Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R0998

    Ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar il-ħtiġiet rigward is-saħħa ta’ l-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali tal-pets u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE

    ĠU L 146, 13.6.2003, p. 1–9 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 28/12/2014; Imħassar b' 32013R0576 Art. 43 Ara 32013R0577

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/998/oj

    32003R0998



    Official Journal L 146 , 13/06/2003 P. 0001 - 0009


    Ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    tas-26 ta’ Mejju 2003

    dwar il-ħtiġiet rigward is-saħħa ta’ l-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali tal-pets u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunit Ewopea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 u l-Artikolu 152(4)(b) tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1].

    Wara li kkunidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2]

    Wara konsultazzjoni mal-Kumitat tar-Reġjuni,

    Huma u jaġixxu skond ilproċedura stabbilita l-Artikolu 251 tat-Trattat [3], fid-dawl tat-test konġunt approvat mill-Kumitat tar-Rikonċiljazzjoni fit-18 ta’ Frar 2003

    Billi:

    (1) Hija meħtieġa l-armonizzazzjoni tal-ħtiġiet tas-saħħa ta’ l-annimali applikabbli għall-moviment mhux kummerċjali tal-pets bejn l-Istati Membri u minn pajjiżi terzi u l-miżuri adottati fil-livell Komunitarju biss jistgħu jgħinu li jinkiseb dan il-għan.

    (2) Dan ir-Regolament jirrigwarda l-moviment ta’ l-annimali ħajjin koperti bl-Anness I ta’ mat-Trattat. Uħud mid-dispożizzjonijiet tiegħu, b’mod partikolari li jirrigwardaw ir-rabbja, għandhom bħala l-għan dirett tagħhom il-protezzjoni tas-saħħa pubblika, filwaqt li oħrajn jirrigwardaw biss is-saħħa ta’ l-annimali. L-Artikolu 37 u l-Artikolu 152(4)(b) tat-Trattat huma għalhekk il-bażi approprjat.

    (3) Għal dawn l-aħħar 10 snin is-sitwazzjoni tar-rabbja ttejbet b’mod spettakolari matul il-Komunit kollha wara l-implimentazzjoni tal-programmi għat-tilqim mill-fomm tal-volpijiet fir-reġjuni affettwati bl-epidemja tar-rabbja silvatika illi nfirxet fl-Ewropa tal-grigal sa mis-snin ta’ l-1960.

    (4) Dan it-titjib wassal lir-Renju Unit u lill-Isvezja li jabbandunaw is-sistema tal-kwarantina ta’ sitt xhur li huma ilhom japplikaw għal għexieren ta’ snin, favur sistema alternattiva inqas restrittiva li tipprovdi ammont ekwivalenti ta’ sigurt. Għandha għalhekk issir dispożizzjoni fil-livell Komunitarju sabiex tiġi applikata sistema għall-moviment ta’ l-animali tal-gost għal dawn l-Istati Membri għal perjodu transitorju taż-żmien ta’ ħames snin u għall-Kummissjoni, fid-dawl ta’ l-esperjenza miksuba u opinjoni xjentifika mill-Awrorit Ewropea tas-Sigurt fl-Ikel, li tippreżenta rapport fi-żmien f’waqtu bi proposti approprjati. Għandha wkoll issir dispożizzjoni għal proċedura mħaffa sabiex tiġi deċiża estensjoni temporanja tar-regim transitorju msemmi hawn fuq, b’mod partikolari jekk l-istima xjentifika ta’ l-esperjenza miksuba jkollha tagħmel meħtieġ perjodi itwal taż-żmien minn dawk stabbiliti korrentement.

    (5) Il-każijiet tar-rabbja osservati fil-karnivori tal-gost fil-Komunit issa jaffettwaw b’mod ewlieni l-annimali li joriġinaw f’pajjiżi terzi fejn huwa endemiku t-tip urban tar-rabbja. Għandhom għalhekk ikunu iktar strinġenti l-ħtiġiet tas-saħħa ta’ l-annimali ġeneralment applikati sa issa mill-Istati Membri għall-karnivori tal-gost imdaħħla minn dawn il-pajjiżi terzi.

    (6) Madankollu għandhom jiġu kkunsidrati derogi rigward il-moviment minn pajjiżi terzi li, mil-lat tas-saħħa ta’ l-annimali, jappartjienu għall-istess reġjun ġeografiku bħlma hi l-Komunit.

