Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R0055

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 55/2003 tat-13 ta' Jannar 2003 li jikkonċerna l-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-Nomeniklatura Magħquda

ĠU L 8, 14.1.2003, pp. 3–4 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/55/oj

32003R0055



Official Journal L 008 , 14/01/2003 P. 0003 - 0004


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 55/2003

tat-13 ta' Jannar 2003

li jikkonċerna l-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-Nomeniklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u tal-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni Doganali [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1832/2000 [2], u partikolarment l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi:

(1) Sabiex tkun assigurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomeniklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jkunu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti referuti fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2) Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 kien stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomeniklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw wkoll għal xi nomeniklatura oħra li hija totalment jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi subdiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Komunità, bil-għan ta' l-applikazzjoni ta' tariffa u ta' miżuri oħrajn li jirrigwardjaw il-kummerċ f'oġġetti.

(3) Permezz ta' l-imsemmija regoli ġenerali, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella stabbilita fl-Anness ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu kklasifikati taħt il-kodiċi NM indikata fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet elenkati fil-kolonna 3.

(4) Huwa xieraq li l-informazzjoni tat-tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri fir-rigward tal-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti fin-Nomeniklatura Maghquda u li ma tkunx skond id-dispożizzjonijiet f'dan ir-Regolament, tista tibqa tkun ikkwotata mid-detentur, permezz tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi il-Kodiċi Komuni Doganali [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2700/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [4], għal perijodu ta' tlett xhur.

(5) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'dan ir-Regolament huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella stabbilita fl-Anness huma kklasifikati fin-Nomeniklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikata fil-kolonna 2 ta' dik it-tabella.

L-Artikolu 2

Informazzjoni li torbot dwar it-tariffa maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri li ma hix skond id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament tista tibqa tkun ikkwotata permezz tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2912/92 għal perijodu ta' tlett xhur.

L-Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnl Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, it-13 ta' Jannar 2003.

Għall-Kummissjoni

Frederik Bolkestein

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

[2] ĠU L 290, tat-28.10.2002, p. 1.

[3] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.

[4] OĠU L 311, tat-12.12.2000, p. 17.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Deskrizzjoni tal-merkanzija | Klassifikazzjoni Kodiċi NM | Raġunijiet |

(1) | (2) | (3) |

1.Smida ippreparata li tikkonsisti miż-żewġ, li huma ppakkjati individwalment, komponenti, imqiegħda għall-bejgħ bl-imnut bħala sett.(a)Ross imsajjar bil-lest (150 g): u(b)Kurri, (200 g) li jikkonsisti minn ħalib tal-ġews ta' l-indi (72 %), laħam tat-tiġieġ (20 %), taħlitiet ta' ħwawar (7 %), ħaxix Indjan b'rieħa tfuħ (0,5 %) u estratt ta' l-inċova (0,5 %) | 19049010 | Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata bid-dispożizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1, 3(b) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomeniklatura Magħquda u bil-kliem tal-Kodiċi NM 1904, 190490 u 19049010 Dan il-prodott huwa mqiegħed għall-bejgħ bl-imnut bi qbil mar-regoli ġenerali 3(b). Il-karattru essenzjali tiegħu huma mogħtija mill-komponenti tar-ross (intestatura 1904) |

2.Smida ippreparata li tikkonsisti miż-żewġ, li huma ppakkjati individwalment, komponenti, imqiegħda għall-bejgħ bl-imnut bħala sett.(a)Ross imsajjar bil-lest (150 g): u(b)Kurri, (200 g) li jikkonsisti minn ħalib tal-ġews ta' l-indi (65 %), laħam tat-tiġieġ (14 %), taħlitiet ta' ħwawar (13,2 %), brunġiel (3 %), ħabaq (2,5 %), u estratt ta' l-inċova (2,3 %) | 19049010 | Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata bid-dispożizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1, 3(b) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomeniklatura Magħquda u bil-kliem tal-Kodiċi NM 1904, 190490 u 19049010 Dan il-prodott huwa mqiegħed għall-bejgħ bl-imnut bi qbil mar-regoli ġenerali 3(b). Il-karattru essenzjali tiegħu huma mogħtija mill-komponenti tar-ross (intestatura 1904) |

3.Smida ippreparata li tikkonsisti miż-żewġ, li huma ppakkjati individwalment, komponenti, imqiegħda għall-bejgħ bl-imnut bħala sett.(a)Ross imsajjar bil-lest (150 g): u(b)Kurri, (200 g) li jikkonsisti minn ħalib tal-ġews ta' l-indi (65,4 %), laħam tat-tiġieġ (15,5 %), patata (10 %), taħlitiet ta' ħwawar (7,1 %), u estratt ta' l-inċova (2 %) | 19049010 | Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata bid-dispożizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1, 3(b) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomeniklatura Magħquda u bil-kliem tal-Kodiċi NM 1904, 190490 u 19049010 Dan il-prodott huwa mqiegħed għall-bejgħ bl-imnut bi qbil mar-regoli ġenerali 3(b). Il-karattru essenzjali tiegħu huma mogħtija mill-komponenti tar-ross (intestatura 1904) |

4.Smida ippreparata li tikkonsisti miż-żewġ, li huma ppakkjati individwalment, komponenti, imqiegħda għall-bejgħ bl-imnut bħala sett.(a)Ross imsajjar bil-lest (150 g): u(b)Kurri, (200 g) li jikkonsisti minn ħalib tal-ġews ta' l-indi (50 %), ċanga (20 %), patata (15 %), taħlitiet ta' ħwawar (7 %), ġewż mitħun (3 %), estratt ta' l-inċova (3 %) u basal (2 %) | 19049010 | Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata bid-dispożizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1, 3(b) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomeniklatura Magħquda u bil-kliem tal-Kodiċi NM 1904, 190490 u 19049010 Dan il-prodott huwa mqiegħed għall-bejgħ bl-imnut bi qbil mar-regoli ġenerali 3(b). Il-karattru essenzjali tiegħu huma mogħtija mill-komponenti tar-ross (intestatura 1904) |

— proteina | 92 |

— — kontenut tal-kollaġen | 65 |

— umidit’ | 4 |

— irmied (550 °C) | 4 |

Il-prodott, li jinħall fl-ilma, huwa magħmul minn għadam bl-idroleżi. Huwa wżat biex jorbot l-ilma fil, e.g. prodotti tal-laħam

| | 35040000 | Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata bid-dispożizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomeniklatura Magħquda u bil-kliem tal-Kodiċi NM 3504, u 35040000 Billi jkun meqjus li l-prodott huwa magħmul mill-għadam u l-kompożizzjonijiet tiegħu ma jistgħax ikun meqjus bħala estratt tal-laħam tal-intestatura 1603. Lanqas ma jista jkun meqjus li huwa, in vista tal-kontenut tal-kollaġen, u tal-konteut tal-irmied, ġelatina tal-intestatura 3503 Minħabba l-kontenut għoli tal-proteina, il-prodott għandu l-karatteristiċI tal-Iżolati tal-proteina tal-intestatura 3504. |

--------------------------------------------------

Top