This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32003D0812
2003/812/EC: Commission Decision of 17 November 2003 drawing up lists of third countries from which Member States are to authorise imports of certain products for human consumption subject to Council Directive 92/118/EEC (Text with EEA relevance) (notified under document number C(2003) 4181)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Novembru 2003 li tifformula lista ta’ pajjiżi terzi minfejn l-Istati Membri huma awtorizzati li jimportaw ċerti prodotti għall-konsum mill-bnedmin bla ħsara għad-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE (notifikata bid-dokument numru K(2003) 4181)Test b’relevanza għall-FEE
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Novembru 2003 li tifformula lista ta’ pajjiżi terzi minfejn l-Istati Membri huma awtorizzati li jimportaw ċerti prodotti għall-konsum mill-bnedmin bla ħsara għad-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE (notifikata bid-dokument numru K(2003) 4181)Test b’relevanza għall-FEE
ĠU L 305, 22.11.2003, p. 17–21
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 02/06/2016; Imħassar b' 32016R0759
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repeal | 31994D0278 | ||||
Implicit repeal | 32002D0337 | 01/05/2004 | |||
Implicit repeal | 32002D0574 | 01/05/2004 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modified by | 32004D0019 | DATE artikolu 3 | |||
Modified by | 32006D0696 | Emenda | anness | 26/04/2007 | |
Repealed by | 32016R0759 | 03/06/2016 |
Official Journal L 305 , 22/11/2003 P. 0017 - 0021
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Novembru 2003 li tifformula lista ta’ pajjiżi terzi minfejn l-Istati Membri huma awtorizzati li jimportaw ċerti prodotti għall-konsum mill-bnedmin bla ħsara għad-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE (notifikata bid-dokument numru K(2003) 4181) (Test b’relevanza għall-FEE) (2003/812/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, Wara li kunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1992 li tniżżel il-ħtiġijiet tas-saħħa pubblika u s-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti li m’humiex suġġetti għall-ħtiġijiet stabbiliti fir-regoli speċifiċi tal-Komunità skond l-Anness A(1) tad-Direttiva 89/662/KEE u, fir-rigward ta’ patoġeni, għad-Direttiva 90/425/KEE [1], kif emendat bid-Deċiżjoni tal-Kummssjoni 2003/721/KE [2], partikolarment l-Artikolu 10(2)(a) tiegħu, billi: (1) Id-Direttiva 92/118/KEE tordna regoli tal-Komunità dwar il-ħtiġijiet għas-saħħa ta’ l-annimal u s-saħħa pubblika li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali. (2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/278/KE tat-18 ta’ Marzu 1994 li jniżżel il-pajjiżi terzi minn fejn l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ ċerti prodotti bla ħsara ghad-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE [3], kif emendat bid-Deċiżjoni 2003/235/KE [4], iniżżel il-pajjiżi terzi minn fejn l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ ċerti prodotti bla ħsara ghad-Direttiva 92/118/KE, inklużi prodotti mhux intiżi għall-konsum mill-bnedmin. (3) Ir-Regolament (KE) Numru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ottubru 2002 iniżżel regoli tas-saħħa li jikkonċernaw prodotti sekondarji ta’ l-annimali li m’humiex intiżi għall-konsum mil-bnedmin [5], kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Numru 808/2003 [6], jordna regoli tal-Komunità dwar prodotti ta’ l-annimali li m’humiex intiżi għall-konsum mill-bnedmin. Id-data li jidħlu fis-seħħ iċ-certifikati mudelli tas-saħħa previsti fir-Regolament (KE) Numru 1774/2002 hija l-1 ta’ Jannar 2004. (4) Id-Direttiva 2002/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2002 li temenda id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/EEC u 92/118/KE dwar il-ħtiġijiet tas-saħħa ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali [7], emendat b’mod kbir id-Direttiva 92/118/KEE biex jiġi limitat l-iskop għall-prodotti intiżi għall-konsum mill-bnedmin. (5) Huwa neċessarju li wieħed jikkonsidra li l-Istati li ser isiru membri huma skedati li jidħlu fl-1 ta’ Mejju 2004. (6) Għall-iskopijiet ta’ ċarezza u konsistenza fil-leġislazzjoni tal-Komunità, id-Deċiżjoni 94/278/KE għandha tiġi mħassra u mibdula bid-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni. (7) Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Food