    (7) L-Artikolu 299(6)(ċ) tat-Trattat u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 706/73 tat-12 ta’ Marzu 1973 li jirrigwarda l-arranġamentri Komunitarji li japplikaw għaċ-Channel Islands u għall-Isle of Man dwar il-kummerċ fil-prodotti agrikoli [4] jipprovdu illi l-leġislazzjoni veterinarja Komunitarja tapplika għaċ-Channel Islands u għall-Isle of Man, li, għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, iridu għalhekk jiġu kkunsidrati bħala parti mir-Renju Unit.

    (8) Għandu jiġi stabbilit ukoll qafas legali għall-ħtiġet tas-saħħa ta’ l-annimali li japplika għall-moviment mhux kummerċjali ta’ l-ispeċji ta’ l-annimali mhux affettwati mir-rabbja jew ta’ ebda sinifikat epidemjoloġiku rigward ir-rabbja u rigward il-mard l-ieħor li jaffettwa l-ispeċji ta’ l-annimali elenkati fl-Anness I.

    (9) Huwa approprjat illi dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għar-Regolamnt tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 tad-9 ta’ Diċembru 1996 dwar il-protezzjoni ta’ l-ispeċji tal-fawna u tal-flora billi jiġi rregolat il-kummerċ fihom [5].

    (10) Il-miżuri meħtieġa sabiex jiġi implimentat dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għalbiex jiġu eżerċitati l-poteri ta’ implimentazzjoni kkonferiti fuq il-Kummissjoni [6].

    (11) Il-ħtiġet Komunitarji eżistenti dwar is-saħħa ta’ l-annimali u b’mod iktar speċifiku d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabilixxi l-ħtiġiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ fi, u l-importazjoni fil-Komunit tas-semen, il-bajd u l-embrijoni ta’ l-annimali mhux soġġetti għall-ħtiġiet tas-saħħa ta’ l-annimali stabbiliti f’regoli speċifiċi Komunitarji riferiti fl-Anness A(I) mad-Direttiva 90/425/KEE [7], japplikaw biss b’mod ġenerali għall-kummerċ. Sabiex jiġi evitat illi l-movimenti ta’ l-annimali jiġu ttravestiti b’mod frawdolenti bħala movimenti tal-pets mhux kummerċjali fit-tifsira ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu eżaminati mill-ġdid bil-ħsieb tat-tiswija tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 92/65/KEE dwar il-moviment ta’ l-annimali ta’ l-ispeċji speċifikati fil-partijiet A u B ta’ l-Anness I, bil-għan li tiġi żġurata l-uniformit tagħhom mar-regoli ddikjarata f’dan ir-Regolament. Bl-istess mira, għandha ssir dispożizzjoni għall-possibbilt li jiġi speċifikat numru massimu ta’ annimali li jistgħu jkunu bla ħsara għall-moviment fit-tifsira ta’ dan ir-Regolament li ‘l fuq minnu jridu jappklikaw ir-regoli li jirrigwardaw il-kummerċ.

    (12) Il-miżuri pprovvduti f’dan ir-Regolament huma ddisinjati għalbiex jiżguraw livell suffiċjenti ta’ sigurt fir-rigward ta’ dawn ir-riskji għas-saħħa involuti. Dawn ma jikkostitwixxux ostakoli mhux iġġustifikati għall-moviment li jidħol fil-kamp ta’ l-applikazzjoni tiegħu, ġaladarba jkunu msejsa fuq il-konklużjonijiet tal-gruppi ta’ l-esperti kkonsultati dwar il-materja u b’mod partikolari fuq rapport mill-Kumitat Xjentifiku Veterinarju ppubblikat fis-16 ta’ Settembru 1997,

    ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

    Il-KAPITOLU I Dispożizzjonijiet Ġenerali

    Artikolu 1

    Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-ħtiġiet tas-saħħa ta’ l-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali tal-pets u r-regoli li japplikaw għall-kontrolli fuq dan il-moviment.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regokament japplika għall-moviment bejn l-Istati Membri jew minn pajjiżi terzi ta’ annimali tal-gost elenkati fl-Anness I.

    Għandu japplika mingħajr preġudizzju għar-Reglament (KE) Nru 338/97.

    Id-dispożizzjonijiet imsejsa fuq kondizzjonijiet oħra għajr dawk li għandhom x’jaqsmu mal-ħtiġiet tas-saħħa ta’ l-annimali, u maħsuba għalbiex jirrestrinġu l-movimnt ta’ ċerti speċji jew razez tal-pets, ma għandhomx jiġu affettwati b’dan ir-Regolament.

