This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32003R1761
Commission Regulation (EC) No 1761/2003 of 7 October 2003 derogating from Regulation (EC) No 2461/1999 for the 2003/04 marketing year as regards the use of land set aside in certain Member States
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1761/2003 tas-7 ta' Ottubru 2003 li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 2461/1999 għas-sena tas-suq 2003/04 fir-rigward ta' l-użu ta' art imwarrba f'ċerti Stati Membri
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1761/2003 tas-7 ta' Ottubru 2003 li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 2461/1999 għas-sena tas-suq 2003/04 fir-rigward ta' l-użu ta' art imwarrba f'ċerti Stati Membri
ĠU L 254, 8.10.2003, p. 3–3
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2004
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Derogation | 31999R2461 | deroga parzjali | artikolu 7.2 | 30/06/2004 |
Official Journal L 254 , 08/10/2003 P. 0003 - 0003
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1761/2003 tas-7 ta' Ottubru 2003 li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 2461/1999 għas-sena tas-suq 2003/04 fir-rigward ta' l-użu ta' art imwarrba f'ċerti Stati Membri IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1251/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 li jistabbilixxi sistema ta' sostenn għall-produtturi ta' ċerti wċuħ tar-raba' [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1038/2001 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu, Billi: (1) It-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2461/1999 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 345/2002 [4], jipprovdi li fejn l-art koperat b'kuntratti titnaqqas bħala riżultat ta' l-emendi tagħhom jew fejn dawk il-kuntratti jiġu tterminati, sabiex jinżammu d-drittijiet tagħhom għall-ħlas, l-applikanti huma meħtieġa li għal darba oħra jwarrbu l-art in kwistjoni u jżommu lura milli jbiegħu, jittrasferixxu jew jużaw materja prima mkabbra mill-art maqtugħa barra mill-kuntratti. Taħt is-sitt subparagrafu ta' l-Artikolu 3(4) ta' dak ir-Regolament, dik id-disposizzjoni tapplika mutatis mutandis fejn il-kuntratt jiġi ssostitwit b'dikjarazzjoni. (2) Bħala riżultat tan-nixfa kbira li effettwat ċerti reġjuni tal-Komunità għal xi xhur, il-Kummissjoni adottat ir-Regolamenti (KE) Nru 1360/2003 [5] u (KE) Nru 1408/2003 [6] li jawtorizza eċċezzjonalment lill-bdiewa li jużaw l-art dikjarata bħala mwarrba fir-reġjuni affettwati għall-għalf ta' l-annimali matul is-sena tas-suq 2003/04. (3) Minħabba d-diffikultajiet kontinwi biex jinkiseb għalf għall-annimali fir-reġjuni affettwati bin-nixfa, deroga għandha tiġi pprovduta wkoll biex tippermetti l-użu tal-materja prima mkabbra fuq l-art dikjarata bħala mwarrba taħt ir-Regolament (KE) Nru 2461/1999. Billi dik id-deroga tikkumplimenta d-deroga li hemm provvidiment dwarha fir-Regolament (KE) Nru 1408/2003, din għandha tgħodd mill-istess data. (4) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għaċ-Ċereali, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. B'deroga mill-punt (b) tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 2461/1999, applikanti rikonoxxuti bħala affettwati minn-nixfa taħt ir-Regolamenti (KE) Nru 1360/2003 u (KE) Nru 1408/2003, li ġew awtorizzati mill-awtorità kompetenti biex jemendaw jew itemmu l-kuntratt tagħhom jew id-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KE) Nru 2461/1999 jistgħu jużaw il-materja prima maħsuda fuq l-art konċernata għall-għalf ta' l-annimali matul is-sena tas-suq 2003/04. 2. L-Istati Membri konċernati għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jassiguraw li l-materja prima msemmija fil-paragrafu 1 ma tintużax għall-finijiet ta' qligħ. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Għandu jgħodd mit-18 ta' Lulju 2003. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-7 ta' Ottubru 2003. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 160, tas-26.6.1999, pġ. 1. [2] ĠU L 145, tal-31.5.2001, pġ. 16. [3] ĠU L 299, ta’ l-20.11.1999, pġ. 16. [4] ĠU L 55, tas-26.2.2002, pġ. 10. [5] ĠU L 194, ta’ l-1.8.2003, pġ. 35. [6] ĠU L 201, tat-8.8.2003, pġ. 5. --------------------------------------------------