This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32003R0415
Council Regulation (EC) No 415/2003 of 27 February 2003 on the issue of visas at the border, including the issue of such visas to seamen in transit
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 415/2003 tas-27 ta' Frar 2003 dwar il-ħruġ ta' viżi fil-konfini, inkluż il-ħruġ ta' dawn il-viżi lil baħħara li jkunu in transitu
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 415/2003 tas-27 ta' Frar 2003 dwar il-ħruġ ta' viżi fil-konfini, inkluż il-ħruġ ta' dawn il-viżi lil baħħara li jkunu in transitu
ĠU L 64, 7.3.2003, p. 1–8
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 04/04/2010; Imħassar b' 32009R0810
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32002X1216(02) | Sostituzzjoni | anness 14 sentenza 1 | 01/05/2003 | |
Modifies | 32002X1216(02) | Revoka parzjali | anness 14 | 01/05/2003 | |
Modifies | 32002X1216(02) | Tlestija | paragrafu 1 PT 2.1.4 | 01/05/2003 | |
Modifies | 32002X1216(02) | Sostituzzjoni | paragrafu 2 PT 5 | 01/05/2003 | |
Modifies | 32002X1216(02) | Sostituzzjoni | paragrafu 2 PT 5.1 | 01/05/2003 | |
Repeal | 41994D0002 | ||||
Repeal | 41996D0027 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repealed by | 32009R0810 |
Official Journal L 064 , 07/03/2003 P. 0001 - 0008
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 415/2003 tas-27 ta' Frar 2003 dwar il-ħruġ ta' viżi fil-konfini, inkluż il-ħruġ ta' dawn il-viżi lil baħħara li jkunu in transitu IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 62, il-punt (2)(b)(ii), tiegħu, Wara li kkonsidra l-inizjattiva tar-Renju ta' Spanja [1], Wara li kkonsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2]; Billi: (1) Ir-regoli għall-ħruġ ta' viżi fil-konfini lil baħħara fi transitu jeħtieġu jkunu ċċarati u aġġornati, b'mod partikolari biex jippermettu li jinħarġu viżi ta' transitu fi grupp fil-konfini lil baħħara li huma ta' l-istess nazzjonalità u jkunu jivvjaġġaw bħala grupp, sakemm il-perjodu ta' transitu jkun liimitat. (2) Huwa għalhekk meħtieġ li jkunu ssostitwiti r-regoli li jinsabu fid-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv ta' Schengen tad-19 ta' Diċembru 1996 dwar ħruġ ta' viżi lil baħħara in transitu (SCH/Com-ex (96) 27) [3] bir-regoli ddikjarati f'dan ir-Regolament. Fl-interessi taċ-ċarezza, dawn ir-regoli għandhom ikunu amalgamati mar-regoli ġenerali li jinsabu fid-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv ta' Schengen tas-26 ta' April 1994 dwar il-ħruġ ta' viżi uniformi fil-konfini (SCH/Com-ex (94) 2) [4], li jikkorrispondu wkoll għall-Anness 14 tal-Manwal Komuni [5]. Id-Deċiżjonijiet u l-Anness imsemmija għandhom għalhekk ikunu rrevokati. Il-Manwal Komuni u l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni dwar viżi għal missjonijiet diplomatiċi u postijiet konsulari [6] għandhom ukoll ikunu emendati biex iqisu dan ir-Regolament. (3) Meta jiddeċiedu dwar il-format tal-folja separata msemmija fl-Anness I li magħha l-viża ta' transitu fi grupp għandha titwaħħal, Stati Membri għandhom iqisu l-format uniformi, kif iddikjarat fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 333/2002 tat-18 ta' Frar 2002 dwar format uniformi għal formoli biex titwaħħal il-viża maħruġa mill-Istat Membru lil persuni li jkollhom dokumenti ta' l-ivvjaġġar mhux rikonoxxuti mill-Istat Membru li jimla l-formola [7]. (4) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan l-istrument għandhom ikunu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tippreskrivi