EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003E0366

Il-Pożizzjoni tal-Kunsill 2003/366/CFSP tad-19 ta' Mejju 2003 li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2002/400/CFSP li tirrigwarda l-ilqugħ temporanju mill-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea ta' ċerti Palestinjani

ĠU L 124, 20.5.2003, p. 51–51 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 16/05/2004; Impliċitament imħassar minn 32004E0493

ELI: http://data.europa.eu/eli/compos/2003/366/oj

32003E0366



Official Journal L 124 , 20/05/2003 P. 0051 - 0051


Il-Pożizzjoni tal-Kunsill 2003/366/CFSP

tad-19 ta' Mejju 2003

li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2002/400/CFSP li tirrigwarda l-ilqugħ temporanju mill-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea ta' ċerti Palestinjani

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

Billi:

(1) Fil-21 ta' Mejju 2002, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2002/400/CFSP li tirrigwarda l-lqugħ temporanju mill-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea ta' ċerti Palestinjani [1] and li jiġu konċessi permessi nazzjonali validi għal perjodu taż-żmien ta' sa 12-il xahar.

(2) Għandha tiġi estiża l-validità ta' dawn il-permessi,

ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:

Artikolu 1

Il-Pożizzjoni Komuni 2002/400/CFSP hija hawnhekk emendata kif ġej:

1. L-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 3 għandu jinqara kif ġej:

"Kull wieħed mill-Istati Membri riferiti fl-Artikolu 2 għandu jipprovdi lill-Palestinjani li jilqa' permess nazzjonali sabiex jidħlu fit-territorju tiegħu u joqogħdu fih għal perjodu taż-żmien ta' sa 24 xahar."

2. L-Artikolu 8 għandu jinqara kif ġej:

"L-Artikolu 8

Il-Kunsill għandu jżomm l-applikazzjoni ta' din il-Pożizzjoni Komuni taħt rivista u għandu jivvaluta din l-applikazzjoni fi żmien 23 xahar mill-adozzjoni tagħha jew iktar kmieni fuq it-talba ta' wieħed mill-membri tiegħu."

Artikolu 2

Din il-Pożizzjoni Komuni għandu jkollha effett mill-jum ta' l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussel, fid-19 ta' Mejju 2003.

Għall-Kunsill

Il-President

G. Papandreou

[1] ĠU L 138, tat-28.5.2002, p. 33.

--------------------------------------------------

Top