    Artikolu 3

    Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament:

    (a) "annimali tal-gost" tfisser l-annimali ta’ l-ispeċji elenkati fl-Anness I li jkunu jakkumpanjaw lis-sidien tagħhom jew persuna naturali responsabbli minn dawn l-annimali f’isem is-sid matul il-moviment tagħhom u ma jkunux maħsuba li jinbigħu jew li jiġu ttrasferiti għal għand sid ieħor;

    (b) "passaport" ifisser kull dokument li jgħin lill-annimal tal-gost li jkun identifikat biċ-ċar u jinkludi l-punti li jgħinu li jiġi ċċekkjat l-istatus tiegħu rigward dan ir-Regolament, li jrid jitfassal skond it-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 17;

    (ċ) "moviment" ifisser kull moviment ta’ annimal tal-gost bejn l-Istati Membri jew id-dħul tiegħu jew id-dħul mill-ġdid fit-territorju tal-Komunità minn pajjiż terz.

    Artikolu 4

    1. Matul perjodu transitorju taż-żmien ta’ tmien snin l li jibda mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, l-annimali ta’ l-ispeċji elenkati fil-partijiet A u B ta’ l-Anness I għandhom jiġu meqjusa identifikati meta jġorru:

    (a) jew tatwaġġ li jista’ jinqara biċ-ċar; jew

    (b) sistema elettronika ta’ l-idenitifikazzjoni (transponder).

    Fil-każ riferit fil-punt (b) tas-subparagrafu preċedenti, meta t-transponder ma jikkonformax ma’ l-Istandard ta’ l-ISO 11784 jew ma’ l-Anness A rigward l-Istandard ta’ l-ISO 11785, is-sid jew il-persuna naturali responsabbli mill-annimal tal-gost f’isem is-sid iridu jipprovdu l-mezzi meħtieġa sabiex jinqara t-transponder mal-waqt ta’ kull spezzjon.

    2. Tieħu liema għamla tieħu s-sistema ta’ l-identifikazzjoni ta’ l-annimal, għndha ssir dispożizzjoni wkoll sabiex tindika d-dettalji li jidentifikaw l-isem u l-indirizz ta’ sid l-annimal.

    3. L-Istati Membri li jeħieġu li l-annimali li jidħlu fit-territorju tagħhom, minflok fil-kwarantina, ikunu identifikati skond il-punt (b) ta’ l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu1 jistgħu jissoktaw jagħmlu dan matul il-perjodu transitorju taż-żmien.

    4. Wara l-perjodu transitorju taż-żmien, il-metodu riferit fil-punt (b) ta’ l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 biss għandu jiġi aċċettat bħala l-mezz li jidentifika annimal.

    Il-KAPITOLU II Id-dispożizzjonijiet li japplikaw għall-moviment bejn l-Istati Membri

    Artikolu 5

    1. Meta jkunu qegħdin jiġu mċaqalqa ninn post għall-ieħor, l-annimali tal-gost ta’ l-ispeċji elenkati fil-partijiet A u B ta l-Anness I iridu, mingħajr preġudizzju għall-ħtiġiet stabbiliti fl-Artikolu 6:

    (a) jiġu identifikati skond l-Artikolu 4, u

    (b) ikunu akkumpanjati minn passaport maħruġ minn veterinaju awtorizzat mill-awtorità kompetenti li jiċċertifika t-tilqim validu ta’ kontra r-rabbja, jew it-tilqim mill-ġdid, jekk japplika, skond ir-rakkommandazzjonijiet tal-laboratorju tal-fabbrikazzjoni, imwettqa fuq l-animal fil-kwistjoni b’tilqima inattivata ta’ mill-inqas unità antiġenika waħda f’kull doża (l-istandard tal-WHO)

    2. L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw il-moviment ta’ l-annimali elenkati fil-partijiet A u B ta’ l-Anness I li jkunu ta’ tliet xhur għomor u mhux imlaqqma, jekk ikunu akkumpanjati minn passaport u jkunu għexu fil-post fejn twieldu mit-twelid tagħhom mingħajr kuntatt ta’ l-annimali selvaġġi li x’aktarx ikunu ġew esposti għall-infezzjoni jew ikunu akkumpanjati minn ommhom li fuqha jkunu għadhom dipendenti.

    Artikolu 6

    1. Għal perjodu transitorju taż-żmien li jibda mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, id-dħul tal-pets elenkati fil-parti A ta’ l-Anness I ġewwa t-territorju ta’ l-Irlanda, l-Isvezja u r-Renju Unit għandu jkun bla ħsara għall-ħtiġiet li ġejjin:

    - iridu jiġu indentifikati skond il-punt (b) ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 4(1), għajr jekk l-Istat Membru tad-destinazzjoni jagħraf ukoll l-identifikazzjoni skond il-punt (a) ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 4(1), u

    - iridu jkunu akkumpanjati b’passaport maħruġ minn veterinarju awtorizzat mill-awtorità kompetenti li jiċċertifika, b’żieda mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(b), titrazzjoni ta’ antikorp newtralizzati mill-inqas ekwivalenti għal 0,5 IU/ml imwettqa f’laboratorju approvat fuq kampjun ġewwa l-perjodi taż-żmien stabbiliti fir-regoli nazzjonali fis-seħħ fid-data speċifikata fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 25.