l-proċeduri għall-eżerċizzju biex ikunu implimentati l-poteri mogħtija lill-Kummissjoni [8]. (5) Skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-posizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka mhix tieħu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament, u mhix marbuta bih jew suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Meta jitqies li dan ir-Regolament jibni fuq l-acquis ta' Schengen taħt id-disposizzjonijiet tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka għandha, skond l-Artikolu 5 tal-Protokoll imsemmi, tiddeċiedi fi żmien perjodu ta' sitt xhur wara li l-Kunsill ikun adotta dan ir-Regolament jekk hix se timplimentah fil-liġi nazzjonali tagħha. (6) Fir-rigward ta' l-Islanda u n-Norveġja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp ta' disposizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen fit-tifsira tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' l-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn iż-żewġ Stati ma' l-implimentazzjoni, applikazzjoni u żvilupp ta' l-acquis ta' Schengen [9], li jaqa' ġewwa ż-żona li jirreferi għaliha l-Artikolu 1, il-punt A, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta' Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni ta' dak il-Ftehim [10]. (7) Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp ta' disposizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen li fih ir-Renju Unit ma jiħux sehem, skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u Irlanda ta' Fuq biex jieħu sehem f'xi disposizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen [11]; ir-Renju Unit għalhekk mhux jieħu sehem fl-adozzjoni tiegħu u mhux marbut bih jew suġġett għall-applikazzjoni tiegħu. (8) Dan ir-Regolament jikkostiwixxi żvilupp ta' disposizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen li fih l-Irlanda ma tiħux sehem, skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 dwar it-talba ta' l-Irlanda's biex tieħu sehem f'xi disposizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen [12]; l-Irlanda għalhekk mhix tieħu sehem fl-adozzjoni tiegħu u mhix marbuta bih jew suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. (9) Dan ir-Regolament jikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta' Schengen jew b'xi mod ieħor konness miegħu fit-tifsira ta' l-Artikolu 3(2) ta' l-Att ta' Adeżjoni, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. Permezz ta' deroga mir-regola ġenerali li viżi għandhom jinħarġu minn awtoritajiet diplomatiċi u konsulari, skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(1) tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' l-14 ta' Ġunju 1985, iffirmat f'Schengen fid-19 ta' Ġunju 1990 [13], hawn iżjed ‘l isfel imsejħa l-"Konvenzjoni ta' Schengen", ċittadin ta' pajjiż terz li huwa rikjest li jkun fil-pussess ta' viża meta jkun jaqsam il-konfini esterni ta' Stati Membri, jista' b'mod eċċezjonali tinħariġlu viża fil-konfini fejn il-kondizzjonijiet li ġejjin huma sodisfatti: (a) hu jew hi għandu/għandha jissodisfa/tissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti bid-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 5(1)(a), (c), (d) u (e) tal-Konvenzjoni ta' Schengen; (b) hu jew hi ma kienx/kenitx f'posizzjoni li japplika/tapplika għal viża minn qabel; (ċ) hu jew hi għandu jissottometti/għandha tissottometti, jekk mitlub/a, dokumenti ta' sostenn li jissostanzjaw ir-raġunijiet imprevisti u urġenti għal dħul, u (d) ir-ritorn lejn pajjiżu jew pajjiżha ta' oriġini jew transitu lejn pajjiż terz għandu jkun żgurat. 