Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0186

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Frar 2004 li temenda ċerta Annessi tad-Deċiżjoni 96/510/KE għall-ħtiġijiet żootekniċi għall-importazzjoni ta’ semen, ova u embriji ta’ l-speċi ekwina (notifikata bid-dokument numru K (2004) 388)Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 57, 25.2.2004, p. 27–34 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 03/07/2020; Impliċitament imħassar minn 32020R0602

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/186/oj

32004D0186



Official Journal L 057 , 25/02/2004 P. 0027 - 0034


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-16 ta’ Frar 2004

li temenda ċerta Annessi tad-Deċiżjoni 96/510/KE għall-ħtiġijiet żootekniċi għall-importazzjoni ta’ semen, ova u embriji ta’ l-speċi ekwina

(notifikata bid-dokument numru K (2004) 388)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2004/186/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 94/28/KE tat-23 ta’ Ġunju 1994 li tistabbilixxi l-prinċipji relatati mal-kondizzjonijiet żootekniċi u ġenealogiċi applikabbli għall-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ annimali, is-semen, ova u embriji tagħhom, u temenda d-Direttiva 77/504/KEE dwar annimali tal-ifrat ta’ razza pura ta’ l-speċi bovini [1], u partikolarment it-tielet inċiż ta’ l-Artikolu 5, it-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 6 u t-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 7 tagħha,

Billi:

(1) Dettalji speċifiċi għandhom jidhru fuq ċertifikat żootekniċi sabiex jiġu stabbiliti l-oriġini u l-identifikazzjoni ta’ animal li minnu jkunu ġew is-semen, ova u embriji.

(2) Mudelli taċ-ċerifikati għall-kummerċ intra-Komunitarju fis-semen, ova u embriji ta’ l-ekwini huma stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/79/KE tat-12 ta’ Jannar 1996 li tistabbilixxi ċ-ċertifikati żootekniċi tas-semen, ova u embriji minn equidae rreġistrati [2].

(3) Mudelli taċ-ċerifikati għall-importazzjoni ta’ semen, ova u embriji ta’ l-ispeċi bovini, tal-ħnieżer, tan-nagħaġ u tal-mogħoż minn pajjiżi terzi huma stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/510/KE tat-18 ta’ Lulju 1996 li tistabbilixxi ċ-ċertifikati pedigree u żootekniċi għall-importazzjoni ta’ annimali tal-ifrat, is-semen, l-ova u l-embriji tagħhom [3].

(4) Fl-interess tal-konsistenza mar-regoli tal-Komunità, iċ-ċertifikati pedigree u żootekniċi stabbiliti fid-Deċiżjoni Nru 96/510/KE għandhom ikunu supplimentati b’dispożizzjonijiet għall-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ semen, ova u embriji ta’ l-ispeċi ekwina. Dawk id-dispożizzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq il-ħtiġijiet żootekniċi li japplikaw għall-kummerċ intra-komunitarju f’semen, ova u embriji ta’ dawk l-ispeċi.

(5) Għalhekk id-Deċiżjoni 96/510/KE għandha tkun emendata skond kif meħtieġ.

(6) Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar Żootekniċi,

ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi IV, V u VI tad-Deċiżjoni 96/510/KE huma emendati skond l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fis-16 ta’ Frar 2004.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 178, 12.07.94, p. 66.

[2] ĠU L 19, 25.01.96, p. 41.

[3] ĠU L 210, 20.08.96, p. 53.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

L-Annessi IV, V u VI tad- Deċiżjoni 96/510/KE huma mibdula b’dan li ġej:"

L-ANNESS IV

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

L-ANNESS V

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

L-ANNESS VI

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

"

--------------------------------------------------

Top