    Din it-titrazzjoni ta’ l-antikorp ma teħtieġx li tiġi mtennija fuq annimal li, wara din it-titrazzjoni, ikun ġie mlaqqam mill-ġdid b’mod regolari fl-intervalli taż-żmien stabbiliti fl-Artikolu 5(1) mingħajr waqfa fil-protokoll tat-tilqim meħtieġa mil-laboratorju tal-fabbrikazzjoni.

    L-Istat Membru tad-destinazzjoni jista’ jeżenta l-annimali tal-gost huma u jimxu bejn dawn it-tliet Stati Membri mill-ħtiġiet tat-tilqim u t-titrazzjoni ta’ l-antikorp ipprovvduti fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, skond ir-regoli nazzjonali fis-seħħ fid-data speċifikata fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 25.

    2. Għajr meta l-awtorità kompetenti tikkonċedi deroga f’każijiet speċifiċi, il-wasliet taħt il-għomor ta’ tliet xhur ta’ l-ispeċji elenkati fil-parti A ta’ l-Anness I ma jistgħux jiġu mċaqalqa minn post għall-ieħor qabel ma jkunu laħqu l-għomor meħtieġ għat-tilqim u, meta pprovvdut fir-regoli, ikunu għaddew minn eżami sabiex jistabbilixxi t-titrazzjoni ta’ l-antikorp.

    3. Il-perjodu transitorju taż-żmien stabbilit fil-paragrafu 1 jista’ jiġi mtawwal mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, huma u jaġixxu fuq proposta mill-Kummissjoni skond it-Trattat.

    Artikolu 7

    Il-moviment bejn l-Istati Membri jew minn territorju elenkat fit-taqsima 2 tal-parti B ta’ l-Anness II rigward l-annimali ta l-ispeċji elenkati fil-parti Ċ ta’ l-Anness I ma għandu jkun issoġġettat għall-ebda ħtieġa rigward ir-rabbja. Jekk meħtieġ, jistgħu jitfasslu ħtiġiet speċifiċi, inkluż limitu possibbli dwar in-numru ta’ l-annimali, u ċertifikat mudell li jakkumpnja lil dawn l-animali, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu24(2), rigward il-mard l-ieħor.

    Il-KAPITOLU III Il-kondizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-movimenti minn pajjiżi terzi

    Artikolu 8

    1. Fiż-żmien tal-moviment, l-annimali tal-gost t l-ispeċji elenkati fil-partijiet A u B ta’ l-Anness għandhom:

    (a) meta jiġu minn pajjiż terz elenkat fit-taqsima 2 tal-parti B u fil-parti Ċ ta’ l-Anness II, u jidħlu:

    (i) f’ wieħed mill-Istati Membri elenkati fit-taqsima I tal-parti B ta’ l-Anness II, jissodisfaw il-ħiġiet ta’ l-Artikolu 5(1);

    (ii) f’wieħed mill-Istati Membri elenkati fil-parti A ta’ l-Anness II, jew direttament jew wara t-transitu minn wieħed mit-territorji elenkati fil-parti B ta’ l-Anness II, jissodisfaw il-ħtiġiet ta’ l-Artikolu 6;

    (b) meta jiġu minn pajjiż terz u jidħlu:

    (i) f’wieħed mill-Istati Membri elenkati fit-taqsima 1 tal-parti B ta’ l-Anness II:

    - jiġu identifikati permezz tas-sistema ta’ l-identifikazzjoni ddefinita fl-Artikolu 4, u

    - jkunu għaddew minn:

    - tilqim kontra r-rabbja skond il-ħtiġiet ta’ l-Artikolu 5,

    - titrazzjoni ta’ antikorp newtralizzanti mill-inqas egwali għal 0,5 IU/ml imwettqa fuq kampjun meħud minn veterinarju awtorizzat mill-inqas 30 jum wara t-tilqima u tliet xhur qabel jiġi mċaqlaq minn post għall-ieħor.

    It-titrazzjoni ta’ l-antikorp ma għandhiex għalfejn tiġi mġedda fuq annimal tal-gost li jkun reġa’ ġie mlaqqam fl-intervalli taż-żmien stabbiliti fl-Artikolu 5(1).

