Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0109

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Jannar 2004 li temenda d-Deċiżjoni 95/328/KE li tistabbilixxi ċertifikati tas-saħħa għall-prodotti mis-sajd minn pajjiżi terzi li għadhom m’humiex koperti b’deċiżjoni speċifika (notifikata bid-dokument numru K(2004) 129)Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 32, 5.2.2004, p. 17–17 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2005

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/109(1)/oj

    32004D0109



    Official Journal L 032 , 05/02/2004 P. 0017 - 0017


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tad-29 ta’ Jannar 2004

    li temenda d-Deċiżjoni 95/328/KE li tistabbilixxi ċertifikati tas-saħħa għall-prodotti mis-sajd minn pajjiżi terzi li għadhom m’humiex koperti b’deċiżjoni speċifika

    (notifikata bid-dokument numru K(2004) 129)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2004/109/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE tat-22 ta’ Lulju 1991 li tniżżel il-kondizzjonijiet tas-saħħa għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti mis-sajd [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 11 tagħha,

    Billi:

    (1) D-Deċiżjoni tal-Kummisjoni 95/328/KE tal-25 ta’ Lulju 1995 tistabbilixxi ċertifikazzjoni tas-saħħa għall-prodotti mis-sajd minn pajjiżi terzi li għadhom mhux koperti b’deċiżjoni speċifika [2] hija valida sal-31 ta’ Diċembru 2003.

    (2) D-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/296/EC [3] tistabbilixxi il-lista ta’ pajjiżi terzi li minhom hija awtorizzata l-importazzjoni ta’ prodotti mis-sajd għall-konsum mill-bniedem. It-Taqsima II ta’ dik il-lista fiha l-pajjiżi terzi li għandhom mhux koperti b’deċiżjoni speċifika iżda li jissodisfaw il-ħtiġiet ta’ l-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/408/KE [4]. Skond id-Deċiżjoni 95/408/KE il-lista hija valida sal-31 ta’ Diċembru 2005.

    (3) Id-data tal-validità tad-Deċiżjoni 95/328/KE għandha tkun taqbel mad-data tal-validità tal-lista provviżorja stabbilita bid-Deċiżjoni 97/296/KE.

    (4) Id-Deċiżjoni 95/328/KE għandha għalhekk tiġi hekk emendata.

    (5) Il-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    L-Artikolu 1

    Fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 95/328/KE, "sal-31 ta’ Diċembru 2003" hija sostitwita bi "sal-31 ta’ Diċembru 2005".

    L-Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussel, fid-29 ta’ Jannar 2004.

    Għall-Kummissjoni

    David Byrne

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 15. Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 1).

    [2] ĠU L 191, tat-12.8.1995, p. 32. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2001/67/KE (ĠU L 22, ta’ l-24.1.2001, p. 41).

    [3] ĠU L 122, ta’ l-14.5.1997, p. 21. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2004/36/KE (ĠU L 8, ta’ l-14.1.2004, p. 8).

    [4] ĠU L 243, tal-11.10.1995, p. 17. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2003/912/KE (ĠU L 345, tal-31.12.2003, p. 112).

    --------------------------------------------------

    Top