Pasirinkite eksperimentines funkcijas, kurias norite išbandyti

Šis dokumentas gautas iš interneto svetainės „EUR-Lex“

Dokumentas 32004D0111

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Jannar 2004 dwar l-implimentazzjoni ta’ stħarriġ għall-influwenza ta’ l-għasafar fit-tjur u għasafar selvaġġi fl-Istati Membri, li għandu jitwettaq matul l-2004 (notifikata bid-dokument numru K(2004) 134)

    ĠU L 32, 5.2.2004, p. 20—21 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
    Edizzjoni Speċjali bil-Litwan: Kapitolu 03 Volum 042 P. 288 - 289

    Edizzjoni(jiet) speċjali oħra (CS, ET, LV, HU, MT, PL, SK, SL)

    Dokumento teisinis statusas Galioja: Šis aktas pakeistas. Dabartinė konsoliduota redakcija: 27/08/2004

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/111(1)/oj

    32004D0111



    Official Journal L 032 , 05/02/2004 P. 0020 - 0021


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tad-29 ta’ Jannar 2004

    dwar l-implimentazzjoni ta’ stħarriġ għall-influwenza ta’ l-għasafar fit-tjur u għasafar selvaġġi fl-Istati Membri, li għandu jitwettaq matul l-2004

    (notifikata bid-dokument numru K(2004) 134)

    (2004/111/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-qasam veterinarju [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 20 tagħha,

    Billi:

    (1) Skond id-Direttiva tal-Kunsill 92/40/KEE tad-19 ta’ Mejju 1992 li tintroduċi miżuri tal-Komunità għall-kontroll ta’ l-influwenza ta’ l-għasafar [2] immonitorjar regolari ta’ qatgħat tat-tjur u għasafar selvaġġi sabiex tistma l-presenza possibbli ta’ mard f’dawn il-popolazzjonijiet mhux previst.

    (2) L-esperjenza wriet li ċerti xejriet tal-virus ta’ l-influwenza ta’ l-għasafar, li fil-present m’humiex koperti b’miżuri ta’ kontroll tad-Direttiva, għandhom l-abbiltà li jindiblu għal xejriet patoġeniċi ħafna wara li jkunu ċċirkolaw fil-popolazzjoni tat-tjur għal xi żmien.

    (3) Din is-sitwazzjoni x’aktarx li toħloq mortalità għolja fit-tjur u telf ekonomiku iebes għall-industrija tat-tjur, li jista’ jitnaqqas permezz ta’ l-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ skrinjar fl-Istati Membri biex jippermetti skoperta aktar kmieni u kontroll ta’ dawk it-tnedenzi prekursuri.

    (4) Il-Kumitat Xjentifiku dwar is-Saħħa ta’ l-Annimali u l-Welfare ta’ l-Annimali ħareġ opinjoni dwar id-definizzjoni ta’ l-influwenza ta’ l-għasafar u l-użu tat-tilqim kontra l-influwenza ta’ l-għasafar. F’dan ir-rapport kien rakkomandat li tinbidel id-definizzjoni għall-influwenza ta’l-għasafar sabiex tinkludi aktar tendenzi ta’ l-influwenza ta’ l-għasafar li għalihom huma adattati miżuri ta’ eradikazzjoni. B’żieda, l-stħarriġ għandu jitwettaq biex jistabilixxi il-prevalenza ta’ dawk it-tendenzi f’popolazzjonijiet differenti ta’ tjur. Dan għandu jippermetti stima tan-nefqa għall-miżuri modifikati tal-kontroll tal-marda.

    (5) F’Novembru 2001 il-Kummissjoni organizzat simposju dwar il-preparatezza tal-pandemiċi ta’ l-influwenza fil-bniedem. Kien enfasizzat li stħarriġ f’popolazzjonijiet varji ta’ Annimali għandu jitwettaq biex itejjeb l-aċċess għall-impatt żunotiku ta’ dawk l-infezzjonijiet.

    (6) Kemm l-aspett żunotiku u l-implikazzżjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali jsostnu l-ħtieġa ta’ stħarriġ għall-influwenza f’popolazzjonijiet ta’ l-annimali.

    (7) Fl-2002 u l-2003 l-Istati Membri kollha implimentaw stħarriġ għall-influwenza ta’ l-għasafar fit-tjur u l-parti ‘l kbira tal-pajjiżi wettqu wkoll skrinjar f’għasafar selvaġġi skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/649/KE [3].

    (8) Il-programmi ndividwali u l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità lejn kull wieħed minn dawn il-programmi kienet ġiet approvata bid-Deċiżjoni 2002/673/KE [4].

    (9) Matul dan l-istħarriġ il-presenza ta’ subtipi differenti ta’ viruses ta’ l-influwenza ta’ l-għasafar H5 u H7 ġiet skoperta fi tjur f’diversi Stati Membri. Għalkemm il-prevalenza kurrenti tal-viruses ta’ l-influwenza ta’l-għasafar tista’ titqies pjuttost baxxa, jista’ jiġi konkluż li huwa importanti li dawn is-sejbiet pożittivi jiġu segwiti u li titkompla s-sorveljanza fis-sena 2004 biex tiġi miftiehma aħjar l-epidemjoloġija tal-viruses ta’ l-influwenza ta’ l-għasafar.

    (10) L-Istati Membri għandhom jibgħatu l-programmi tagħhom għall-approvazzjoni mill-Kummissjoni sabiex dik l-għajnuna finanzjarja mill-Komunità tkun tista’tingħata.

    (11) L-Artikolu 32 ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2003 jipprovdi li l-Istati Membri l-ġodda għandhom jirċievu l-istess trattament ta’ l-Istati Membri fir-rigward tan-nefqa taħt il-fondi veterinarji.

    (12) Madankollu, ma tista’ ssir ebda rabta finanzjarja għal xi programm qabel l-adeżjoni qabel ma tkun seħħet l-adeżjoni konċernata ta’ l-Istati Membri. B’żieda, l-immonitorjar ta’ ċertu mard fl-Istati Membri ta’ adeżjoni jista’ wkoll jiġi ko-finanzjat minn strumenti oħra tal-Komunità.

    (13) Il-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    L-Artikolu 1

    L-Istati Membri għandhom jibgħat għall-approvazzjoni lill-Kummissjoni sal-15 ta’ Marzu 2004 il-pjani għall-implimentazzjoni ta’ l-istħarriġ għall-influwenza ta’l-għasafar fit-tjur u l-għasafar selvaġġi.

    L-Artikolu 2

    Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità’s lejn il-miżuri msemmija fl-Artikolu 1 għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tan-nefqa magħmula fl-Istati Membri għall-ikkampjonar u l-analiżi tal-kampjuni sa massimu ta’ Ewro 600000 għat-total ta’ l-Istati Membri kollha.

    L-Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussel, fid-29 ta’ Jannar 2004.

    Għall-Kummissjoni

    David Byrne

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 19. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 1.).

    [2] ĠU L 167, 22.06.92, p. 1.

    [3] ĠU L 213, 09.08.02, p. 38.

    [4] ĠU L 228, ta’ l-24.8.2002, p. 27. Deċiżjoni kif l-aħġħar emendata bid-Deċiżjoni 2003/21/KE (ĠU L 8, ta’ l-14.1.2003, p. 37).

    --------------------------------------------------

    Į viršų