2. Viża maħruġa fil-konfini meta l-kondizzjonijiet deskritti fil-paragrafu 1 jkunu ssodisfatti tista', kif xieraq, tkun jew viża ta' transitu (tip B) jew viża ta' l-ivvjaġġar (tip C) fit-tifsira tad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 11(1) tal-Konvenzjoni ta' Schengen, li (a) tkun valida għall-Istati Membri li appplikaw id-disposizzjonijiet tat-Titolu II, il-Kapitolu 3, tal-Konvenzjoni ta' Schengen, jew (b) ikollha validita territorjali limitata fit-tifsira tad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 10(3) tal-Konvenzjoni ta' Schengen. Fiż-żewġ każijiet, il-viża maħruġa m'għandhiex tkun valida għal iktar minn dħul wieħed. Il-validita ta' viżi ta' l-ivvjaġġar tali m'għandhiex teċċedi 15-il jum. Il-validita ta' viżi ta' transitu tali m'għandhiex teċċedi ħamest ijiem. 3. Ċittadin ta' pajjiż terz li japplika għal viża ta' transitu fil-konfini għandu jkun fil-pussess tal-viżi rekwiżiti biex jissokta l-vjaġġ tiegħu jew tagħha lejn Stati ta' transitu barra Stati Membri li japplikaw id-disposizzjonijiet tat-Titolu II, il-Kapitolu 3, tal-Konvenzjoni ta' Schengen, u għall-Istat ta' destinazzjoni. Il-viża ta' transitu maħruġa għandha tippermetti transitu dirett mit-territorju ta' l-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernati. 4. Ċittadin ta' pajjiż terz li jaqa' fil-kategorija ta' persuni li għalihom huwa obbligatorju li jikkonsultaw ma' waħda jew iktar awtoritajiet ċentrali ta' Stati Membri oħra m'għandhiex, fi prinċipju, tinħariġlu viża fil-konfini. Madankollu, viża tista' tinħareġ fil-konfini lill-persuni tali f'każijiet eċċezzjonali, skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 5(2) tal-Konvenzjoni ta' Schengen. Artikolu 2 1. Baħħar li huwa rikjest li jkun fil-pussess ta' viża meta jkun jaqsam il-konfini esterni ta' l-Istati Membri tista' tinħariġlu viża ta' transitu fil-konfini jekk: (a) jissodisfa l-kondizzjonijiet fl-Artikolu 1(1) u (3), u (b) ikun qiegħed jaqsam il-konfini in kwistjoni biex jimbarka fuq, jew jerġa' jimbarka fuq jew jiżbarka minn bastiment li fuqu huwa għandu jaħdem jew ħadem bħala baħħar. Il-viża ta' transitu għandha tinħareġ b'konformita mad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 1(2) u, iktar, għandha tinkludi tismija li l-possessur huwa baħħar. 2. Baħħara li huma ta' l-istess nazzjonalità u qegħdin jivvjaġġaw fi grupp ta' bejn ħames u 50 l-individwu tista' tinħarġilhom viża ta' transitu fi grupp fil-konfini meta r-rekwiżiti tal-paragrafu 1 hawn iktar ‘il fuq ikunu ssodisfatti fir-rigward ta' kull baħħar fil-grupp. 3. Qabel tinħareġ viża fil-konfini lil baħħar jew baħħara fi transitu, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jikkonformaw ma' l-istruzzjonijiet operazzjonali ddikjarata fl-Anness I. 4. Meta jkunu qegħdin jiġu eżegwiti dawn l-istruzzjonijiet operazzjonali, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jiskambjaw l-informazzjoni meħtieġa dwar il-baħħar jew baħħara in kwistjoni permezz ta' formola mimlija b'mod dovut għal baħħara fi transitu kif iddikjarat fl-Anness II. 5. L-Annessi I and II għandhom jiġu emendati skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 3(2). 6. Dan l-Artikolu għandu japplika mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 1(4). Artikolu 3 1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1683/95 [14]. 