Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R1386

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1386/2003 ta' l-1 ta' Awissu 2003 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

ĠU L 196, 2.8.2003, p. 19–21 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1386/oj

32003R1386



Official Journal L 196 , 02/08/2003 P. 0019 - 0021


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1386/2003

ta' l-1 ta' Awissu 2003

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkonsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar it-tariffa u n-nomenklatura statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1 [1], kif l-aħħar emendata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 2176/2002 [2], u partikolarment mill-Artikolu 9(1) tiegħu,

Billi:

(1) Sabiex tiġi assigurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri dwar il-klassifikazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament.

(2) Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura li hi għal kollox jew sa ċertu punt ibbażata fuqu jew li żżid xi suddiviżżjoni u li hi stabbilita minn provedimenti speċifiċi tal-Komunità, bl-iskopp għall-applikazzjoni ta' tariffa u miżuri oħra li għandhom x'jaqsmu ma' kummerċ.

(3) Skond dawk ir-regoli ġenerali, il-oġġetti deskritta f'kolonna 1 tal-lista f'l-Anness ta' dan ir-Regolament għanda tiġi klassifikata skond il-kodiċi NM indikati f'kolonna 2, minħabba r-raġunijiet dikjarati f'kolonna 3.

(4) Huwa xieraq li tiġi pprovduta li dik l-informazzjoni ta' tariffi vinkolanti li harġet mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni tal-oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda imma li mhijiex skond dan ir-Regolament tista', għal perjodu ta' tlett xhur, tkompli tiġi invokata mid-detentur, skond l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità [3], kif kienet emendata l-aħħar mir-Regolament (KEE) Nru 2700/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [4].

(5) Il-miżuri provvduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-oġġetti deskritta f'kolonna 1 tal-lista fl-Anness trid tiġi klassifikata fin-Nomenklatura Magħquda skond il-kodiċi NM korrispondenti indikati f'kolonna 2 tal-lista.

Artikolu 2

Informazzjoni dwar it-tariffi vinkolanti maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' L-Istati Membri, li mhux skond id-disposizzjonijiet tar-Regolament, tista' tibqa tiġi nvokata għal perjodu ta' tlett xhur taħt l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament se jibda japplika mill-għoxrin ġurnata wara li jiġi pubblikat fil-Ġurnal Uffiċċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament se jorbot bi sħiħ u se japplika direttament għall-Istati Membri kollha.

Magħmul f'Brussel, fl-1 ta' Awissu 2003.

Għall-Kummissjoni

Frederik Bolkestein

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

[2] ĠU L 331, tas-7.12.2002, p. 3.

[3] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.

[4] ĠU L 311, tat-12.12.2000, p. 17.

--------------------------------------------------

ANNESS

Deskrizzjoni tal-oġġetti | Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) | Raġunijiet |

(1) | (2) | (3) |

1.Duplikatur stensil diġitali b'skener għad-diġitazzjoni u magna elettronika ghall-ipprocessar ta' testi u stampi li jridu jiġu riprodotti. L-apparat juża stensil (oriġinali) li jikkonsisti minn film magħmul minn fibra veġetali b'kisja tal-plastika biex tikkopja d-data bl-użu ta' punt termali. Il-kopja ta' l-istensil tiġi ittraspurtata għal fuq tanbur ta' l-istampar u ffissata hemmhekk. Il-karti għall-istampar jiġu pressati fuq id-tanbur b'ċilindru tal-pressa.L-apparat għandu sistema ta' stampar b' veloċità multipla (60, 80, 100 u 120 kopji fil-minuta). Huwa armat b' bord tal-kontrol li fiha skrin tal-kristalli likwidi, sorteġġatur awtomatiku, trejs tal-karti u trejs biex jircievu l-karti li ghandhom partijiet apposta biex iżżommu l-karti f'posthom. Il-magna taħdem indipendentement imma tista' tiġi kollegata ma' magna awtomatika li tipproċessa d-data | 84721000 | Il-klassifikazzjoni hija determinata mill-provedimenti tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u bil-kliem użat f'kodiċi NM 8472 u 84721000. Il-prodott huwa duplikatur stensil li jista' jaħdem waħdu. Għaldaqstant, il-klassifikazzjoni taħt l-intestaturi 8443, 8471 u 9009 hija eskluża. Ara wkoll in-noti ta' spjegazzjoni HR għall-intestatura 8472. |

2.Kitt għall-ezerċizzji tal-muskoli ppreżentat f'kontenitur tal-plastik, li jikkonsisti minn unit elettroniku bil-kejbils li jaħdem bill-batterija, tmien elettrodi u żewġ ċingi tal-lasktu li jistgħu jiġu aġġustati.L-elettrodi huma miżmuma f'posthom fuq il-ġisem tal-bniedem biċ-ċinġi u huma kollegati bil-kejbils ma' l-unit elettroniku. Stimuli ta'l-elettriku jiġu transmessi minn ġewwa l-elettrodi biex jistimulaw kontrazzjonijiet tal-muskoli ripetitivi. Il-qawwa tal-impulsi tista' tiġi miżjuda jew mnaqqsa. | 85438995 | Il-Klassifikazzjoni hija determinata mill-provedimenti tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u bil-kliem użat f'kodiċi NM 8543, 854389 u 85438995. Il-kitt mhux inkluż fl-intestatura 9018 għaliex mhuwiex intenzjonat biex jintuża bħala strument jew apparat fix-xjenza medika. Il-kitt mhux inkluż fl-intestatura 9019 minħabba li mhux użat biex jittratta mard tal-muskoli jew bħala apparatt għall-messaġġi. Il-kitt mhux inkluż taħt intestatura 9506 għaliex mhux intenzjonat għall-eżerċizju fiżiku. |