    Dan il-perjodu taż-żmien ta’ tliet xhur ma għandux japplika għad-dħul mill-ġdid ta’ annimal tal-gost li l-passaport tiegħu jiċċertifika illi tewttqet titrazzjoni, b’riżultat pożittv, qabel ma l-annimal ikun ħalla t-territorju tal-Komunità;

    (ii) wieħed mill-Istati Membri elenkat fil-parti A ta’ l-Anness II, jew immedjatament jew wara t-transitu minn ġo wieħed mit-territorji elenkati fil-parti B ta’ l-Anness II jitqiegħed fi kwarantina għajr jekk ikunu nġiebu f’konformità mal-ħtiġiet ta’ l-Artikolu 6 wara d-dħul tagħhom fil-Komunità.

    2. L-annimali tal-gost iridu jkunu akkumpanjati b’ċertifikat maħruġ minn veterinarju uffiċjali jew, mad-dħul mill-ġdid, b’passaport li jiċċertifika l-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1.

    3. Minkejja d-dispożizzjonijiet ta’ hawn fuq:

    (a) l-annimali tal-gost mit-territorji elenkati fit-taqsima 2 tal-parti B ta’ l-Anness II li għalihom ġie stabbilit, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 24(2), illi dawn it-territorji japplikaw regoli mill-inqas ekwivalenti għar-regoli Komunitarji kif ipprovvduti f’dan il-Kapitolu, għandhom ikunu bla ħsara għar-regoli stabbiliti il-Kapitolu II;

    (b) il-moviment tal-pets bejn, rispettivament, San Marino, il-Vatikan, l-Italja, Monaco u Franza, Andorra u Franza jew Spanja, u n-Norveġja u l-Isveżja jista’ jissokta taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti bir-regoli nazzjonali fis-seħħ fid-data stabbilita fit-tieni paragrafu ta l-Artikolu 25;

    (ċ) skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 24(2) u bil-kondizzjonijiet li jridu jiġu stabbiliti, jista’ jiġi awtorizzat id-dħul ta’ annimali tal-gost mhux imlaqqma taħt il-għomor ta’ tliet xhur ta’ l-ispeċji elenkati fil-parti A ta’ l-Anness I mill-pajjiżi terzi elenkati fil-partijiet B u Ċ ta’ l-Anness II meta s-sitwazzjoni tar-rabbja fil-pajjiż intressat hekk titlob

    4. L-arranġamenti sabiex jiġi implimentat dan l-Artikolu, u b’mod partikolari ċ-ċertifikat mudell, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 24(2).

    Artikolu 9

    Il-kondizzjonijiet li japplikaw għall-moviment ta’ l-annimali ta’ l-ispeċji elenkati fil-parti Ċ ta’ l-Anness I minn pajjiżi terzi, u ċ-ċertifikat mudell li jrid jimxi magħhom, għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 24(2).

    Artikolu 10

    Il-lista tal-pajjiżi terzi pprovvduta fil-parti Ċ ta’ l-Anness II għandha tiġi mfassla qabel id-data pprovvduta fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 25 u skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 24(2). Sabiex jiġi inkluż f’din il-lista, pajjiż terz irid l-ewwel juri l-istatus tiegħu rigward ir-rabbja u li

    (a) hija obbligatorja n-notifika lill-awtoritajiet dwar is-suspett tar-rabbja;

    (b) l-istruttura u l-organizzazzjoni tas-servizzi veterinarji tiegħu huma biżżejjed għalbiex jiggarantixu l-validità taċ-ċertifikati;

    (ċ) ġew implimentati l-miżuri kollha regolatorji sabiex jipprevjienu u jikkontrollaw ir-rabbja, inklużi r-regoli dwar l-importazzjoni;

    (d) jinsabu fis-seħħ ir-regolamenti dwar il-marketing tat-tilqim ta’ kontra r-rabbja (lista tat-tilqim awtorizzat u tal-laboratorji).

    Artikolu 11

    L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-pubbliku b’tagħrif ċar u aċċessibbli bla xkiel li jirrigwarda l-ħtiġiet tas-saħħa li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali tal-pets fit-territorju Komunitarju u l-kondizzjonijiet li taħthom jistgħu jidħlu jew jidħlu mill-ġdid f’dan it-territorju. Għandhom ukoll jiżguraw illi l-personal fuq il-punti tad-dħul ikun imgħarraf għal kollox b’dawn ir-regoli u jkun kapaċi jimplimentahom.