2. Fejn tintgħamel riferenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 sa 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KEFA. Il-perjodu preskritt fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni Nru 1999/468/EC għandu jkun stabbilit għal xahrejn. 3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura. Artikolu 4 Dan ir-Regolament m'għandux jaffettwa l-kompetenza ta' Stati Membri fir-rigward tar-rikonoxximent ta' Stati u unitajiet territorjali u passaporti, dokumenti tal-ivvjaġġar u identità maħruġa mill-awtoritajiet tagħhom. Artikolu 5 1. Dawn li ġejjin għandhom ikunu rrevokati: (a) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv ta' Schengen Nru (SCH/Com-ex (94) 2) tas-26 ta' April 1994, u (b) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv ta' Schengen Nru (SCH/Com-ex (96) 27) tad-19 ta' Diċembru 1996. 2. Il-punt 5 u l-punt 5.1 tal-Parti II tal-Manwal Komuni għandhom ikunu ssostitwiti b'dan li ġej: "Ir-regoli dwar il-ħruġ ta' viżi fil-konfini, inkluż il-ħruġ ta' viżi tali lil baħħara fi transitu, jinsabu fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 415/2003 ras-27 ta' Frar 2003 dwar il-ħruġ ta' viżi lil baħħara fi transitu [15] (ara l-Anness 14)." 3. L-ewwel sentenza ta' l-Anness 14 għandha tkun issostitwita b'dan li ġej: "Ir-regoli dwar il-ħruġ ta' viżi fil-konfini, inkluż il-ħruġ ta' viżi tali lil baħħara fi transitu, jinsabu fi, jew adottati fuq il-bażi ta', ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 415/2003." Il-bqija ta' l-Anness 14 għandu jkun irrevokat. 4. Is-sentenza li ġejja għandha tiżdied fit-tarf tal-punt 2.1.4 tal-Parti I ta' l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni: "Permezz ta' deroga mill-preċedenti, viżi ta' transitu fi grupp jistgħu jinħarġu lil baħħara skond id-disposizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 415/2003 tas-27 ta' Frar 2003 dwar il-ħruġ ta' viżi fil-konfini, inkluż il-ħruġ ta' viżi tali lil baħħara fi transitu [16]." Artikolu 6 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri bi qbil mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. Magħmul fi Brussel, fis-27 ta' Frar 2003. Għall-Kunsill Il-President M. Chrisochoïdis [1] ĠU C 139, 12.6.2002, p. 6. [2] Opinjoni mogħtija fil-ħdax ta' Frar 2003 (għadha mhux ippublikata fil-Gurnal Uffiċjali). [3] ĠU L 239, 22.9.2000, p. 182. [4] ĠU L 239, 22.9.2000, p. 163. [5] ĠU C 313, 16.12.2002, p. 97. [6] ĠU C 313, 16.12.2002, p. 1. [7] ĠU L 53, 23.2.2002, p. 4. [8] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. [9] ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36. [10] ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31. [11] ĠU L 131, 1.6.1999, p. 43. [12] ĠU L 64, 7.2.2002, p. 20. [13] ĠU L 239, 22.9.2000, p. 19. [14] ĠU L 164, 14.7.1995, p. 1. Regolament kif emendat mir-Regolament Nru 334/2002 (KE) (ĠU L 53, 23.2.2002, p. 7.) [15] ĠU L 64, 7.3.2003, p. 1. [16] ĠU L 160, 26.6.1999, p. 21. -------------------------------------------------- ANNESS I ISTRUZZJONIJIET OPERAZZJONALI DWAR ĦRUĠ TA' VIŻI FIL-KONFINI LIL BAĦĦARA FI TRANSITU LI HUMA SUĠĠETTI GĦAL REKWIŻITI TA' VIŻA L-għan ta' dawn l-istruzzjonijiet operazzjonali huwa li jipprovdi regoli għall-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri li japplikaw l-acquis ta' Schengen fir-rigward ta' baħħara fi transitu suġġetti għal rekwiżiti ta' viża. Sakemm viża tinħareġ fil-konfini fuq il-bażi ta' l-informazzjoni li kienet skambjata, ir-responsabbilta hija ta' l-Istat Membru li joħroġ il-viża. Għall-għanijiet ta' dawn l-istruzzjonijiet operazzjonali: "Port ta' Schengen": tfisser port li