This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32003L0007
Commission Directive 2003/7/EC of 24 January 2003 amending the conditions for authorisation of canthaxanthin in feedingstuffs in accordance with Council Directive 70/524/EEC (Text with EEA relevance)
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/7/KE ta’ l-24 ta’ Jannar 2003 li temenda l-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ canthaxanthin f’għalf skond id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEETest b’relevanza għall-ŻEE
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/7/KE ta’ l-24 ta’ Jannar 2003 li temenda l-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ canthaxanthin f’għalf skond id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEETest b’relevanza għall-ŻEE
ĠU L 22, 25.1.2003, p. 28–30
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Official Journal L 022 , 25/01/2003 P. 0028 - 0030
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/7/KE ta’ l-24 ta’ Jannar 2003 li temenda l-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ canthaxanthin f’għalf skond id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (Test b’relevanza għall-ŻEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 dwar addittivi ma’ għalf [1], kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1756/2002 [2], u partikolarment l-Artikolu 9r tagħha, Billi: (1) Skond id-Direttiva 70/524/KEE l-addittiv canthaxanthin huwa awtorizzat b’ċerti kondizzjonijiet. (2) Fl-1997 il-Kumitat Xjentifiku fuq l-Ikel (KXI) stabbilixxa li t-teħid aċċettabbli kuljum (TAK) tal-canthaxanthin għall-bniedem jista’ jiġi stabbilit sa 0.03 mg/kg tal-piż tal-ġisem. (3) Fl-isfond tar-reviżjoni tal-KXI tat-TAK, il-Kumitat Xjentifiku fuq in-Nutriment ta’ l-Annimali (KXNA) irreveda l-livelli ta’ canthaxanthin fl-għalf għas-salmonidi, kapuċelli u tiġieġ tal-bajd biex jiżgura sigurtà għall-konsumatur. KXNA iddikjara li s-sigurtà tal-konsumatur tkun assigurata billi jiġu stabbiliti l-ogħla konċentrazzjonijiet ta’ canthaxanthin ta’ 25 mg/kg ta’ għalf għal salmonidi u kapuċelli u ta’ 8 mg/kg ta’ għalf għat-tiġieġ tal-bajd. (4) L-awtorizzazzjonijiet preżenti ta’ canthaxanthin jinħtieġu jiġu emendati biex jipprovdu protezzjoni akbar għal saħħet il-konsumaturi. (5) Il-miżuri li hemm provdut dwarhom f’din id-Direttiva huma skond il-fehma tal-Kumitat Permanenti fuq il-Katina Alimentari u Saħħa ta’ l-Annimali, ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: L-Artikolu 1 Il-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ canthaxanthin (E 161g) f’għalf huma emendati skond in-noti fl-Anness ta’ din id-Direttiva. L-Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard mill-1 ta’ Settembru 2003. Għandhom jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni dwarhom. Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Diċembru 2003. Meta Stati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandu jkollhom riferenza għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom din ir-riferenza mal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura biex issir din ir-riferenza għandha tiġi adottata mill-Istati Membri. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet fil-liġijiet nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva. L-Artikolu 3 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmula fi Brussel, fl-24 ta’ Jannar 2003. Ghall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 270, 14.12.70, p. 1. [2] ĠU L 265, 03.10.02, p. 1. -------------------------------------------------- L-ANNESS KE Nru | Addittiv | Formula kimika, deskrizzjoni | Speċi jew kategorija ta' annimali | Età massima | Kontenut minimu | Kontenut massimu | Dispożizzjonijiet oħra | Tmiem tal-perjodu ta' awtorizzazzjoni | mg/kg ta' għalf komplut | mg/kg ta' għalf komplut | Koloranti inklużi żebgħa 1.Karotenojdi u xanthophylls E 161 g | Canthaxanthin | C40H52O2 | Tjur oħra esklużi t-tiġieġ tal-bajd | — | — | 25 | It-taħlita ta' canthaxanthin ma' karotenojdi u xanthophylls oħra hija permessa iżda l-konċentrazzjoni totali tat-taħlita mgħandhiex tkun aktar minn 80 mg/kg ta' l-għalf komplut | Mingħajr limitu ta' żmien | Tiġieġ tal-bajd | | | 8 | It-taħlita ta' canthaxanthin ma' karotenojdi u xanthophylls oħra hija permessa iżda l-konċentrazzjoni totali tat-taħlita mgħandhiex tkun aktar minn 80 mg/kg ta' l-għalf komplut | Mingħajr limitu ta' żmien | Salamun, trota | — | — | 25 | L-użu permess mill-età ta' sitt xhur 'il quddiem. It-taħlita ta' canthaxanthin ma' l-astha-xanthin hija permessa iżda l-konċentrazzjoni totali tat-taħlita mgħandhiex tkun aktar minn 100 mg/kg ta' l-għalf komplut | Mingħajr limitu ta' żmien | Klieb, qtates u ħut ornamentali | — | — | — | — | Mingħajr limitu ta' żmien | | 3.Żebgħa awtorizzata għall-kulur ta' oġġetti ta' l-ikel skond regoli tal-Komunità, eskluż il-Privattiv blu V, Aċidu aħdar ileqq BS, u Canthaxanthin | — | L-ispeċi jew kategoriji ta' annimali esklużi l- klieb u l-qtates | — | — | — | Permessi f'għalf għall-annimali biss fi prodotti proċessati minn: (i)Prodotti ta' fdal ta' għalf, jew(ii)sustanzi bażiċi oħra, bl-eċċezzjoni ta' ċereali u tqieq manioc, imħalltin ma' din iż-żebgħa u kkuluriti waqt il-preparazzjoni teknika biex jiżguraw l-għarfien meħtieġ waqt il-manifattura | Mingħajr limitu ta' żmien | | Klieb | — | — | — | | Mingħajr limitu ta' żmien | | Qtates | — | — | — | | Mingħajr limitu ta' żmien | | 3.1.Canthaxanthin awtorizzat għall-kulur ta' l-għalf mir-regoli tal-Komunità | | L-ispeċi jew kategoriji kollha ta' annimali oħra esklużi tajr, salamun, troti, klieb u qtates Mingħajr limitu ta' żmien | — | — | — | Permessi f'għalf għall-annimali biss fi prodotti proċessati minn: (i)prodotti minn fdal ta' oġġetti ta' l-ikel, jew(ii)sustanzi bażiċi oħra, bl-eċċezzjoni ta' ċereali u tqieq manioc, imħallatin ma' dik iż-żebgħa jew ikkuluriti waqt il-preparazzjoni teknika biex jiżguraw l-għarfien meħtieġ waqt il-manifattura | Mingħajr limitu ta' żmien | | | Klieb | — | — | — | — | — | | | Qtates | — | — | — | — | — | | | Tjur oħra esklużi t-tiġieġ tal-bajd tiġieġ, salamun, troti Mingħajr limitu ta' żmien | | | 25 | Permessi f'għalf għall-annimali biss fi prodotti proċessati minn: (i)prodotti mill-fdal ta'oġġetti ta' l-ikel, jew(ii)sustanzi bażiċi oħra, bl-eċċezzjoni ta' ċereali u tqieq manioc, imħalltin ma' dik iż-żebgħa jew ikkuluriti waqt il-preparazzjoni teknika biex jiżguraw l-għarfien meħtieġ waqt il-manifattura | Mingħajr limitu ta' żmien | | | Tiġieġ tal-bajd | | | 8 | Permess f'għalf għall-annimali biss fi prodotti proċessati minn: (i)prodotti mill-fdal mill-għalf, jew(ii)sustanzi bażiċi oħra, bl-eċċezzjoni ta' ċereali u tqieq manioc, imħalltin ma' dik iż-żebgħa jew ikkuluriti waqt il-preparazzjoni teknika biex jiżguraw l-għarfien meħtieġ waqt il-manifattura | Mingħajr limitu ta' żmien | --------------------------------------------------