Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003D0912

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2003 li temenda d-Deċiżjoni Nru 95/408/KE dwar il-kondizzjonijiet biex jinkitbu, għall-perijodu temporanju, elenki provviżorji ta’ stabbilimenti f’pajjiż terz li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati jimportaw ċerti prodotti ta’ oriġini ta’ annimali, prodotti tas-sajd jew molluski bivalvi ħajjin, inkwantu għall-estensjoni tal-validità tagħha

ĠU L 345, 31.12.2003, p. 112–112 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2005

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/912/oj

32003D0912



Official Journal L 345 , 31/12/2003 P. 0112 - 0112


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tas-17 ta’ Diċembru 2003

li temenda d-Deċiżjoni Nru 95/408/KE dwar il-kondizzjonijiet biex jinkitbu, għall-perijodu temporanju, elenki provviżorji ta’ stabbilimenti f’pajjiż terz li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati jimportaw ċerti prodotti ta’ oriġini ta’ annimali, prodotti tas-sajd jew molluski bivalvi ħajjin, inkwantu għall-estensjoni tal-validità tagħha

(2003/912/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 95/408/KE tat-22 ta’ Ġunju 1995 dwar il-kondizzjonijiet biex jinkitbu, għall-perijodu temporanju, elenki provviżorji ta’ stabbilimenti ta’ pajjiż terz li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati li jimportaw ċerti prodotti ta’ oriġini ta’ l-annimali, prodotti tas-sajd jew molluski bivalvi ħajjin [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu.

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1) Jagħlaq iż-żmien tad-Deċiżjoni nru. 95/408/KE fl-31 ta’ Diċembru 2003.

(2) Il-proposta tal-Kummissjoni għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jniżżel regoli dettaljati għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti ta’ oriġini ta’ l-annimali maħsub għal konsum uman [2] (ir-Regolament għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali) tipprovdi proċedura ġdida biex jinkitbu elenki ta’ stabbilimenti f’pajjiżi terzi intiżi biex jissostitwixxu r-regoli stabbiliti f’Deċiżjoni 95/408/KE.

(3) Il-validita’ tad-Deċiżjoni 95/408/KE għandha tiġi estiża biex timla l-vojt bejn l-għeluq iż-żmien ta’ dik id-Deċiżjoni u d-dħul fis-seħħ tar-Regolament dwar l-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali.

(4) Id-Deċiżjoni Nru 95/408/KE imissha għalhekk tkun emendata skond hekk.

ADDOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

L- Artikolu 1

Fl-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni Nru 95/408/KE għall-kliem "31 ta’ Diċembru 2003" għandhom jiġu sostitwiti l-kliem "31 Diċembru 2005".

L- Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-17 ta’ Diċembru 2003.

F’isem il-Kunsill

Il-President

G. Alemanno

[1] ĠU L 243, tal-11.10.1995, p. 17. Id-Deċiżjoni kif l-aħħar emendata mir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 1).

[2] ĠU C 262 E, tad-29.10.2002, p. 449.

--------------------------------------------------

Top