jikkostitwixxi konfini esterna ta' Stat Membru li japplika b'mod komplet l-acquis ta' Schengen; "Ajruport ta' Schengen": tfisser ajruport li jikkostitwixxi l-konfini esterna ta' Stat Membru li japplika b'mod komplet l-acquis ta' Schengen, u "Territorju ta' Schengen": tfisser it-territorju ta' l-Istati Membri li fih l-acquis ta' Schengen ikun applikat b'mod komplet. I. Reġistrazzjoni ta' bastiment irmiġġat jew mistenni f'port ta' Schengen (a) Dħul ġewwa territorju ta' Schengen via ajruport li qiegħed fi Stati Membru li japplika b'mod komplet l-acquis ta' Schengen - il-kumpannija ta' trasport bil-baħar jew l-aġent tagħha għandha tgħarraf/għandha tgħarraf lill-awtoritajiet kompetenti fil-port ta' Schengen fejn il-bastiment ikun irmiġġat jew mistenni li baħħara suġġetti għal rekwiżiti ta' viża mistennija għandhom jidħlu via ajruport ta' Schengen. Il-kumpannija ta' trasport bil-baħar jew l-aġent tagħha għandha tiffirma/għandu jiffirma garanzija fir-rigward ta' dawk il-baħħara, - l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw kemm jista' jkun malajr jekk l-informazzjoni mogħtija mill-kumpannija ta' trasport bil-baħar jew l-aġent tagħha hix korretta u jeżaminaw jekk il-kondizzjonijiet l-oħra għad-dħul fit-territorju ta' Schengen kinux issodisfatti. Fil-qafas ta' dak l-eżami r-rotta tal-ivvjaġġar fit-territorju ta' Schengen għandha wkoll tkun ivverifikata e.g. billi ssir referenza għall-biljetti ta' l-ajru, - l-awtoritajiet kompetenti fil-port ta' Schengen għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti fl-ajruport ta' Schengen bid-dħul, permezz ta' formola mimlija b'mod dovut għal baħħara fi transitu li huma suġġetti għar-rekwiżiti ta' viża (kif iddikjarat fl-Anness II), mibgħuta b'fax, posta elettronika jew mezzi oħra, bir-riżultati tal-verifika u jindikaw jekk il-viża tistax fi prinċipju tinħareġ fil-konfini, - fejn il-verifika tad-data disponibbli hija pożittiva u r-riżultat jaqbel b'mod ċar mad-dikjarazzjoni jew dokumenti tal baħħar, l-awtoritajiet kompetenti fl-ajruport tad-dħul jew ħruġ ta' Schengen jistgħu joħorġu viża ta' transitu fil-konfini b'validita massima ta' ħamest ijiem. Barramindan, f'każijiet bħal dawn id-dokument ta' l-ivvjaġġar imsemmi hawn iktar ‘il fuq għandu jkun ittimbrat b'timbru ta' dħul jew ħruġ ta' Schengen u jingħata lill-baħħar kkonċernat; (b) dħul ġewwa territorju ta' Schengen via konfini ma' art jew baħar li qiegħda/qiegħed fi Stat Membru ieħor li japplika b'mod komplet l-acquis ta' Schengen - il-proċedura hija l-istess bħal dik għal dħul via ajruport ta' Schengen ħlief li l-awtoritajiet kompetenti fil-post tal-konfini li minnu l-baħħar kkonċernat jidħol fit-territorju ta' Schengen għandhom ikunu informati. II. Tluq mis-servizz minn fuq bastiment li jkun daħal f'port ta' Schengen (a) ħruġ minn territorju ta' Schengen via ajruport li qiegħed fi Stat Membru ieħor li japplika b'mod komplet l-acquis ta' Schengen - il-kumpannija ta' trasport bil-baħar jew l-aġent tagħha għandha tinforma/għandu jinforma lill-awtoritajiet kompetenti fl-imsemmi port ta' Schengen bid-dħul ta' baħħara suġġetti għar-rekwiżiti ta' viża li għandhom jitilqu s-servizz tagħhom u jorħorġu mit-territorji ta' Schengen via port ta' Schengen. Il-kumpannija ta' trasport bil-baħar jew l-aġent tagħha għandha tiffirma/għandu jiffirma garanzija fir-rigward ta' dawk il-baħħara, - l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw kemm jista' jkun malajr jekk l-informazzjoni provduta mill-kumpannija ta' trasport bil-baħar jew l-aġent