Chain u s-Saħħa ta’ l-Annimali, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: L-Artikolu 1 L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ ċerti prodotti ta’ l-annimali intiżi għall-konsum mill-bnedmin bla ħsara għad-Direttiva 92/118/KEE minn pajjiżi terzi jew minn partijiet minn pajjiżi terzi jew territorji skond il-lista fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. L-Artikolu 2 Id-Deċiżjoni 94/278/EC hija mħassra. L-Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2004. L-Artikolu 4 Dan id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmulha fi Brussel, fis-17 ta’ Novembru 2003. Ghall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 62, tal-15.03.93, p. 49. [2] ĠU C 260, tal-11.10.03, p. 21. [3] ĠU L 120, tal-11.05.94, p. 44. [4] ĠU L 87, ta’ l-4.04.03, p. 10. [5] ĠU L 273, ta’ l-10.10.02, p. 1. [6] ĠU L 117, tat-13.05.03, p. 1. [7] ĠU L 315, tad-19.11.02, p. 14. -------------------------------------------------- L-ANNESS Il-listi li ġejjin huma listi fil-prinċipju u kull importazzjoni għandha taderixxi mal-ħtiġijiet relevanti tas-saħħa pubblika u s-saħħa ta’ l-annimali Listi ta’ pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi minn fejn l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ ċerti prodotti ta’ l-annimali intiżi għall-konsum mill-bnedmin PARTI I: Lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi min fejn l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ laħam leporidae (fenek u liebru) u l-prodotti tal-laħam tagħhom Pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi mniżżlin taħt il-kolonna "Fenek domestiku u leporidae mrobbi" fit-tabella f’Parti II ta’ l-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/222/KE [1] u taħt il-kolonna "Leporidae (fenek u liebru)" fit-tabella fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/585/KE [2]. PARTI II: Lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi minn fejn l-Istati Membri għandhom jawtoriżżaw l-importazzjoni ta’ prodotti ta’ selvaġġina bil-fêr imrobbijin Pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi mniżżlin taħt il-kolonna xierqa "2. selvaġġina mifruqa bid-difer imrobbijin (ħlief ħnieżer)" jew "selvaġġina mifruqa bid-difer selvaġġi (ħlief ħnieżer)" fit-tabella f’Parti II ta’ l-Anness tad-Deċiżjoni 97/222/KE. PARTI III: Lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi minn fejn l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ prodotti tal-laħam selvaġġina bir-rix imrobbijin Pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi skond il-kolonna xierqa "2. Selvaġġina bir-rix imrobbijja" jew "Għasafar selvaġġini selvaġġi" fit-tabella f’Parti II ta’ l-Anness tad-Deċiżjoni 97/222/KE. PARTI IV: Lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi minn fejn l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ bajd intiż għall-konsum mill-bnedmin Pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/85/KE [3]. PARTI V: Lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi minn fejn l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ bajd intiż għall-konsum mill-bnedmin Pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi fl-Anness tad-Deċiżjoni 94/85/KE u l-pajjiżi li ġejjin: Kodiċi ISO | Pajjiż | AL | L-Albanija | EE | L-Estonja | GL | l-Groenlandja | HK | Hong Kong | IN | l-Indja | MK | Ir-Repubblika ex-Jugoslava tal-Maċedonja | MX | Il-Messiku | NC | New Caledonia | RU | Ir-Russja | CS | Serbja u Montenegro | SG | Is-Singapor | Kodiċi ISO | Pajjiż | BA | Bosnja-Erzegovina | MD | Il-Moldova | MK | Ir-Repubblika ex-Jugoslava tal-Maċedonja | SK | l-Islovakkja | SY | Is-Sirja | UA | L-Ukrajna | Kodiċi ISO | Pajjiż | BA | Bosnja-Erzegovina | EG | l-Eġittu | MK | Ir-Repubblika ex-Jugoslava tal-Maċedonja | Kodiċi ISO | Pajjiż | KR | Korejas Republika | MY | Malaizija | PK | Pakistan | TW | Taivana | PARTI IX: Lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi minn fejn l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni tal-għasel u ġelatina rjali intiż għall-konsum mill-bnedmin Il-pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi mniżżlin fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/159/KE [11] bil-marka "X" fil-kolonna "Għasel". [1] ĠU L 89, ta’ l-4.04.97, p. 39. [2] ĠU L 251, tas-6.10.00, p. 1. [3] ĠU L 44, tas-17.02.94, p. 31. [11] ĠU L 51, ta’ l-24.02.00, p. 30. --------------------------------------------------