    Artikolu 12

    L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw illi l-annimali tal-gost imdaħħla fit-territorju Komunitarji minn pajjiż terz għajr dawk elenkati fit-taqsima 2 tal-parti B ta’ l-Annes II ikunu bla ħsara għal

    (a) jekk ikun hemm ħames annimali tal-gost jew inqas, il-kontrolli dokumentarji u ta’ l-identità mill-awtoritajiet kompetenti fil-punt tad-dħul tal-vjaġġatur fit-territorju Komunitarju

    (b) jekk ikun hemm iktar minn ħames annimali tal-gost, il-ħtiġiet u l-kontrolli stabbiliti fid-Direttiva 92/65/KEE.

    L-Istati Membri għandhom jinnominaw l-awtoritajiet responsabbli għal dawn il-kontrolli u għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bihom minnufih.

    Artikolu 13

    Kull wieħed mill-Istati Membri għandhu jfassal lista tal-postijiet tad-dħul riferiti fl-Artikolu 12 u jibgħatha lill-Istati Membru l-oħra u lill-Kummissjoni.

    Artikolu 14

    Fi żmien kull moviment, is-sid jew il-persuna naturali responsabbli mill-annimal tal-gost iridu jkunu kapaċi li jippreżentaw lill-awtoritajiet responsabbli b’passaport jew iċ-ċertifikat ipprovvdut fl-Artikolu 8(2) li jiċċertifika illi l-annimal jissodisfa l-ħtiġiet stabbiliti għal dan il-moviment.

    B’mod partikolari, fil-każ riferit fil-punt (b) ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 4(1), meta t-transponder ma jikkonformax ma’ l-Istandard ta’ l-ISO 11784 jew ma’ l-Anness A rigward l-Istandard ta’ l-ISO 11785, is-sid jew il-persuna naturali responsabbli mill-annimal tal-gost iridu jipprovdu l-mezzi meħtieġa sabiex jinqara t-transponder mal-waqt ta’ kull spezzjon.

    Meta dawn il-kontrolli jiżvelaw illi l-annimal ma jissodisfax il-ħtiġiet stabbilit f’dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeċiedu f’konsultazzjoni mal-veterinarju uffiċjali:

    (a) li jibagħtu lura l-annimal lejn il-pajjiż ta’ l-oriġini;

    (b) li jiżolaw l- taħt il-kontroll uffiċjali għaż-żmien meħtieġ għalih sabiex jissodisfa l-ħtiġiet tas-saħħa, bl-ispejjeż għas-sid jew il-persuna responsabbli minnu; jew

    (ċ) bħala l-aħħar riżors, li jinqatel l-annimal, mingħajr kumpens finanzjarju, meta ma jistgħux jiġu previsti r-ritorn jew l-iżolazzjoni tiegħu.

    L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-annimali li jkun ġew irrifjutati l-awtorizzazzjoni sabiex jidħlu fit-territrorju Komunitarju jingħataw kenn taħt il-kontroll uffiċjali sakemm jiġu mibgħuta lura lejn il-pajjiż ta’ l-oriġini jew tittieħed kull deċiżjoni oħra amministrattiva.

    Il-KAPITOLU IV Disposizzonijiet komuni u finali

    Artikolu 15

    Meta l-ħtiġiet li japplikaw għall-moviment jipprovdu għal titrazjoni ta’ antikorp għar-rabbja, il-kampjun irid jittieħed minn veterinarju awtorizzat u t-test irid jitwettaq f’laboratorju approvat skond id-Deċiżjoni tal-Kumsill 2000/250/KE tal-20 ta’ Marzu 2000 li tinnomina istitut speċifiku responabbli li jistabbilixxi l-kriterji sabiex jiġu standardizzati t-testijiet seroloġiċi sabiex jimmonitorjaw l-effikaċja tat-tilqim għar-rabbja [8].

    Artikolu 16

    Għal perjodu transitorju taż-żmien ta’ ħames snin li jibda mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, dawk l-Istati Membri li jkollhom regoli speċjali għall-kontroll ta’ l-ekinokoċċosi u l-qurdien fid-data li fiha jidħol fis-seħħ dnn ir-Regolment jistgħu jagħmlu d-dħul tal-pets fit-territorju tagħhom bla ħsara għall-konformità ma’ dawn il-ħtiġiet.

    Għal dan il-għan, għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni rapport dwar is-sitwazzjoni tagħhom rigward il-marda fil-kwistjoni, fejn jiddikjaraw ir-raġunijiet għall-ħtieġa ta’ garanziji addizzjonali sabiex jipprevjienu r-riskju tad-dħul ta’ din il-marda.

    Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri ġewwa l-Kumitat ipprovdut fl-Artikolu 14 rigward dawn il-garanziji.