tagħha hix korretta u jeżaminaw jekk il-kondizzjonijiet tad-dħul ġewwa territorju ta' Schengen kinux issodisfatti. Fil-qafas ta' dak l-eżami r-rotta ta' l-ivvjaġġar fit-territorju ta' Schengen għandha wkoll tkun ivverifikata e.g. billi ssir referenza għall-biljetti ta' l-ajru, - fejn il-verifika tad-data disponibbli tkun pożittiva, awtoritajiet kompetenti jistgħu joħorġu viża ta' transitu b'validita massima ta' ħamest ijiem; (b) ħruġ minn territorju ta' Schengen via konfini ma' art jew baħar li qiegħda fi Stat Membru ieħor li japplika b'mod komplet l-acquis ta' Schengen - il-proċedura hija l-istess bħal dik għal ħruġ via ajruport ta' Schengen. III. Trasferiment minn bastiment li daħal f'port ta' Schengen għal bastiment li għandu jsalpa minn port li qiegħed fi Stat Membru ieħor li japplika b'mod komplet l-acquis ta' Schengen - il-kumpannija ta' trasport bil-baħar jew l-aġent tagħha għandha tinforma/għandu jinforma lill-awtoritajiet kompetenti fil-port ta' Schengen imsemmi bid-dħul ta' baħħara suġġetti għar-rekwiżiti ta' viża li għandhom jitilqu s-servizz tagħhom u joħorġu minn territorju ta' Schengen via port ta' Schengen ieħor. Il-kumpannija ta' trasport bil-baħar jew l-aġent tagħha għandhom jiffirmaw garanzija fir-rigward ta' dawk il-baħħara, - l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw kemm jista' jkun malajr jekk l-informazzjoni pprovduta mill-kumpannija ta' trasport bil-baħar jew l-aġent tagħha hix korretta u jeżaminaw jekk il-kondizzjonijiet tad-dħul ġewwa territorju ta' Schengen kinux issodisfatti. L-awtoritajiet kompetenti fil-port ta' Schengen li minnu l-baħħara għandhom iħallu t-territorju ta' Schengen b'bastiment għandhom ikunu kkuntattjati għall-eżami. Għandu jsir kontroll biex ikun stabbilit jekk il-bastiment li ser jaqbdu hux irmiġġat jew mistenni hemm. Fil-qafas ta' dan l-eżami r-rotta ta' l-ivvjaġġar fit-territorju ta' Schengen għandha tkun ivverifikata, - fejn il-verifika tad-data disponibbli hija pożittiva, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu joħorġu viża ta' transitu b'validita massima ta' ħamest ijiem. IV. Ħruġ ta' viżi fi grupp lil baħħara fi transitu fil-konfini - baħħara li huma ta' l-istess nazzjonalità u jkunu jivvjaġġaw fi grupp ta' bejn ħames jew ħamsin l-individwu tista' tinħarġilhom fil-konfini viża ta' transitu fi grupp, li għandha titwaħħal ma' folja separata, - din il-folja separata għandha tinkludi, innumerati f'sekwenza, id-data personali tal-baħħara kollha (kunjon u l-ewwel isem, data tat-twelid, nazzjonalità u n-numru tad-dokument ta' l-ivvjaġġar) koperti mill-viża. Id-data dwar l-ewwel u l-aħħar baħħar għandha tidher idduplikata biex ikunu evitati falsifikazzjonijiet u żidiet, - għall-ħruġ ta' din il-viża, għandhom ikunu segwiti l-proċeduri preskritti f'dawn l-istruzzjonijiet operazzjonali għall-ħruġ ta' viżi individwali. -------------------------------------------------- ANNESS II +++++ TIFF +++++ DESKRIZZJONI DDETTALJATA TAL-FORMOLA: L-ewwel erba' punti jittrattaw l-identità tal-baħħar. 1. A. Kunjom (kunjonijiet) [1] B. L-ewwel isem (ismijiet) Ċ. Ċittadinanza D. Rank/Grad. 2. A. Post tat-twelid B. Data tat-twelid. 3. A. Numru tal-passaport B. Data tal-ħruġ Ċ. Perjodu ta' validità. 4. A. In-numru tal-ktieb tal-baħħar B. Data tal-ħruġ Ċ. Perjodu ta' validità. Il-punti 3 u 4 intwerew separatament għaċ-ċarezza ladarba, filwaqt li jiddependi min-nazzjonalità tal-baħħar u l-Istat Membru li fih ser jidħol, passaport jew il-ktieb tal-baħħar jista' jintuża għal għanijiet ta' identifikazzjoni. L-erba' punti li jmiss jittrattaw dwar l-aġent tal-kumpannija ta' trasport bil-baħar u l-bastiment ikkonċernati. 