3.Vettura ġdida li għanda sezzjoni jew aktar konessi b'ġog flessibli ddiżinjata għall-użu lilhinn mit-triq, għat-trasport tal-injam fuq art mħarbta u fuq passaġġi fil-foresti.Għanda piż gross ta' 19.7 tunnellata u tesgħa 8.5 tunnellati. Il-vettura tikkonsisti minn: unit għall-irmunkar b'erba' roti b'magna diżil, kabina għas-sewwieq, u krejn idrawliku ikkolegat permanentament għal-immaniġġjar tat-tagħbija.unit għat-tagħbija b'erba' roti għat-trasport taz-zkuk prinċipali tas-siġar, ikkolegat permanentament b'ganċ speċjali mal-unit għall-irmunkar.(Ara illustrazzjoni A) | 87042291 | Il-Klassifikazzjoni hija determinata mill-provedimenti tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u bil-kliem użat f'kodiċi NM 8704, 870422 u 87042291. Il-vettura hija diżinjata essenzjalment għat-trasport ta' oġġetti u mhux biex tinbotta jew tirmonka vetturi oħra, strumenti jew tagħbija. Għalhekk ma tissodisfax il-htiġijiet ta' nota 2 ta Kapitlu 87. Barra minn dan, ma tistax tiġi meqjusa bħala vettura għal skop partikolari li jidher taħt intestatura 8705. |

4.Vettura ġdida b'erba' roti, b'magna bil-pistuni tal-kombustjoni li għandha cilindru li jesgha 286 ċentimetri kubi, piż gross approssimativ ta' 620 kilogrammi u dimensjonijiet approssimattivi ta' 263 ċentimetri (tul) x 122 ċentimetri (wisa') x 122 ċentimetri (għoli). Il-vettura tiflah approssimattivament 364 kilogrammi. Id-dimensjonijiet ta' l-spazzju miftuħ għat-tagħbija huma 96 ċentimetri x 115 ċentimetri.. Għandha veloċità massima ta' 24.1 kilometri fis-siegħa.Il-vettura għandha kabina miftuħa u sit għal tnejn min-nies (inkluż is-sewwieq). Għandha kaxxa tat-tagħbija li tista' titmejjel b'bieba ta' wara li tinzel l-isfel. (Ara ritratt B) | 87043191 | Il-klassifikazzjoni hija determinata mill-provedimenti tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u bil-kliem użat f'kodiċi NM 8704, 870431 u 87043191. Il-vettura hija diżenjata essenzjalment għat-trasport ta' oġġetti u mhux biex tirmonka jew tinbotta vetturi oħra, strumenti jew tagħbija. Għaldaqstant, ma tissodisfax il-kondizzjonijiet meħtieġa f'nota 2 ta' Kapitlu 87. Barra dan, il-vettura mhux prinċipalment magħmula għat-trasport tan-nies (intestatura 8703), lanqas bħala trak għat-trasport ta' oġġetti għal distanzi qosra (intestatura 8709). |

5.Vettura b'erba' roti, li taħdem b'mutur elettriku li jaħdem bil-batteriji (48 volt), ta' piż gross ta' approssimattivament 620 kilogrammi u dimensjonijiet approssimattivi ta' 263 ċentimetri (tul) x 122 ċentimetri (wisa') x 122 ċentimetri (għoli). Il-vettura tiflaħ approssimattivament 364 kilogrammi. Id-dimensjonijiet taż-żona miftuħa għat-tagħbija huma 96 ċentimetri x 115 ċentimetri. Għandha veloċità massima ta' 24.1 kilometri fis-siegħa.Il-vettura għandha kabina miftuħa u s-sit għal tnejn min-nies (inkluż is-sewwieq). Għandha kaxxa għat-tagħbija tal-oġġetti li tista' titmejjel bil-bieba ta' wara li tinżel l-isfel. (Ara ritratt B) | 87049000 | Il-klassifikazzjoni hija determinata mill-provedimenti tar-regoli ġenerali u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u bil-kliem użati f'kodiċi NM 8704 u 87049000. Il-vettura hija diżenjata essenzjalment għat-trasport ta' oġġetti u mhux biex tirmonka jew tinbotta vetturi oħra, strumenti jew tagħbija. Għaldaqstant, ma tissodisfax il-kondizzjonijiet meħtieġa f'nota 2 ta' Kapitlu 87. Barra dan, il-vettura mhux prinċipalment magħmula għat-trasport ta' nies (intestatura 8703), lanqas bħala trak għat-trasport ta' oġġetti għal distanzi qosra (intestatura 8709). |

6.Sett ta' oġġetti tal-kċina ta' daqs ridott li jikkonsistu f'żewġ mgħaref (17 ċentimetri twal), spatula (17 ċentimetri twila), żewġ sassli (8 u 11 ċentimetri twal rispettivament), magħmulin mill-injam u ppakkjati f'borża tal-plastik. | 95037000 | Il-klassifikazzjoni hija determinata mill-provedimenti tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u bil-kliem użati f'kodiċi NM 9503 u 95037000. Is-set mhux inkluż f'Kapitlu 44 skond nota 1 (p) ta' dan il-kapitlu. |

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

Top