    Artikolu 17

    Rigward il-moviment ta’ l-annimali ta’ l-ispeċji elenkati fil-partijiet A u B ta’ l-Anness I, jistgħu jiġu stabbiliti ħtiġiet oħra ta’ natura teknika għajr dawk stabbiliti b’dan ir-Regolament skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 24(2).

    Il-passaporti mudell li jridu jakkumpanjaw lill-annimali ta’ l-ispeċji elenkati fil-partijiet A u B ta’ l-Anness I li jkunu qegħdin jiċċaqalau minn post għall-ieħor għandhom jiġu mfassla skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 24(2).

    Artikolu 18

    Għandhom japplikaw il-miżuri tas-salvagward ipprovvduti bid-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KE tas-26 ta Ġunju 1990 li tirrigwrda l-kontrolli veterinarji u zootekniċi li japplikaw għall-kummerċ intra-Komunitarju f’ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern [9], u d-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-1 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-kontrolli veterinarji fuq l-annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE [10].

    B’mod partikolari, fuq it-talba ta’ Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, meta s-sitwazzjoni tar-rabbja fi Stat Membru jew f’pajjiż terz hekk titlob, tista’ tittieħed deċiżjoni, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 24(3), illi l-annimali ta’ l-speċji elenkati fil-partijiet A u B ta’ l-Anness I li jkunu ġejjin minn dan it-teritorju jridu jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8(1)(b).

    Artikolu 19

    Il-parti Ċ ta’ l-Anness I u l-partijiet B u Ċ ta’ l-Anness II jistgħu jiġu emendati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 24(2) sabiex iqisu l-iżviluppi fis-sitwazzjoni ġewwa t-territorju Komunitarju jew fil-pajjiżi terzi rigward il-mard li jaffettwa l-ispeċji ta’ l-annimali koperti b’dan ir-Regolament, b’mod partikolari r-rabbja, u, jekk ikun hemm il-ħtieġa, jillimitaw, għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, in-numru ta’ l-annimali li jkunu jistgħu jiċċaqalqu minn post għall-ieħor.

    Artikolu 20

    Kull miżura ta’ implimentazzjoni ta’ natura teknika għandha tiġi adottata skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 24(2).

    Artikolu 21

    Kull dispożizzjoni transitorja ta’ implimentazzjoni tista’ tiġi adottata skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 24(2) sabiex tippermetti l-bidla mill-arranġamenti korrenti għall-arranġamenti stabbiliti b’dan ir-Regolament.

    Artikolu 22

    L-Artikolu 92 tad-Deċiżjoni 65/424/KEE għandu jiġi emendat kif ġej:

    1) fl-Artikolu 10:

    (a) fil-paragrafu 1 għandha titħassar il-kelma "nemsijiet"

    (b) il-paragrafi 2 u 3 għandhom jiġu mibdula b’dan li ġej:

    "2. Biex ikunu l-oġġett tal-kummerċ, il-klieb, il-qtates u n-nemsijiet iridu jissodisfaw il-ħtiġiet iddikjarati fl-Artikoli 5 u 6 tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2002 dwar il-ħtiġiet tas-saħħa ta’ l-annimali għall-moviment mhux kummerċjali ta’ l-annimli tal-gost u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE [11].

    Iċ-ċertifikat li jakkumpanja l-annimali irid ukoll jikkonferma illi, 24 siegħa qabel id-dispaċċ ta’ l-annimali, twettaq eżami kliniku minn veterinarju awtorizzat mill-awtorità kompetenti li juri illi l-annimali kienu b’saħħithom u kapaċi jissaportu l-ġarr għad-destinazzjoni tagħhom.

    3. 1. Bħala deroga mill-paragrafu 2, meta l-kummerċ ikun lejn l-Irlanda, ir-Renju Unit jew l-Isvezja, il-klieb, il-qtates u n-nemsijiet għandhom ikunu bla ħsara għall-kondizzjonijiet iddikjarati fl-Artikoli 6 u 16 tar-Regolament (KE) Nru 998/2003.

    2. Iċ-ċertifikat li jakkumpanja l-annimali irid ukoll jikkonferma illi, 24 siegħa qabel id-dispaċċ ta’ l-annimali, twettaq eżami kliniku minn veterinarju awtorizzat mill-awtorità kompetenti li juri illi l-annimali kienu b’saħħithom u kapaċi jissaportu l-ġarr għad-destinazzjoni tagħhom.";

    (ċ) fil-paragrafu 4, għandu jiżdied dan li ġej wara l-kelma

    "karnivori"

    :

    "bl-eċċezzjoni għall-ispeċji riferiti fil-paragrafi 2 u 3";

    (d) il-paragrafu 8 għandu jitħassar.

