠU L 326, tal-11.12.2001, p. 44. Id-Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/273/KE (ĠU L 86, ta’ l-24.3.2004, p. 21).

--------------------------------------------------

L-ANNESS

"

L-ANNESS IA

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

""

L-ANNESS IB

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

"

--------------------------------------------------

Top