This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32002R1496
Commission Regulation (EC) No 1496/2002 of 21 August 2002 amending Annex I (the rules of jurisdiction referred to in Article 3(2) and Article 4(2)) and Annex II (the list of competent courts and authorities) to Council Regulation (EC) No 44/2001 on jurisdiction and the recognition and enforcement of judgements in civil and commercial matters
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1496/2002 tal-21 Awissu 2002 li jemenda l-Anness I (ir-regoli tal-ġurisdizzjoni msemmija fl-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 4(2)) u l-Anness II (il-lista ta' qrati kompetenti u awtortajiet) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1496/2002 tal-21 Awissu 2002 li jemenda l-Anness I (ir-regoli tal-ġurisdizzjoni msemmija fl-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 4(2)) u l-Anness II (il-lista ta' qrati kompetenti u awtortajiet) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali
ĠU L 225, 22.8.2002, p. 13–13
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 09/01/2015; Imħassar b' 32012R1215
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32001R0044 | Emenda | anness 2 | 29/08/2002 | |
Modifies | 32001R0044 | Emenda | anness 1 | 29/08/2002 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32012R1215 | 10/01/2015 |
Official Journal L 225 , 22/08/2002 P. 0013 - 0013
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1496/2002 tal-21 Awissu 2002 li jemenda l-Anness I (ir-regoli tal-ġurisdizzjoni msemmija fl-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 4(2)) u l-Anness II (il-lista ta' qrati kompetenti u awtortajiet) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta' Diċembru 2000 fuq il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar tas-sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali [1], u partikolarment l-Artikoli 3(2), 4(2), 44 u 74 tiegħu, Billi: (1) Skond l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 44/2001, persuni domiċiljati fi Stat Membru jistgħu jitħarrku biss fil-qrati ta' Stat Membru ieħor bis-saħħa tar-regoli preskritti fit-taqsimiet 2 u 7 tal-Kapitolu II fuq il-ġurisdizzjoni; skond l-Artikolu 3(2), partikolarment ir-regoli tal-ġurisdizzjoni preskritti fl-Anness I m'għandhomx jgħoddu kontrihom. (2) Għalhekk, jekk regola msemmija fl-Anness I titħassar fi Stat Membru, il-kontenut tal-lista għandha tkun modifikata kif jixraq. (3) Għandha tintbagħat applikazzjoni għad-dikjarazzjoni ta' esegwibbilità ta' sentenza mogħtija fi Stat Membru u esegwibbli f'dak l-Istat, fi Stat Membru ieħor, lill-awtoritajiet kompetenti elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 44/2001. (4) L-Artikoli 38 et seq.u 57(4) tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 jippermettu li applikazzjoni għad-dikjarazzjoni ta' l-esegwibbilità ta' strument awtentiku tista' tintbagħat lin-nutara bħala l-awtoritajiet kompetenti. (5) L-Artikolu 74 tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 jipprovdi li Stati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bit-test li jemendaw il-lista ta' l-awtoritajiet kompetenti preskritti fl-Anness I sa IV. (6) L-Olanda nnotifikat lill-Kummissjoni b'emenda għar-regoli tal-ġurisdizzjoni preskritti fl-Anness I u l-lista tal-qrati u l-awtoritajiet kompetenti preskritti fl-Anness II u l-Ġermanja nnotifikat lill-Kummissjoni b'emenda għal-lista tal-qrati kompetenti preskritti fl-Anness II, għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 44/2001 għandu jkunu emendati kif jixraq, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 44/2001, it-tmien inċiż dwar l-Olanda, għandu jitħassar. L-Artikolu 2 Fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 44/2001, "fil-Ġermanja l-imħallef sedenti tal-kamra tal-"Landgericht"" għandu jinbidel b'li ġej: "fil-Ġermanja: (a) l-Imħallef sedenti tal-kamra tal-"Landgericht';" (b) nutar ("…") f'proċedura tad-dikjarazzjoni ta' l-esegwibbilità ta' strument awtentiku." L-Artikolu 3 Fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 44/2001, "fl-Olanda, l-Imħallef sedenti ta' kamra tal-"arrondissementsrechtbank"" għandu jinbidel b'li ġej: "fl-Olanda, il-"voorzieningenrechter van de rechtbank"." L-Artikolu 4 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u applika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fil-21 ta' Awissu 2002. Għall-Kummissjoni António Vitorino Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 12, tas-16.1.2001, p. 1. --------------------------------------------------