    2) is-subparagrafi li ġejjin għandhom jiġu miżjuda ma’ l-Artikolu 16:

    "Rigward il-qtates, il-klieb u n-nemsijiet, il-kondizzjonijiet ta’ l-importazzjoni jridu jkunu mill-inqas ekwivalenti għal dawk tal-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 998/2003.

    Iċ-ċertifikat li jakkumpanja l-annimali irid ukoll jikkonferma illi, 24 siegħa qabel id-dispaċċ ta’ l-annimali, twettaq eżami kliniku minn veterinarju awtorizzat mill-awtorità kompetenti li juri illi l-annimali kienu b’saħħithom u kapaċi jissaportu l-ġarr għad-destinazzjoni tagħhom."

    Artikolu 23

    Qabel l-1 ta’ Frar 2007 il-Kummissjoni, wara li tkun irċeviet l-opinoni ta’ l-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà fl-Ikel dwar il-ħtieġa li jinżamm it-test seroloġiku, għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport, imsejjes fuq l-esperjenza miksuba u dwar il-valutazzjoni tar-riskju, flimkien ma’ proposti approprjati sabiex jiġi sabbilit ir-reġim li jid jiġi applikat b’effett mill-1 ta’ Jannar 2008 għall-Artikoli 6, 8 u 16.

    Artikolu 24

    1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat.

    2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE wara li jkunu ġew ikkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

    Il-perjodu taż-żmien riferit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur.

    3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE wara li jkunu ġew ikkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

    Il-perjodu taż-żmien riferit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ 15-il jum.

    4. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta’ proċedura.

    Artikolu 25

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Lulju 2000.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fis-26 ta’ Mejju 2003.

    Għall-Parlament Ewropew

    P. Cox

    Il-President

    Għall-Kunsill

    G. Drys

    Il-President

    [1] ĠU C 29 E, tat-30.1.2001, p. 239 u ĠU C 270, tal-25.9.2001, p. 109.

    [2] ĠU C 116, tal-20.4.2001, p. 54.

    [3] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ Mejju 2001 (ĠU C 27, tal-31.1.2002, p. 55), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2002 (ĠU C 275 E, tat-12.11.2002, p. 42) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ Ottibru 2002 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ April 2002 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta’ April 2003.

    [4] ĠU L 68, tal-15.3.1973, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1174/86 (ĠU L 107, ta’ l-24.4.1984, p.1)

    [5] ĠU L 61, tat-3.3.1997, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2476/2001 (ĠU L 334, tat-18.12.2001, p. 3).

    [6] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

    [7] ĠU L 268, ta’ l-14.9.1992, p. 54. Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1282/2002 (ĠU L 187, tas-16.7.2002, p. 3).

    [8] ĠU L 79, tat-30.3.2000, p. 40.

    [9] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 29. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 92/118/KEE (ĠU L 62, tal-15.3.1993, p. 49).

    [10] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 56. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 96/43/KE (ĠU L 162, ta’ l-1.7.1996, p. 1).

    [11] ĠU L 146, tat-13.6.2003, p. 1.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS I

    L-ISPEĊI TA’ L-ANNIMALI

    IL-PARTI A

    Il-Klieb

    Il-Qtates

    IL-PARTI B

    In-Nemsijiet

    IL-PARTI Ċ

    L-Invertebrati (għajr għan-naħal u l-krustaċji), il-ħut tropikali ornamentali, l-amfibji, ir-rettili.

    Il-Għasafar: l-ispeċji kollha (għajr it-tjur koperti bid-Direttivi tal-Kunsill 90/539/KEE [1] u 92/65/KEE)

    Il-Mammiferi: l-annimali li jgerrmu u l-fniek domestiċi.

    [1] Id-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE tal-15 ta’ Ottubru 1990 dwar il-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ tjur u bajd għat-tfaqqis (ĠU L 303, tal-31.10.1990, p. 6). Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/867/KE (ĠU L 323, tas-7.12.2001, p. 29).

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS II

    IL-LISTI TAL-PAJJIŻI U T-TERRITORJI

    IL-PARTI A

    L-Isvezja

    L-Irlanda

    Ir-Reju Unit

    IL-PARTI B

    Taqsima 1

    L-Istati Membri l-oħra għajr dawk elenkati fil-lista A

    It-Taqsima 2

    Andorra

    L-Islanda

    Il-Liechtenstein

    Monaco

    In-Norveġja

    San Marino

    L-Isvizzera

    Il-Vatikan

    IL-PARTI Ċ

    Il-listi tal-pajjiżi terzi jew tal-partijiet tat-teriorji pprovvduti fl-Artikolu 10

    --------------------------------------------------

    Top