5. Isem l-aġent tal-kumpannija ta' trasport bil-baħar (l-individwu jew korporazzjoni li jirrappreżenta/tirrappreżenta s-sid tal-bastiment fuq il-post fil-materji kollha konnessi mad-dmirijiet ta' sid il-bastiment fit-tgħammir ta' bastiment). 6. A. Isem il-bastiment B. Bandiera (li taħtha l-bastiment merkantili jkun ibaħħar). 7. A. Data tal-wasla tal-bastiment B. Oriġini (port) tal-bastiment L-ittra "A" tirreferi għad-data tal-wasla tal-bastiment fil-port fejn il-baħħar għandu jingaġġa. 8. A. Data tat-tluq tal-bastiment B. Destinazzjoni tal-bastiment (il-port li jmiss). Il-punti 7A u 8A jagħtu indikazzjonijiet dwar it-tul ta' żmien li matulu l-baħħar jista' jivvjaġġa biex jingaġġa. Ta' min jiftakar li r-rotta segwita hija suġġetta ħafna għal tfixkil u fatturi esterni bġal maltempijiet, ħsarat, eċċ. L-erba' punti li jmiss jiċċaraw ir-raġuni tal-vjaġġ tal-baħħar u d-destinazzjoni tiegħu. 9. Id-"destinazzjoni finali" hija t-tmiem tal-vjaġġ tal-baħħar. Dan jista' jkun jew il-port li fih ikun ser jingaġġa jew il-pajjiż li sejjer fih jekk ikun ser iħalli s-servizz. 10. Raġunijiet għal applikazzjoni (a) Fil-każ ta' ingaġġ, id-destinazzjoni finali hija l-port fejn il-baħħar ikun ser jingaġġa. (b) Fil-każ ta' trasferiment għal bastiment ieħor fit-territorju ta' Schengen, hija wkoll il-port li fih il-baħħar ikun ser jingaġġa. Trasfriment għal bastiment li qiegħed barra t-territorju ta' Schengen għandu jitqies bħal kieku ser iħalli s-servizz. (ċ) Fil-każ li jħalli s-servizz, dan jista' jiġri għal raġunijiet varji, bħal tmiem ta' appalt (kuntratt), aċċident fuq ix-xogħol, raġunijiet urġenti ta' familja, eċċ. 11. Mezzi ta' trasport Lista ta' mezzi użati fit-territorju ta' Schengen mill-baħħar fi transitu li hu suġġett għal rekwiżiti ta' viża biex jilħaq id-destinazzjoni finali tiegħu. Fuq il-formola, it-tliet possibilitajiet li ġejjin huma previsti: (a) karozza (jew coach); (b) tren; (ċ) ajruplan. 12. Data tal-wasla (fit-territorju ta' Schengen) Tapplika primarjament għal baħħar fl-ewwel ajruport ta' Schengen jew il-punt fejn tinqasam il-konfini (ladarba mhux dejjem jista' jkun ajruport) fil-konfini esterna li minnha jixtieq jidħol fit-territorju ta' Schengen. Data ta' transitu Din hija d-data li fiha l-baħħar jieqaf mix-xogħol f'port fit-territorju ta' Schengen u jitlaq għal port ieħor li qiegħed ukoll fit-territorju ta' Schengen. Data tat-tluq Din hija d-data li fiha l-baħħar jitlaq mix-xogħol f'port fit-territorju ta' Schengen biex jittrasferixxi ruħu għal bastiment ieħor f'port li qiegħed barra t-territorju ta' Schengen jew id-data li fiha l-baħħar jitlaq mix-xogħol f'port fit-territorju ta' Schengen biex jirtorna f'pajjiżu (barra t-territorju ta' Schengen). Wara li jkunu ddeterminati t-tliet mezzi ta' l-ivvjaġġar, l-informazzjoni disponibbli għandha wkoll tingħata dwar dawk il-mezzi: (a) karozza, coach: reġistrazzjoni; (b) tren: isem, numru, eċċ.; (ċ) data tat-titjira: data, ħin, numru. 13. Dikjarazzjoni formali ffirmata mill-aġent tal-kumpannija ta' trasport bil-baħar jew mis-sid tal-bastiment li tikkonferma r-responsabbilta tiegħu għall-qagħda u, jekk meħtieġ, għall-ispejjeż tar-ripatrijazzjoni tal-baħħar. Jekk il-baħħara jkunu jivvjaġġaw fi grupp, kull wieħed minnhom għandu jimla d-data għall-punti 1A sa 4Ċ. [1] Jekk jogħġbok għati l-kunjom (ijiet) li jidher fuq il-passaport. --------------------------------------------------